Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981L0476

    Id-Direttiva Tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 1981 li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 64/433/KEE, 71/118/KEE, 72/461/KEE, 72/462/KEE, 77/96/KEE, 77/99/KEE, 77/391/KEE, 80/215/KEE, 80/217/KEE u 80/1095/KEE li għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri tal-Kumitat Veterinarju Permanenti

    ĠU L 186, 8.7.1981, p. 20–21 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1981/476/oj

    31981L0476



    Official Journal L 186 , 08/07/1981 P. 0020 - 0021
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0124
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 22 P. 0124
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0149
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0149


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tal-24 ta' Ġunju 1981

    li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 64/433/KEE, 71/118/KEE, 72/461/KEE, 72/462/KEE, 77/96/KEE, 77/99/KEE, 77/391/KEE, 80/215/KEE, 80/217/KEE u 80/1095/KEE li għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri tal-Kumitat Veterinarju Permanenti

    (81/476/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi l-Kumitat Veterinarju Permanenti li kien stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 68/361/KEE [3] jagħti l-opinjoni tiegħu bi qbil mal-proċeduri li huma validi sal-21 ta' Ġunju 1981;

    Billi materja kienet ġiet l-ewwel darba mgħoddija lill-Kumitat fit-22 ta' Diċembru 1972; billi għadda żmien biżżejjed biex deċiżjoni finali setgħet tintlaħaq; billi l-validità tal-proċeduri msemmija m'għandhiex għalhekk tkun aktar ristretta;

    Billi l-esperjenza mirbuħa mill-użu tal-proċeduri preżenti uriet li huma jikkostitwixxu metodu effettiv għall-adozzjoni mgħaġġla tad-Deċiżjoni li għaliha kienu primarjament maħsuba;

    Billi, aktar minn hekk, wara l-Adezzjoni tal-Greċja huwa wkoll meħtieġ li jiġi aġġustat in-numru ta' voti li jikkostitwixxu il-maġġoranza meħtieġa fil-Kumitat, għal Atti adottati wara l-adozzjoni ta' l-Att ta' l-Adozzjoni tal-1979 li għadhom ma ġewx adattati,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Id-dispożizzjonijiet segwenti huma b'hekk imħassra:

    - l-Artikolu 14 tad-Direttiva 64/432/KEE [4],

    - l-Artikolu 9b tad-Direttiva 64/433/KEE [5],

    - l-Artikolu 13 tad-Direttiva 71/118/KEE [6],

    - l-Artikolu 10 tad-Direttiva 72/461/KEE [7],

    - l-Artikolu 31 tad-Direttiva 72/462/KEE [8],

    - l-Artikolu 10 tad-Direttiva 77/96/KEE [9],

    - l-Artikolu 21 tad-Direttiva 77/99/KEE [10],

    - l-Artikolu 12 tad-Direttiva 77/391/KEE [11],

    - l-Artikolu 9 tad-Direttiva 80/215/KEE [12],

    - l-Artikolu 17 tad-Direttiva 80/217/KEE [13],

    - l-Artikolu 10 tad-Direttiva 80/1095/KEE [14].

    L-Artikolu 2

    Ir-referenza għal "41" għandha tinbidel b’ "45" fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 80/215/KEE, l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 80/217/KEE u l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 80/1095/KEE.

    L-Artikolu 3

    Il-Kunsill għandu, qabel l-1 ta' Lulju 1987, jeżamina mill-ġdid fuq il-bażi ta' rapport tal-Kummissjoni dwar l-operat tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, li jkunu fih, jekk meħtieġ, proposti xierqa, dwar il-proċedura ta' l-imsemmi Kumitat.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta' Ġunju 1981.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. M. V. van Aardenne

    [1] ĠU C 102, tal-5.5.1981, p. 2.

    [2] L-opinjoni mogħtija fid-19 ta' Ġunju 1981 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

    [4] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

    [5] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.

    [6] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23.

    [7] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24.

    [8] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    [9] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 67.

    [10] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85.

    [11] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 44.

    [12] ĠU L 47, tal-21.2.1980, p. 4.

    [13] ĠU L 47, tal-21.2.1980, p. 11.

    [14] ĠU L 325, ta' l-1.12.1980, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top