Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976L0756

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1–31 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/756/oj

    31976L0756



    Official Journal L 262 , 27/09/1976 P. 0001 - 0031
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0030
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0229
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0030
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0040
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 5 P. 0040


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tas-27 ta’ Lulju 1976

    dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    (76/756/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, interalia, għall-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl;

    Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa meħtieġ għalhekk li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regolamenti eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3],tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

    Billi ħtiġiet komuni għall-kostruzzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl għandhom ikunu s-suġġett ta’ aktar Direttivi speċjali;

    Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom abbażi tal-ħtiġiet komuni; billi, jekk is-sistema għandha taħdem sew, dawn il-ħtiġiet għandhom jiġu applikati mill-istess data,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima disinjata ta’ aktar minn 25km/siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikutura jew għall-forestrija, u vetturi tax-xogħolijiet pubbliċi.

    Artikolu 2

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet relatati ma’ l-istallazzjoni ta’mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl, sew jekk obbligatorji u sew jekk fakoltattivi, elenkati f’ 1.5.7 sa 1.5.20 t’L-Anness I jekk dawn huma stallati b’mod konformi mal-ħtiġiet stipulati f’L-Anness I.

    Artikolu 3

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, reġistrazzjoni, dħul fis-servizz jew użu ta’ xi vettura għal raġunijiet relatati ma’ l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl, sew jekk obbligatorji u sew jekk fakoltattivi, elenkati f’ 1.5.7 sa 1.5.20 t’L-Anness I jekk dawn huma stallati b’mod konformi mal-ħtiġiet stipulati f’L-Anness I.

    Artikolu 4

    Stat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li jkun informat dwar kull modifikazzjoni lil xi parti jew karatteristika msemmijin f’ 1.1 t’L-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx isiru testijiet oħra fuq it-tip ta’ vettura modifikat u jekk għandux isir rapport ġdid. Fejn dawn it-testijiet jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni m’għandiex tiġi approvata.

    Artikolu 5

    Kull emenda neċessarja sabiex taġġusta l-ħtiġiet ta’ l-Annessi sabiex jieħdu kont tal-progress tekniku għandha tiġi adottata b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    Artikolu 6

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1977 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’ dan.

    Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Ottubru l-aktar tard. Iżda, sa l-1 ta’ Ottubru 1979, Stati Membri ma jistgħux jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew nazzjonali għal raġunijiet relatati ma’ l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl, jekk il-ħtiġiet ta’ 4.2.6 t’L-Anness I ma jkunux sodisfatti. Fejn, iżda, l-mezzi msemmija f’ 4.2.6 huma mmuntati, dawn għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ dik is-sezzjoni.

    2. Ladarba din id-Direttiva tkun ġiet notifikata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-Kummissjoni hija infurmata, fi żmien suffiċċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha dwar xi abbozzi ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkun fi ħsiebhom jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1976.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Van der STOEL

    [1] ĠU Ċ 55, 13.5.1974, p.14.

    [2] ĠU Ċ 109, 19.9.1974, p. 22.

    [3] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    STALLAZZJONI TA’ MEZZI TA’ DAWL U TA’ SINJALAZZJONI BID-DAWL

    1. DEFINIZZJONIJIET

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

    1.1. Tip ta’ vettura b’rigward għall-istallazzjoni ta’ mezzi dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl

    "Tip ta’ vettura b’rigward għall-istallazzjoni ta’ mezzi tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl" ifisser vetturi li ma jiddiferixxux f’tali rispetti essenzjali bħal:

    1.1.1. in-numru u arranġament tal-mezzi;

    1.1.2. in-numru u arranġament tal-mezzi;

    dawn li ġejjin huma bl-istess mod ikkunsidrati li m’humiex "vetturi ta’ tip differenti": vetturi li jiddiferixxu fi ħdan it-tifsira ta’ 1.1.1 u 1.1.2 iżda mhux f’tali mod li jinvolvi tibdil fit-tip, numru, arranġament u visibilità ġeometrika tal-fanali preskritti għat-tip ta’ vettura in kwistjoni, u vetturi li fuqhom huma mwaħħlin jew assenti fanali fakoltattivi.

    1.2. Pjan trasvers

    "Pjan trasvers" ifisser pjan vertikali perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

    1.3. Vettura vojta

    "Vettura vojta" ifisser il-vettura f’ordni ta’ ħidma, kif definit f’ 2.6 ta’ l-Anness I, mudell tad-dokument ta’ informazzjoni, lid-Direttiva 70/156/KEE.

    1.4. Vettura mgħobbija

    "Vettura mgħobbija" ifisser il-vettura mgħobbija sal-piż teknikament permissibbli, kif mistqarr mill-manifattur, li għandu wkoll jifissa d-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusijiet b’mod konformi mal-metodu deskritt f’Appendiċi 1.

    1.5. Fanal

    "Fanal" ifisser mezz disinjat sabiex jillumina t-triq (headlamp) jew sabiex titfa’ sinjal ta’ dawl. Fanali ta’ fuq il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara u rifletturi tar-rifless għandhom bl-istess mod ikunu kunsidratii bħala fanali.

    1.5.1. Fanali ekwivalenti

    "Fanali ekwivalenti" ifisser fanali li għandhom l-istess funzjoni u awtorizzati fil-pajjiż li fih hija reġistrata l-vettura; dawn il-fanali jista’ jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk stallati fuq il-vettura meta hija approvata bil-kundizzjoni li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ dan l-Anness.

    1.5.2. Fanali indipendenti

    "Fanali indipendenti" ifisser fanali li għandhom lentijiet separati, sorsi ta’ dawl separati u qafas tal-fanali separati.

    1.5.3. Fanali magħqudin

    "Fanali magħqudin" ifisser fanali li għandhom lentijiet separati u sorsi ta’ dawl separati, iżda qafas tal- fanali komuni.

    1.5.4. Fanali kombinati

    "Fanali kombinati" ifisser fanali li għandhom lentijiet separati, iżda sorsi ta’ dawl u qafas tal- fanali komuni.

    1.5.5. Fanali nkorporati reċiprokament

    "Fanali nkorporati reċiprokament" ifisser mezzi li għandhom sorsi ta’ dawl separati (jew sors wieħed ta’ dawl li jaħdem f’ kundizzjonijiet differenti), lentijiet totalment jew parzjalment komuni u qafas tal-fanali komuni.

    1.5.6. Fanal luminatorju li jista’ jinħeba

    "Fanal luminatorju li jista’ jinħeba" ifisser headlamp kapaċi li tinħeba parzjalment jew kompletament meta ma jkunx fl-użu. Dan ir-riżultat jista’ jinkiseb permezz ta’ għatu li jista’ jitressaq, bi spostament tal-headlamp jew b’xi mod xieraq ieħor. It-terminu "retractable" jintuża b’mod aktar partikolari sabiex jiddeskrivi fanal li jista’ jinħeba li l-ispostament tiegħu jawtorizzah li jiddaħħal fil-karozzerija.

    1.5.7. Headlamp ta’ dawl prinċipali

    "Headlamp ta’ dawl prinċipali" jfisser il-fanal li jintuża sabiex iddawwal t-triq tul distanza twila quddiem il-vettura.

    1.5.8. Headlamp ta’ raġġ dipped

    "Headlamp ta’ raġġ dipped" ifisser fanal li jintuża sabiex iddawwal t-triq quddiem il-vettura mingħajr ma tikkawża tgħammix żejjed jew skomdu lix-xufiera li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta jew nies oħra li jużaw it-triq.

    1.5.9. Fanal taċ-ċpar ta’ quddiem

    "Fanal taċ-ċpar ta’ quddiem" ifisser il-fanal wżat sabiex jimmeljora l-illuminazzjoni tat-triq f’każ ta’ ċpar, borra, maltempati bix-xita jew sħab tat-trab.

    1.5.10. Fanal tar-reverse

    "Fanal tar-reverse" ifisser il-fanal wżat sabiex iddawwal it-triq wara l-vettura u sabiex javża nies oħra li jużaw it-triq li l-vettura qiegħda tirriversja jew waslet biex tirriversja.

    1.5.11. Fanal ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni

    "Fanal ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni" ifisser il-fanal wżat sabiex jindika lil nies oħra li jużaw it-triq li x-xufier jixtieq jibdel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.

    1.5.12. Fanal ta’ twissija ta’ periklu

    "Fanal ta’ twissija ta’ periklu" ifisser l-operazzjoni simultanju tal-fanali kollha ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fuq vettura sabiex jiġbdu l-attenzjoni lill-fatt li l-vettura temporanjament tikkostitwixxi periklu speċjali lil nies oħra li jużaw it-triq.

    1.5.13. Fanal ta’ waqfien

    "Fanal ta’ waqfien" ifisser il-fanal wżat sabiex jindika lil nies oħra li jużaw it-triq fuq wara tal-vettura li x-xufier ta’ din ta’ l-aħħar qiegħed japplika l-brake tas-servizz.

    1.5.14. Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

    "Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara" ifisser il-mezz użat sabiex jillumina l-ispazju maħsub sabiex jakkomoda l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara; jista’ jikkonsisti minn diversi elementi ottiċi.

    1.5.15. Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb)

    "Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb)" ifisser id-dawl użat sabiex jindika l-presenza u l-wisgħa tal-vettura meta din ta’ l-aħħar tidher minn quddiem.

    1.5.16. Fanal tal-pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb)

    "Fanal tal-pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb)" ifisser id-dawl użat sabiex jindika l-presenza u l-wisgħa tal-vettura meta din ta’ l-aħħar tidher minn wara.

    1.5.17. Fanal taċ-ċpar ta’ wara

    "Fanal taċ-ċpar ta’ wara" ifisser il-fanal wżat sabiex jgħin il-vettura tkun aktar visibbli minn wara fi ċpar dens.

    1.5.18. Fanal ta’ pparkjar

    "Fanal ta’ pparkjar" ifisser il-fanal wżat sabiex tiġbed l-attenzjoni lill-presenza ta’ vettura wieqfa f’żona mibnija. F’dawn iċ-ċirkustanzi tieħu post il-fanali ta’ pożizzjoni (mal-ġenb) ta’ quddiem u ta’ wara

    1.5.19. Fanal li jimmarka t-tmiem tax-xifer

    "Fanal li jimmarka t-tmiem tax-xifer" ifisser il-fanali imwaħħla mat-tarf estrem ta’ barra kemm jista’ jkun viċin tas-saqaf tal-vettura u maħsub sabiex jindika b’mod ċar il-wisgħa kollu tal-vettura. Dan is-sinjal huwa maħsub, għal ċerti vetturi u l-karrijiet tagħhom, sabiex jikkumplimenta d-dwal ta’ pożizzjoni (mal-ġenb) ta’ quddiem u ta’ wara billi jiġbdu attenzjoni partikolari lejn id-daqs tal-vettura.

    1.5.20. Riflettur tar-rifless

    "Riflettur tar-rifless" ifisser mezz użat sabiex jindika l-presenza ta’ vettura permezz tar-rifless ta’ dawl ħiereġ minn sors ta’ dawl mhux imqabbad mal-vettura, l-osservatur ikun jinsab viċin tas-sors.

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva dawn li ġejjin m’humiex ikkunsidrati bħala rifletturi riflessivi:

    - pjanċi tar-reġistrazzjoni li jirriflettu lura;

    - is-sinjali li jirriflettu lura msemmijin fl-ADR;

    - pjanċi oħra u sinjali li jirriflettu lura li għandhom jintużaw sabiex jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ Stat Membru għall-użu b’rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi u ċerti metodi ta’ operazzjoni.

    1.6. Wiċċ illuminatorju ta’ fanal

    1.6.1. "Wiċċ illuminatorju ta’ mezz ta’ dawl" (1.5.7 sa 1.5.10) ifisser il-projezzjoni ortogonali ta’ l-apertura sħiħa tar-riflettur fi pjan trasvers. Jekk ħġieġa (jew ħġiġiet) ta’ fanal testendi(u) tul parti biss mill-apertura sħiħa tar-riflettur, allura jittieħed kont tal-projezzjoni ta’ dik il-parti biss. Fil-każ ta’ headlamp b’dawl baxx, il-wiċċ illuminatorju huwa limitat għan-naħa tal-cut-off mill-projezzjoni apparenti tal-linja tal-cut off għal fuq il-lenti. Jekk ir-riflettur u l-ħġieġ huma aġġustabbli, għandu jintuża l-aġġustament medju.

    1.6.2. Wiċċ illuminatorju ta’ fanal ta’ sinjalazzjoni iżda mhux riflettur tar-rifless.

    "Wiċċ illuminatorju ta’ fanal ta’ sinjalazzjoni iżda mhux riflettur tar-rifless" (1.5.11 sa 1.5.19) ifisser il-projezzjoni ortogonali tal-fanal fi pjan perpendikolari għall-assi ta’ riferenza tiegħu u f’kuntatt mal-wiċċ esterjuri li jarmi d-dawl tal-fanal, din il-projezzjoni tkun imdawwra bit-truf ta’ skrinijiet li jinsabu f’dan il-pjan, kull wieħed jippermetti 98 % biss ta’ l-intensità luminuża totali tad-dawl sabiex jippersisti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ riferenza. Sabiex jiġu determinati l-limiti ta’ taħt, ta’ fuq u dawk laterali tal-wiċċ luminatorju, għandhom jintużaw biss skrinijiet bi truf orizzontali jew vertikali.

    1.6.3. Wiċċ illuminatorju ta’ riflettur tar-rifless

    "Wiċċ illuminatorju ta’ riflettur tar-rifless" (1.5.20) ifisser il-wiċċ illuminatorju ta’ riflettur tar-rifless fi pjan perpendikolari għall-assi ta’ riferenza u mdawwar bi pjanijiet li jmissu t-truf ta’ barra tal-wiċċ ta’ projezzjoni tad-dawl tar-riflettur tar-riflessi u paralleli ma’ dan l-assi. Sabiex jiġu determinati l-limiti ta’ taħt, ta’ fuq u dawk laterali tal-wiċċ luminatorju, għandhom jintużaw biss pjanijiet orizzontali.

    1.6.4. Wiċċ esterjuri li jarmi d-dawl

    "Wiċċ esterjuri li jarmi d-dawl" għal direzzjoni definita ta’ osservazzjoni, ifisser il-projezzjoni ortogonali tal-wiċċ ta’ emissjoni ta’ dawl fi pjan perpendikolari għad-direzzjoni ta’ osservazzjoni (ara t-tpinġija f’Appendiċi 2).

    1.7. Assi ta’ riferenza

    "Assi ta’ riferenza" ifisser l-assi karatteristiċi tas-sinjal bid-dawl, determinat mill-manifattur għall-użu bħala d-direzzjoni ta’ riferenza (H = 0°, V = 0°) għal tikjil fotometriku u meta jkun qiegħed jitwaħħal il-fanal fuq il-vettura.

    1.8. Ċentru ta’ riferenza

    "Ċentru ta’ riferenza" ifisser l-intersezzjoni ta’ l-assi ta’ riferenza mal-wiċċ esterjuri li jarmi d-dawl, speċifikat mill-manifattur tal-fanal.

    1.9 Angoli ta’ visibilita ġeometrika

    ‘Angoli ta’ viżibilità ġeometrika’ ifisser l-angoli li jiddeterminaw il-kamp ta’ l-angolu minimu solidu li fih għandu jkun viżibbli l-wiċċ ta’ barra tal-fanal li jarmi d-dawl. Dak il-kamp ta’ l-angolu solidu huwa determinat mis-segmenti ta’ sfera li l-isfera tagħha tikkoinċiedi maċ-ċentru ta’ riferenza tal-fanal u l-ekwatur huwa paralleli ma’ l-art. Dawn is-segmenti huma determinati f’relazzjoni ma’ l-assi ta’ riferenza. L-angoli orizzontali β jikkorrespondu ma’ l-angoli lonġitudinali u vertikali α mal-latitudni. M’għandu jkun hemm ebda ostaklu fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-angoli ta’ viżibilita ġeometrika lill-propagazzjoni ta’ dawl minn xi parti tal-wiċċ tal-fanal li jarmi d-dawl. Dan m’għandux japplika għal xi ostakli eżistenti fil-ħin meta l-fanal huwa approvat jekk l-approvazzjoni hija meħtieġa.

    1.10. Tarf ta’ barra estrem

    "Tarf ta’ barra estrem" fuq kull naħa tal-vettura ifisser il-pjan paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li tikkoinċiedi mat-tarf laterali ta’ barra, mingħajr ma jingħata każ tal-projezzjoni:

    1.10.1. ta’ tyres viċin tal-punt ta’ kuntatt ma’ l-art, u konnessjonijiet għall-arloġġi li jirregolaw il-pressjonijiet tat-tyres.

    1.10.2. ta’ kull mezz kontra ż-żlieq li jista’ jkun immuntat fuq ir-roti;

    1.10.3. ta’ mirja li juru fuq wara;

    1.10.4. ta’ fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni, fanali li jimmarkaw tmiem ix-xifer, fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara (mal-ġenb) u fanali tal-ipparkjar;

    1.10.5. ta’ siġilli tad-dwana mwaħħlin mal-vettura, u mezzi għall-assigurazzjoni u protezzjoni ta’ dawn is-siġilli.

    1.11. Wisgħa totali

    "Wisgħa totali" ifisser id-distanza bejn iż-żewġ pjanijiet vertikali definit f’ 1.10.

    1.12. Fanal wieħed

    "Fanal wieħed" ifisser kull kombinazzjoni ta’ żewġ fanali jew aktar, sew jekk identiċi jew le, li għandha l-istess funzjoni li tarmi dawl ta’ l-istess kulur, jekk ikun fiha mezzi, il-projezzjoni li l-ġabra ta’ l-uċuħ tagħha li jarmu d-dawl fi pjan trasvers mogħti tokkupa 60 % jew aktar taż-żonż ta’ l-iżgħar rettangolu li jiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet ta’ dawk l-uċuħ li jarmu d-dawl, sakemm dik il-kombinazzjoni hi, fejn hi meħtieġa l-approvazzjoni, approvata bħala fanal wieħed. Din il-kombinazzjoni possibbli ma tapplikax lil headlamps ta’ dawl prinċipali, headlamps ta’ dawl baxx u fanali taċ-ċpar ta’ quddiem.

    1.13. Żewġ fanali jew numru ta’ fanali biż-żewġ

    "Żewġ fanali" jew "numru ta’ fanali biż-żewġ" ifisser wiċċ wieħed li jarmi d-dawl fil-forma ta’ band jekk imqiegħed b’mod simettriku f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jestendi fuq iż-żewġt iġnub sa mhux anqas minn 300 mm tat-tarf estrem ta’ barra tal-vettura, u li jkun twil mhux anqas minn 800mm. L-illuminazzjoni ta’ dan il-wiċċ għandha tkun provvduta permezz ta’ mhux anqas minn żewġ sorsi tad-dawl imqiegħda kemm jista’ jkun viċin possibbli tat-truf tiegħu. Il-wiċċ li jarmi d-dawl jista’ jiġi kostitwit minn numru ta’ elementi mqiegħdin fejn xulxin bil-kundizzjoni li l-projezzjonijiet tal-ħafna wċuħ individwali li jarmu d-dawl fuq l-istess pjan trasvers jokkupaw mhux anqas minn 60 % taż-żona ta’ l-iżgħar rettangolu li jiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet ta’ dawk l-uċuħ individwali li jarmu d-dawl.

    1.14. Distanza bejn iż-żewġ fanali

    "Distanza bejn iż-żewġ fanali" li jħarsu fl-istess direzzjoni, ifisser id-distanza bejn il-projezzjonijiet ortogonali fi pjan perpendikolari għall-assi ta’ riferenza fuq ix-xfar ta’ barra taż-żewġ uċuħ illuminatorji kif definit skond il-każ imsemmi f’1.6.

    1.15. Fanal fakoltattiv

    "Fanal fakoltattiv" ifisser fanal li l-presenza tiegħu a titħalla fid-diskrezzjoni tal-manifattur.

    1.16. Tell-tale operazzjonali

    "Tell-tale operazzjoniali" ifisser dawl jew mezz tal-ħoss li juri jekk mezz li tħaddem huwiex jaħdem sew jew le.

    1.17. Tell-tale ta’ ċirkwit magħluq

    "Tell-tale ta’ ċirkwit magħluq" ifisser dawl li juri li mezz inxtegħel iżda ma jurix jekk huwiex jaħdem sew jew le.

    2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ L-KEE

    2.1. L-applikazzjoni għall-approvazjoni tat-tip tal-KEE ta’ tip ta’ vettura b’rigward għall-istallazzjoni ta’ mezzi tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl tagħha għandha tkun sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu.

    2.2. Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin bi tlett kopji, u bid-dettalji li ġejjin:

    2.2.1. deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura b’mod konformi mal-punti mniżżlin f’ 1.1, flimkien mar-restrizzjonijiet fuq it-tagħbija, partikolarment it-tagħbija massima permissibbli fil-bagoll.

    2.2.2. lista ta’ mezzi preskritta mill-manifattur għall-armar ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl. Il-lista tista’ tinkludi ħafna tipi ta’ mezz għal kull operazzjoni. Kull tip għandu jkun identifikat sew (per eżempju marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, isem il-manifattur, eċċ.). Il-lista tista’ tinkludi wkoll id-dettalji addizzjonali li ġejjin b’rispett għal kull operazjoni: "jew mezzi ekwivalenti";

    2.2.3. tpinġija tat-tagħmir tad-dawl u tas-sinjalazzjoni bid-dawl komplut, li juri l-pożizzjoni tad-diversi fanali fuq il-vettura;

    2.2.4. tpinġija(i) għal kull fanal individwali li juru l-uċuħ illuminatorji kif definit f’1.6.

    2.3. Vettura vojta mgħammra b’tagħmir ta’ dawl u dak li jagħmel sinjali bid-dawl kif deskritt f’ 2.2.2 u rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata, għandha tiġi sottomessa lill-awtorità teknika li tesegwixxi t-testijiet ta’ approvazzjoni.

    2.4. Id-dokument li hemm provdut għalih f’L-Anness II għandu jkun mehmuż mad-dokument ta’ approvazzjoni tat-tip.

    3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    3.1. Il-mezzi tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl għandhom ikun imwaħħal b’mod li f’kundizzjonijiet normali ta’ l-użu, u minkejja kull tregħid li għalih jista’ jkun suġġett, iżommu l-karatteristiċi mqiegħda f’dan l-Anness u jawtorizza li l-vettura tikkonforma mal-ħtiġiet ta’ dan l-Anness. B’mod partikolari, m’għandux ikun possibbli li l-aġġustament tal-fanali jiġi disturbat aċċidentalment.

    3.2. Il-fanali illuminatorji deskritti f’ 1.5.7, 1.5.8 u 1.5.9 għandhom ikunu mwaħħlin b’mod li montatura korretta ta’ l-allinjament tagħhom tista’ ssir faċilment.

    3.3. Għall-mezzi kollha ta’ sinjalazzjoni bid-dawl, li jinkludu dawk imwaħħla fuq il-pjanċi tal-ġnub, l-assi ta’ riferenza tal-fanal meta jkun imwaħħal mal-vettura għandu jkun paralleli mal-pjan bearing tal-vettura fuq it-triq; b’żieda għal dan, għandu jkun perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura fil-każ ta’ rifletturi tar-rifless tal-ġenb u paralleli ma’ dak il-pjan fil-każ tal-mezzi l-oħrajn kollha ta’ sinjalazzjoni bid-dawl. Għandha tkun permessa tolleranza ta’ ± 3° f’kull direzzjoni. B’żieda għal dan, kull struzzjoni speċifika b’rigward it-twaħħil imqiegħed mill-manifattur għandu jkun konformi.

    3.4. Fl-assenza ta’ ħtiġiet speċifiċi, l-għoli u l-allinjament tad-dwal għandu jiġi ċċekkjat bil-vettura vojta mqiegħda fuq wiċċ ċatt, orizzontali.

    3.5. Fl-assenza ta’ ħtiġiet speċifiċi, il-fanali li jikkostitwixxu par għandhom:

    3.5.1. ikunu mwaħħla mal-vettura b’mod simettriku f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali;

    3.5.2. ikunu simettriċi ma’ xulxin f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali;

    3.5.3. jissodisfaw l-istess karatteristiċi kolorimetriċi;

    3.5.4. ikollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi.

    3.6. Fuq vetturi li l-forma esterna tagħhom hija assimetrika, dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu sodisfatti kemm jista’ jkun possibbli.

    3.7. Fanali li għandhom funzjonijiet differenti jistgħu jkunu indipendenti jew magħqudin, kombinati jew inkorporati b’mod reċiproku f’mezz wieħed, sakemm kull fanal jikkonforma mal-ħtiġiet li japplikaw għalih.

    3.8. L-għoli massimu l-fuq mill-art għandu jitkejjel mill-għola punt u mill-punt minimu mill-aktar punt baxx tal-wiċċ illuminatorju.

    3.9. Fl-assenza ta’ ħtiġiet speċifiċi l-ebda fanal ħlief il-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni u s-sinjal ta’ twissija ta’ azzard m’għandhom jitfgħu dawl li jixgħel u jitfi.

    3.10. L-ebda dawl aħmar m’għandu jkun viżibbli minn quddiem u l-ebda dawl abjad ħlief dak tar-rivers m’għandu jkun viżibbli minn wara.

    Din il-ħtieġa tiġi kkunsidrata li ntlaħqet jekk:

    3.10.1. għall-viżibilità ta’ dawl aħmar lejn in-naħa ta’ quddiem: m’għandu jkun hemm l-ebda viżibilità diretta ta’ dawl aħmar jekk ikun osservat minn osservatur miexi fiż-żona 1 fi pjan trasvers li jinsab 25 m quddiem il-vettura (ara Appendiċi 3, figura 1);

    3.10.2. għall-viżibilità ta’ dawl abjad lejn in-naħa ta’ wara: m’għandu jkun hemm l-ebda viżibilità diretta ta’ dawl abjad jekk ikun osservat minn osservatur miexi fiż-żona 2 fi pjan trasvers li jinsab 25 m wara il-vettura (ara Appendiċi 3, figura 2).

    3.10.3. Żoni 1 u 2, kif jidhru mill-osservatur, huma limitati fil-pjanijiet rispettivi tagħhom kif ġej:

    3.10.3.1. b’rigward l-għoli, b’żewġ pjanijiet orizzontali li huma 1 u 272 m rispettivament ’il fuq mill-art;

    3.10.3.2. b’rigward il-wisgħa, b’żewġ pjanijiet vertikali li jagħmlu angolu ta’ 15° lejn il-quddiem u wara rispettivament, u barra l-vettura b’riferenza għall-pjan medjan tal-vettura, li jgħaddi mill-punt (jew punti) ta’ kuntatt ta’ pjanijiet vertikali li huma paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, u li jillimitaw il-wisgħa totali tal-vettura.

    Jekk hemm diversi punti ta’ kuntatt, dak li huwa l-aktar ’il quddiem għandu jikkorrispondi mal-pjan ta’ quddiem u dak l-aktar lura għandu jikkorrispondi mal-pjan ta’ wara.

    3.11. Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu mod li l-fanali tal-pożizzjoni (mal-ġenb) ta’ quddiem u ta’ wara, il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf jekk jeżistu, u l-fanal tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu jinxtegħlu u jintfew biss simultanjament.

    3.12. Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu mod li l-headlamps ta’ dawl ewlieni u dawk ta’ dawl baxx, u l-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u ta’ wara ma jistgħux jinxtegħlu sakemm ma jkunux mixgħulin ukoll il-fanali imsemmijin f’ 3.11. Din il-ħtieġa m’għandhiex tapplika, iżda, lill-headlamps ta’ dawl prinċipali jew ta’ dawl baxx meta t-twissijiet tagħhom li jarmu d-dawl jixgħelu b’mod intermittenti f’intervalli qosra tal-headlamps ta’ dawl ewlieni jew jinxtiegħlu b’mod intermittenti f’intervalli qosra tal-headlamps ta’ dawl baxx jew jinxtiegħlu b’mod alternat f’intervalli qosra ta’ headlamps ta’ dawl ewlieni u ta’ dawl baxx.

    3.13. Il-kuluri tad-dawl maħruġ mill-fanali jew rifletturi huma kif ġej:

    Headlampta’ dawl ewlieni: | Abjad jew isfar selettiv, |

    Headlampta’ dawl baxx: | Abjad jew isfar selettiv, |

    Fanaltaċ-ċpar ta’ quddiem: | Abjad jew isfar, |

    Fanaltar-rivers: | Abjad |

    Fanalta’ indikazzjoni tad-direzzjoni: | Ambra |

    Sinjalta’ twissija ta’ periklu: | Ambra |

    Fanalta’ waqfien: | Aħmar |

    Fanaltal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara: | Abjad |

    Fanaltal-pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb): | Abjad, isfar selettiv huwa permess jekk il-fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb) hija inkorporata f’headlamp isfar selettiv, |

    Fanaltal-pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb): | Aħmar, |

    Fanaltaċ-ċpar ta’ wara: | Aħmar, |

    Fanaltal-parkeġġ: | Abjad quddiem, aħmar wara, ambra jekk inkorporat fil-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni tal-ġenb, |

    Fanalili jimmarkaw it-tmiem tat-tarf: | Abjad quddiem, aħmar wara, |

    Rifletturtar-rifless ta’ wara, mhux triangolari: | Aħmar, |

    Rifetturtar-rifless ta’ wara, triangolari: | Aħmar, |

    Rifletturtar-rifless ta’ quddiem, mhux triangolari: | Identiku għad-dawl ta’ inċidenti, |

    Rifletturtar-rifless tal-ġenb, mhux triangolari: | Ambra. |

    A: | żewġ fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fuq quddiem (kategorija 1), |

    żewġ fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fuq wara (kategorija 2), |

    żewġ fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni li jirrepetu fuq il-ġenb (kategorija 2) |

    B: | żewġ fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fuq wara (kategorija 2). |

    4.5.4. Pożizzjoni

    4.5.4.1.Wisgħa: It-tarf ta’ wiċċ illuminatorju li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

    Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġt uċuħ illuminatorji m’għandhiex tkun anqas minn 600 mm.

    Fejn id-distanza vertikali bejn il-fanal ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni ta’ wara u l-fanal korrispondenti tal-pożizzjoni (mal-ġenb) m’hijiex aktar minn 300 mm, id-distanza bejn it-tarf estrem ta’ barra tal-vettura u t-tarf ta’ barra tal-fanal ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni ta’ wara m’għandhiex taqbeż id-distanza bejn it-tarf estrem ta’ barra tal-vettura u t-tarf ta’ barra tal-fanal tal-pożizzjoni (mal-ġenb) korrispondenti b’aktar minn 50 mm.

    Għall-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni ta’ quddiem, il-wiċċ illuminatorju m’għandux ikun anqas minn 40 mm mill-wiċċ illuminatorju tal-headlamps ta’ dawl baxx jew fanali taċ-ċpar ta’ quddiem, jekk hemm. Distanza iżgħar hija permessa jekk l-intensità luminuża fl-assi ta’ riferenza tal-fanal ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni hija ugwali għal mill-inqas 400 cd.

    4.5.4.2. Għoli:

    ’Il fuq mill-art: | mhux anqas minn 500 mm għall-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fil-kategorija 5; mhux anqas minn 350 mm għall-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fil-kategoriji 1 u 2; mhux aktar minn 1500 mm għall-kategoriji kollha. Jekk minħabba l-istruttura tal-vettura jkun impossibbli li tinżamm din il-figura massima, l-għola punt fuq il-wiċċ illuminatorju għandu jkun 2300 mm fil-każ ta’ fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fil-kategorija 5 u 2100 mm fil-każ ta’ fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fil-kategoriji 1 u 2. |

    4.5.4.3. Tul:

    Id-distanza bejn iċ-ċentru ta’ riferenza tal-wiċċ illuminatorju ta’ l-indikatur tal-ġenb (arranġament "A") u l-pjan trasvers li jimmarka t-tarf ta’ quddiem tat-tul totali tal-vettura, m’għandhiex tkun aktar minn 1800 mm. Jekk minħabba l-istruttura tal-vettura huwa impossibbli li tikkonforma ma’ l-angoli minimi ta’ viżibilità, din id-distanza tista’ tiżdied sa 2500 mm jekk il-vettura hija mgħammra f’konformità ma’ l-arranġament "A".

    4.5.5. Viżibilità ġeometrika

    Angoli orizzjontali: | Ara Appendiċi 4. |

    Angoli vertikali; | 15° fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ fanali ta’ indikazzjoni ta’ direzzjoni mal-ġenb ta’ l-arranġement "A" jekk huma anqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

    4.5.6. Allinjament

    Jekk il-manifattur qiegħed speċifikazzjonijiet individwali għall-istallazzjoni, għandhom ikunu osservati.

    4.5.7. Jistgħu "jingħaqdu"

    ma’ fanal wieħed jew aktar.

    4.5.8. Ma jistgħux ikunu "kombinati"

    ma’ fanal ieħor.

    4.5.9. Jistgħu jkunu "kombinati reċiprokament"

    ma’ fanal ta’ parkeġġ biss.

    4.5.10. Konnessjonijiet elettriċi

    Fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni għandhom jinxtegħlu indipendentement mill-fanali l-oħra. Il-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni kollha fuq naħa waħda tal-vettura għandhom jinxtegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed u għandhom ileħħu f’fażi ma’ xulxin.

    4.5.11. Tell-tale operazzjonali

    Obligatorju għall-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni kollha li m’humiex viżibbli lix-xufier.

    Għandu jkun ottiku jew bi smiegħ jew it-tnejn: Jekk huwa ottiku, għandu jkun dawl li jleħħ li, fl-eventwalità li xi fanal ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni mhux mill-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni tal-ġenb li jirrepetu ma jaħdimx tajjeb, jew jintefa’, jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma jleħħ, jew turi kambjament fil-frekwenza. Jekk huwa interament bi smiegħ, għandu jinstema’ ċar u għandu juri kambjament fil-frekwenza fl-eventwalità ta’ xi ħidma ħażina.

    Jekk vettura bil-mutur hija mgħammra sabiex tirmonka karru, għandha tkun mgħammra b’tell-tale operazzjonali ottiku għall-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fuq il-karru sakemm it-tell-tale tal-vettura ta’ rmonk ma’ tippermettix li l-falliment ta’ xi wieħed mill-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni li tinqala’ fil-kombinazzjoni ta’ vetturi jkun osservat.

    4.5.12. Ħtiġiet oħra.

    Id-dawl għandu jkun dawl li jleħħ 90 ± 30 darba fil-minuta. L-operazzjoni tal-kontroll tas-sinjal tad-dawl għandha tiġi segwita f’mhux anqas minn sekonda mid-dehra tad-dawl u f’mhux anqas minn sekonda u nofs mill-ewwel tifi tiegħu.

    Jekk vettura bil-mutur hija awtorizzata sabiex tirmonka karru, il-kontroll tal-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fuq il-vettura ta’ rmonk għandu jħaddem ukoll il-fanali ta’ indikazzjoni tal-karru.

    Fl-eventwalità ta’ falliment, ħlief minn short-circuit, ta’ fanal wieħed ta’ l-indikazzjoni tad-direzzjoni, l-oħrajn għandhom jibqgħu jleħħu iżda l-frekwenza f’din il-kundizzjoni tista’ tkun differenti minn dik speċifikata.

    4.6. Fanal ta’ twissija ta’ periklu

    4.6.1. | Preżenza Obbligatorja. | |

    4.6.2 | Numru | Kif speċifikat fit-titli korrispondenti ta’ 4.5. |

    4.6.3 | Arranġament |

    4.6.4 | Pożizzjoni |

    4.6.4.1. | Wisgħa |

    4.6.4.2. | Għoli |

    4.6.4.3. | Tul |

    4.6.5 | Viżibilità ġeometrika |

    4.6.6. | Allinjament |

    4.6.7. | Jista’/ma jistax ikun "magħqud" |

    4.6.8. | Jista’/ma jistax ikun "kombinat" |

    4.6.9. | Jista’/ma jistax ikun "inkorporat reċiprokalment" |

    4.6.10. | Konnessjonijiet elettriċi Is-sinjal għandu jitħaddem permezz ta’ kontroll separat li jawtorizza lill-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni kollha sabiex jaħdmu f’fażi ma’ xulxin. |

    4.6.11. | Tell-tale ta’ ċirkwit magħluq Obbligatorja. Dawl ta’ twissija li jleħħ, li jista’ jaħdem flimkien mat-tell-tale(s) speċifikati f’ 4.5.11. |

    4.6.12. Ħtiġiet oħra.

    Kif speċifikat f’ 4.5.12. Jekk vettura bil-mutur hija mgħammra biex tirmonka karru l-kontroll tas-sinjal ta’ twissija ta’ azzard għandha tkun kapaċi wkoll li tħaddem il-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni fuq il-karru. Is-sinjal ta’ twissija ta’ azzard għandu jkun jista’ jaħdem ukoll anke jekk il-mezz li jistartja jew jitfi l-makna huwa f’pożizzjoni li fiha huwa impossibbli li tistartja l-makna.

    4.7. Fanali tal-waqfien

    4.7.1. Preżenza

    Obbligatorja.

    4.7.2. Numru

    Tnejn.

    4.7.3. Arranġament

    L-ebda speċifikikazzjoni individali.

    4.7.4. Pożizzjoni

    4.7.4.1. Wisgħa:

    Mhux anqas minn 600 mm ’il bogħod minn xulxin. Din id-distanza tista titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa’ totali tal-vettura hija anqas minn 1300 mm.

    4.7.4.2. Għoli:

    ’Il fuq mill-art: mhux anqas minn 350 mm, mhux aktar minn 1500 mm jew mhux aktar minn 2100 mm jekk minħabba l-forma tal-vettura huwa impossibbli li tinżamm fi sa 1500 mm.

    4.7.4.3. Tul:

    Fuq wara tal-vettura.

    4.7.5. Viżibilità ġeometrika.

    Angolu orizzjontali: | 45° ’il barra u ’l ġewwa. |

    Angolu vertikali: | 15° fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ fanali anqas minn 750 mm il-fuq mill-art. |

    4.7.6. Allinjament

    Lejn in-naħa ta’ wara tal-vettura.

    4.7.7. Jistgħu "jingħaqdu"

    ma’ fanal wieħed jew aktar ta’ wara.

    4.7.8. Ma jistgħux ikunu "kombinati"

    ma’ fanal ieħor.

    4.7.9. Jistgħu jkunu "kombinati reċiprokament"

    mal-fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb) jew il-fanal ta’ parkeġġ.

    4.7.10. Konnessjonijiet elettriċi

    Għandhom jixgħelu meta jkun applikat il-brake tas-servizz.

    4.7.11. Tell-tale operazzjonali

    Fakoltattiv. Jekk jeżisti, għandu jkun fanal ta’ twissija li ma tleħħx li tixgħel fl-eventwalità li l-fanali ta’ waqfien ma jaħdmux sew.

    4.7.12. Ħtiġietoħra.

    L-intensità luminuża tal-fanali ta’ waqfien għandha tkun akbar sew minn dik tal-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb).

    4.8. Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

    4.8.1. | Preżenza Obbligatorja |

    4.8.2. | Numru | Tant li lmezz huwa kapaċi li jixgħel l-ispazju provdut għall-pjanċa ta’reġistrazzjoni. |

    4.8.3. | Arranġament |

    4.8.4. | Pożizzjoni |

    4.8.4.1. | Wisgħa |

    4.8.4.2. | Għoli |

    4.8.4.3. | Tul |

    4.8.5. | Viżibilità ġeometrika |

    4.8.6. | Allinjament |

    4.8.7. | Jistgħu "jingħaqdu" ma’ fanal wieħed jew aktar ta’ wara. |

    4.8.8. | Jistgħu jkunu "kombinati" mal-fanali tal-pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb). |

    4.8.9. | Ma jistgħux ikunu "kombinati reċiprokament" ma’ ebda fanal ieħor. |

    4.8.10. | Konnessjonijiet elettriċi Dan il-mezz għandu jixgħel biss fl-istess ħin mal-fanali tal-pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb). |

    4.8.11. | Tell-tale ta’ ċirkwit magħluq Fakoltattiv. Jekk jeżisti, il-funzjoni tiegħu għandha ssir bit-tell-tale meħtieġ għall-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara (mal-ġenb). |

    4.9. Fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb)

    4.9.1. Preżenza

    Obbligatorja fuq il-vetturi bil-mutur kollha.

    Obbligatorja fuq karrijiet b’wisgħa ta’ aktar minn 1600 mm.

    Fakultattiva fuq karrijiet li m’humiex aktar minn 1600 wisgħin.

    4.9.2. Numru

    Tnejn.

    4.9.3. Arranġament

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.9.4. Pożizzjoni

    4.9.4.1. Wisgħa:

    Il-punt fuq il-wiċċ illuminatorju li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

    Fil-każ ta’ karru, il-punt fuq il-wiċċ illuminatorju li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali m’għandux ikun aktar minn 150 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

    L-ispazju ħieles bejn it-truf ta’ ġewwa rispettivi taż-żewġt uċuħ illuminatorji m’għandhiex tkun anqas minn 600 mm.

    4.9.4.2. Għoli:

    ’Il fuq mill-art: mhux anqas minn 350 mm, mhux aktar minn 1500 mm jew mhux aktar minn 2100 mm jekk minħabba l-forma tal-vettura huwa impossibbli li tinżamm sa 1500 mm.

    4.9.4.3. Tul:

    Fuq quddiem tal-vettura.

    4.9.5. Viżibilità ġeometrika

    Angolu orizzontali għall-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb);

    jew 45° il-ġewwa u 80° il-barra,

    jew 80° il-ġewwa u 45° il-barra.

    Angolu vertikali:

    fanali anqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

    4.9.6. Allinjament

    Lejn in-naħa ta’ quddiem

    4.9.7. Jistgħu "jingħaqdu"

    ma’ ebda fanal ieħor ta’ quddiem.

    4.9.8. Ma jistgħux ikunu "kombinati"

    ma’ xi fanali oħra.

    4.9.9. Jistgħu jkunu "kombinati reċiprokament"

    ma’ ebda fanal ieħor ta’ quddiem.

    4.9.10. Konnessjonijiet elettriċi

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.9.11. Tell-tale

    Obbligatorja. Dan it-tell-tale m’għandux ikun ileħħ u m’għandux ikun meħtieġ jekk id-dawl tal-panew ta’ l-istrumenti jista’ jinxtegħel biss b’mod simultanju mal-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb).

    4.10. Fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb)

    4.10.1. Preżenza

    Obbligatorja.

    4.10.2. Numru

    Tnejn.

    4.10.3. Arranġament

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.10.4. Pożizzjoni

    4.10.4.1. Wisgħa:

    Il-punt fuq il-wiċċ illuminatorju li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

    Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ uċuħ illuminatorji m’għandhiex tkun anqas minn 600 mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm fejn il-wisgħa totali tal-vettura hija anqas minn 1300 mm.

    4.10.4.2. Għoli:

    ’Il fuq mill-art: mhux anqas minn 350 mm, mhux aktar minn 1500 mm jew mhux aktar minn 2100 mm jekk minħabba l-forma tal-vettura huwa impossibbli li tinżamm sa 1500 mm.

    4.10.4.3. Tul:

    Fuq wara tal-vettura.

    4.10.5. Viżibilità ġeometrika

    Angolu orizzontali għaż-żewġ fanali tal-pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb);

    jew 45° il-ġewwa u 80° ’il barra,

    jew 80° ’il ġewwa u 45° ’il barra.

    Angolu vertikali:

    15° fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ fanali anqas minn 750 mm il-fuq mill-art.

    4.10.6. Allinjament

    Lejn in-naħa ta’ wara.

    4.10.7. Jistgħu "jingħaqdu"

    ma’ kull fanal ieħor ta’ wara.

    4.10.8. Jistgħu jkunu "kombinati"

    mal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara.

    4.10.9. Jistgħu jkunu "kombinati reċiprokament"

    mal-fanal ta’ waqfien jew il-fanal taċ-ċpar ta’ wara jew il-fanal ta’ parkeġġ.

    4.10.10. Konnessjonijiet elettriċi

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.10.11. Tell-tale ta’ ċirkwit magħluq

    Obbligatorja.

    Għandha tkun kombinata ma’ dik tal-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb).

    4.11. Fanal taċ-ċpar ta’ wara

    4.11.1. Preżenza

    Obbligatorja.

    4.11.2. Numru

    Waħda, it-tieni waħda hija fakoltattiva.

    4.11.3. Arranġament

    L-ebda speċifikikazzjoni individali.

    4.11.4. Pożizzjoni

    4.11.4.1. Wisgħa:

    Jekk hemm fanal taċ-ċpar wieħed biss għandu jkun fuq in-naħa opposta tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura mad-direzzjoni tat-traffiku preskritt fil-pajjiż ta’ reġistrazzjoni.

    Fil-każijiet kollha d-distanza bejn il-lampa taċ-ċpar ta’ wara u l-fanal ta’ waqfien għandha tkun akbar minn 100 mm.

    4.11.4.2. Għoli:

    Bejn 250 u 1000 mm ’il fuq mill-art.

    4.11.4.3. Tul:

    Fuq wara tal-vettura.

    4.11.5. Viżibilità ġeometrika

    Angolu orizzjontali: | 25° ’il barra u ’l ġewwa. |

    Angolu vertikali: | 5° fuq u taħt l-orizzontali. |

    4.11.6. Allinjament

    Lejn in-naħa ta’ wara.

    4.11.7. Jistgħu "jingħaqdu"

    ma’ kull fanal ieħor ta’ wara.

    4.11.8. Ma jistgħux ikunu "kombinati"

    mal-fanali oħra.

    4.11.9. Jistgħu jkunu "kombinati reċiprokament"

    mal-fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb) jew il-fanal ta’ parkeġġ.

    4.11.10. Konnessjonijiet elettriċi

    Għandhom ikunu tali li l-fanal taċ-ċpar ta’ wara tista’ tixgħel biss meta l-headlamps ta’ dawl baxx jew il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem ikunu mixgħula.

    Jekk hemm fanali taċ-ċpar ta’ quddiem, għandu jkun possibbli li l-fanal taċ-ċpar ta’ wara jintefa’ indipendentement mill-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem.

    4.11.11. Tell-tale ta’ ċirkwit magħluq

    Obbligatorja. Fanal indipendenti tat-twissija, b’intensità fissa.

    4.12. Fanal ta’ parkeġġ

    4.12.1. Preżenza

    fuq vetturi bil-mutur li m’humiex twal aktar minn 6 m u mhux wisgħin aktar minn 2 m: fakultattivi.

    fuq vetturi oħra kollha: projbiti.

    4.12.2. Numru

    Dipendenti mill-arranġament.

    4.12.3. Arranġament

    - jew żewġ fanali fuq quddiem u żewġ fanali fuq wara,

    - jew fanala wieħed fuq kull naħa.

    4.12.4. Pożizzjoni

    4.12.4.1. Wisgħa:

    Il-punt fuq il-wiċċ illuminatorju li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura. Aktar minn hekk, fil-każ ta’ par fanali, il-fanali għandhom ikunu fuq il-ġnub tal-vettura.

    4.12.4.2. Għoli:

    ’Il fuq mill-art: | mhux anqas minn 350 mm; mhux aktar minn 1500 mm jew 2100 mm jekk minħabba l-forma tal-vettura huwa mpossibbli li tinżamm sa 1500 mm. |

    4.12.4.3. Tul:

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.12.5. Viżibilità ġeometrika

    Angolu orizzjontali: | 45° ’il barra, lejn quddiem u lejn in-naħa ta’ wara. |

    Angolu vertikali: | 15° fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ fanali anqas minn 750 mm il-fuq mill-art. |

    4.12.6. Allinjament

    Tali li l-fanali jilħqu l-kundizzjonijiet speċifikati li jikkonċernaw il-viżibilità lejn il-quddiem u lejn in-naħa ta’ wara.

    4.12.7. Jistgħu "jingħaqdu"

    ma’ kull fanal ieħor.

    4.12.8. Ma jistgħux ikunu "kombinati"

    ma’ fanali oħra.

    4.12.9. Jistgħu jkunu "kombinati reċiprokament"

    —fuq quddiem; | mal-fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb), il-headlamp ta’ dawl baxx, il-headlamp ta’ dawl ewlieni u l-fanal taċ-ċpar; |

    —fuq wara: | mal-fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (mal-ġenb), il-fanal ta’ waqfien u l-fanal taċ-ċpar; |

    —mal-fanal ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni tal-kategorija 5. |

    4.12.10. Konnessjonijiet elettriċi

    Il-konnessjoni għandha tippermetti l-fanal(i) ta’ parkeġġ fuq l-istess naħa tal-vettura li jinxtegħlu indipendentement minn kull fanal ieħor.

    4.12.11. Tell-tale

    Fakultattiv. Jekk hemm waħda, m’ghandux ikun possibbli li titħawwad mat-tell-tale għall-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara (mal-ġenb).

    4.12.12. Ħtiġiet oħra.

    Il-funzjoni ta’ dan il-fanal tista ssir ukoll billi jinxtegħlu b’mod simultanju l-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara (mal-ġenb) fuq l-istess naħa tal-vettura.

    4.13. Fanal li jimmarka t-tmiem tax-xifer

    4.13.1. Preżenza

    Obbligatorju fuq vetturi b’wisgħa ta’ aktar min 2 7 10 m.

    4.13.2. Numru

    Tnejn viżibbli minn quddiem u tnejn viżibbli minn wara.

    4.13.3. | Arranġament L-ebda speċifikazzjoni individwali. |

    4.13.4. | Pożizzjoni |

    4.13.4.1. | Wisgħa: Kemm jista’ jkun viċin għat-tarf estrem ta’ barra tal-vettura. |

    4.13.4.2. | Għoli: Fl-għoli massimu kompatibbli mal-ħtiġiet tal-wisgħa għall-pożizzjoni u simetrija tal-fanali. |

    4.13.4.3. | Tul: L-ebda speċifikazzjoni individwali. |

    Angolu orizzjontali: | 80° ’il barra. |

    Angolu vertikali: | 5° fuq u 20° taħt l-orizzontali. |

    |

    4.13.6. | Allinjament Tali li l-fanali jilħqu l-ħtiġiet ta’ viżibilità lejn quddiem u lejn in-naħa ta’ wara. |

    4.13.7. | Ma jistgħux ‘jingħaqdu’ | Ma’ fanali oħra. |

    4.13.8. | Ma jistgħux ikunu ‘kombinati’ |

    4.13.9 | Ma jistgħux ikunu ‘inkorporati reċiprokament’ |

    4.13.10. | Konnessjonijiet elettriċi L-ebda speċifikazzjoni individwali. |

    4.13.11. | Tell-tale Fakoltattiv. |

    4.13.12. | Ħtiġiet oħra. Soġġett li jintlaħqu għall-kundizzjonijiet, il-fanal viżibbli minn quddiem u l-fanal viżibbli minn wara, fuq l-istess naħa tal-vettura, jistgħu jkunu kumbinati f’mezz wieħed. Il-pożizzjoni ta’ fanal li jimmarka t-tmiem tat-tarf f’relazzjoni mal-fanal ta’ pożizzjoni (mal-ġenb) korrispondenti għandha tkun mod li d-distanza bejn iż-żewġ projezzjonijiet fuq pjan trasvers vertikali tal-punti l-eqreb lill-uċuħ illuminatorji taż-żewġ fanali ikkunsidrati m’hijiex anqas minn 200 mm. |

    4.14. Riflettur tar-rifless ta’ wara, mhux triangulari

    4.14.1. Preżenza

    Obbligatorja fuq vetturi bil-mutur.

    Projbiti fuq karrijiet.

    4.14.2. Numru

    Tnejn.

    4.14.3. Arranġament

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.14.4. Pożizzjoni

    4.14.4.1. Wisgħa:

    Il-punt fuq il-wiċċ illuminatorju li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

    Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ rifletturi tar-rifless m’għandhiex tkun anqas minn 600 mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisgħa totali tal-vettura hija anqas minn 1300 mm.

    4.14.4.2. Għoli:

    ’Il fuq mill-art: mhux anqas minn 350 mm u mhux aktar minn 900 mm.

    4.14.4.3. Tul:

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.14.5. Viżibilità ġeometrika

    Angolu orizzjontali: | 30° ’il barra u ’l ġewwa. |

    Angolu vertikali: | 15° fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ riflettur tar-rifless anqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

    4.14.6. Allinjament

    Lejn in-naħa ta’ wara.

    4.14.7. Jistgħu "jingħaqdu"

    ma’ kull fanal ieħor.

    4.14.8. Ħtiġiet oħra.

    Il-wiċċ illuminatorju tar-riflettur tar-rifless jista’ jkollu partijiet komuni mal-wiċċ illuminatorju ta’ kull fanal ieħor ta’ wara.

    4.15. Riflettur tar-rifless ta’ wara, triangulari

    4.15.1. Preżenza

    Obbligatorju fuq karrijiet.

    Projbit fuq vetturi bil-mutur.

    4.15.2. Numru

    Tnejn.

    4.15.3. Arranġament

    Il-quċċata tat-triangolu għandu jkun fuq nett.

    4.15.4. Pożizzjoni

    4.15.4.1. Wisgħa:

    Il-ponta tal-wiċċ illuminatorju li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

    Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ rifletturi tar-rifless m’għandhiex tkun anqas minn 600 mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisgħa totali tal-vettura hija anqas minn 1300 mm.

    4.15.4.2. Għoli:

    ’Il fuq mill-art: mhux anqas minn 350 mm u mhux aktar minn 900 mm.

    4.15.4.3. Tul:

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.15.5. Viżibilità ġeometrika

    Angolu orizzjontali: | 30° ’il barra u ’l ġewwa. |

    Angolu vertikali: | 15° fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ riflettur tar-rifless anqas minn 750 mm il-fuq mill-art. |

    4.15.6. Allinjament

    Lejn in-naħa ta’ wara.

    4.15.7. Ma jistgħux "jingħaqdu"

    ma’ ebda fanal ieħor.

    4.15.8. Ħtiġiet oħra.

    Ma tista’ titqiegħed l-ebda fanal fit-triangolu.

    4.16. Riflettur tar-rifless ta’ quddiem, mhux triangulari

    4.16.1. Preżenza

    Obbligatorju fuq karrijiet.

    4.16.2. Numru

    Tnejn.

    4.16.3. Arranġament

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.16.4. Pożizzjoni

    4.16.4.1. Wisgħa:

    Il-ponta tal-wiċċ illuminatorju li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

    Fil-każ ta’ karru, il-punt fuq tal-wiċċ illuminatorju li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 150 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

    Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ rifletturi tar-rifless m’għandhiex tkun anqas minn 600 mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisgħa totali tal-vettura hija anqas minn 1300 mm.

    4.16.4.2. Għoli:

    ’Il fuq mill-art: mhux anqas minn 350 mm u mhux aktar minn 1500 mm, jew 1500 mm jekk minħabba l-istruttura tal-vettura huwa impossibbli li tinżamm sa 900 mm.

    4.16.4.3. Tul:

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.16.5. Viżibilità ġeometrika

    Angolu orizzjontali: | 30° ’il barra u ’l ġewwa. |

    Angolu vertikali: | 15° fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ riflettur tar-rifless anqas minn 750 mm il-fuq mill-art. |

    4.16.6. Allinjament

    Lejn in-naħa ta’ quddiem

    4.16.7. Jistgħu "jingħaqdu"

    mal-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb).

    4.16.8. Ħtiġietoħra.

    Il-wiċċ illuminatorju tar-riflettur tar-rifless jista’ jkollu partijiet komuni mal-wiċċ illuminatorju tal-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem (mal-ġenb).

    4.17. Riflettur tar-rifless tal-ġenb, mhux triangolari

    4.17.1. Preżenza

    Obbligatorja:

    - fuq il-vetturi kollha li t-tul tagħhom huwa ta’ akar minn 6 m, ħlief dawk fil-kategorija M1.

    - fuq il-karrijiet kollha.

    Fakoltattiv:

    - fuq vetturi bil-mutur fil-kategorija M1,

    - fuq vetturi bil-mutur, ħlief minn dawk fil-kategorija M1, li t-tul tagħhom m’huwiex aktar minn 6 m.

    4.17.2. Numru minimu f’kull ġenb

    Tant li huma osservati r-regoli għall-ipposizzjonar lonġitudinali.

    4.17.3. Arranġament

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.17.4. Pożizzjoni

    4.17.4.1. Wisgħa:

    L-ebda speċifikazzjoni individwali.

    4.17.4.2. Għoli:

    Il-fuq mill-art: mhux anqas minn 350 mm u mhux aktar minn 900 mm. Jekk l-istruttura tal-permess ma tippermettix konformità ma’ l-għoli massimu, dan il-limitu jista’ jiżdied għal 1500 mm.

    4.17.4.3. Tul:

    Għandu jitwaħħal mill-inqas riflettur wieħed mat-terz tan-nofs tal-vettura, ir-riflettur tar-rifless li qiegħed l-aktar ’il quddiem m’għandux ikun aktar ’il bogħod minn 3 m minn quddiem, u fil-każ tal-karrijiet, inklusiv tad-drawbar.

    Id-distanza bejn żewġ rifletturi tar-rifless maġenb xulxin m’għandhiex tkun aktar minn 3 m.

    Id-distanza bejn l-aktar riflettur tar-rifless lura u n-naħa ta’ wara tal-vettura ma tistax tkun aktar minn 1 m.

    4.17.5. Viżibilità ġeometrika

    Angolu orizzjontali: | 45°, lejn quddiem u lejn in-naħa ta’ wara. |

    Angolu vertikali: | 15° fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ riflettur tar-rifless anqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

    4.17.6. Allinjament

    L-assi ta’ riferenza tar-riflettur tar-rifless għandu jkun orizzontali u perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u dirett ’il barra.

    4.17.7. Jistgħu "jingħaqdu"

    ma’ fanali oħra.

    5. KONFORMITà TA’ PRODUZZJONI

    5.1. Kull vettura prodotta f’serje għandha tikkonforma mat-tip ta’ vettura li rċiviet l-approvazzjoni tat-tip b’rigward għall-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dwal u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl u l-karatteristiċi tagħhom kif speċifikat minn din id-Direttiva.

    --------------------------------------------------

    TA’ L-ANNESS II

    MUDELL

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top