This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22022D1102
Decision No 1/2022 of the ACP-EU Committee of Ambassadors of 21 June 2022 to amend Decision No 3/2019 of the ACP-EU Committee of Ambassadors to adopt transitional measures pursuant to Article 95(4) of the ACP-EU Partnership Agreement [2022/1102]
Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-21 ta’ Ġunju 2022 biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE [2022/1102]
Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-21 ta’ Ġunju 2022 biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE [2022/1102]
ST/2101/2022/INIT
ĠU L 176, 1.7.2022, p. 88–89
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/88 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2022 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tal-21 ta’ Ġunju 2022
biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE [2022/1102]
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) u l-Artikolu 16(2) flimkien mal-Artikolu 95(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) ġie ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2003. F’konformità mad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (2) (“id-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali”), huwa għandu jiġi applikat sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
(2) |
Skont l- Artikolu 95(4), l-ewwel subparagrafu, tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, in-negozjati għal Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ġdid (il-“Ftehim il-ġdid”) tnedew f’Settembru 2018. Il-Ftehim il-ġdid mhux ser ikun lest biex jiġi applikat sat-30 ta’ Ġunju 2022, id-data tal-iskadenza tal-qafas legali attwali. Għaldaqstant huwa neċessarju li tiġi emendata d-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali biex tiġi estiża ulterjorment l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE. |
(3) |
L-Artikolu 95(4), it-tieni subparagrafu, tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jadotta kwalunkwe miżura tranżizzjonali li tista’ tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ. |
(4) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, fit-23 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE ddelega s-setgħat ta’ adozzjoni tal-miżuri tranżizzjonali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (3). |
(5) |
Huwa għalhekk xieraq li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jadotta deċiżjoni, skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, biex jemenda d-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali sabiex tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sat-30 ta’ Ġunju 2023, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni u l-Istati AKP tal-Ftehim il-ġdid, skont liema tiġi l-ewwel. |
(6) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ser jibqgħu jiġu applikati bil-għan li tinżamm il-kontinwità fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati AKP, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, il-miżuri tranżizzjonali emendati mhumiex maħsuba bħala emendi għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kif previst fl-Artikolu 95(3) tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, id-data “30 ta’ Ġunju 2022” għandha tiġi sostitwita bid-data ta’ “30 ta’ Ġunju 2023”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2022.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2022
Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-UE
Mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
Daniel Emery DEDE
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kien emendat mill-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u mill-Ftehim iffirmat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).
(2) Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (ĠU L 1, 3.1.2020, p. 3).
(3) Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tat-23 ta’ Mejju 2019 dwar id-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 114).