This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007D0461
2007/461/EC: Decision No 2/2007 of the ACP-EC Council of Ministers of 25 May 2007 allowing additional bilateral contributions, to be managed by the Commission, in support of the objectives of the African Peace Facility
2007/461/KE: Deċiżjoni Nru 2/2007 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tal- 25 ta’ Mejju 2007 li tippermetti kontribuzzjonijiet bilaterali ulterjuri, li għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni, b’appoġġ għall-għanijiet tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika
2007/461/KE: Deċiżjoni Nru 2/2007 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tal- 25 ta’ Mejju 2007 li tippermetti kontribuzzjonijiet bilaterali ulterjuri, li għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni, b’appoġġ għall-għanijiet tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika
ĠU L 175, 5.7.2007, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 175/35 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2007 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE
tal-25 ta’ Mejju 2007
li tippermetti kontribuzzjonijiet bilaterali ulterjuri, li għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni, b’appoġġ għall-għanijiet tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika
(2007/461/KE)
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u l-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) kif rivedut bil-Ftehim (2) li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn hawn il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ACP-KE”), u b’mod partikolari l-paragrafu 8 ta’ l-Anness tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 3/2003 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tal-11 ta’ Diċembru 2003 dwar l-użu ta’ riżorsi mill-pakkett ta’ l-iżvilupp fit-tul tad-disa’ EDF għall-ħolqien ta’ Fond għall-Paċi fl-Afrika (3) pprovdiet l-appoġġ finanzjarju meħtieġ għall-ħolqien tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika. |
(2) |
Il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u tar-Relazzjonijiet Esterni tal-5 ta’ Marzu 2007 għaraf il-ħtieġa biex b’mod urġenti jkun indirizzat il-bżonn għall-finanzjament tal-missjoni ta’ żamma tal-paċi ta’ l-Unjoni Afrikana fid-Darfur/is-Sudan (AMIS). |
(3) |
Ir-riżorsi li ġew ikkalkulati previsti fil-pakkett intra-ACP għall-forniment mill-ġdid tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika sakemm l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“EDF”) jidħol fis-seħħ mhumiex biżżejjed biex l-AMIS tibqa’ għaddejja sa dik id-data. Għaldaqstant l-Istati Membri ta’ l-UE esprimew li kienu disposti joħorġu kontribuzzjonijiet bilaterali ulterjuri. Dawn il-kontribuzzjonijiet ulterjuri għandhom jintefgħu kollha f’daqqa fil-Fond għall-Paċi fl-Afrika u jkunu amministrati mill-Kummissjoni biex jittejbu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza ta’ l-użu li jsir mill-fondi sakemm l-10 EDF jidħol fis-seħħ. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2005/446/KE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2005 tistabbilixxi skadenza għall-impenn tal-fondi tad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (4) tistabbilixxi il-31 ta’ Diċembru 2007 bħala d-data li lilhinn mill-iskadenza tagħha l-fondi mid-9 EDF ma jistgħux aktar jibqgħu impenjati. |
(5) |
Għalhekk jeħtieġ li ssir dispożizzjoni għal kontribuzzjonijiet ulterjuri mill-Istati Membri ta’ l-UE, li għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni, b’appoġġ għall-għanijiet tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kontribuzzjonijiet volontarji
Sat-30 ta’ Settembru 2007 kull Stat Membru jista’ jgħaddi lill-Kummissjoni kontribuzzjonijiet ulterjuri volontarji b’appoġġ għall-għanijiet tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika taħt il-Protokoll Finanzjarju.
Il-Kummissjoni għandha tkun fdata bir-responsabbiltà tal-ġestjoni ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet fil-qafas tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika skond il-proċeduri tad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp, ħlief għad-diżimpenji li għandhom ikunu rimburżati lill-Istati Membri fuq bażi pro rata tal-kontribuzzjonijiet ulterjuri volontarji tagħhom.
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha tkun adottata.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2007
Għall-Kunsill tal-Ministri ACP-KE
Il-President
Mohlabi K. TSEKOA
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27. Ftehim applikat proviżorjament wara d-Deċiżjoni Nru 5/2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 1).
(3) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 108.
(4) ĠU L 156, 18.6.2005, p. 19.