Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006A1031(01)

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    ĠU L 300, 31.10.2006, p. 46–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 133–139 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    Related Council decision
    Related Council decision

    22006A1031(01)

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    Official Journal L 300 , 31/10/2006 P. 0046 - 0052
    Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0133 - 0139


    20050627

    Ftehim

    bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA (min hawn 'il quddiem imsejħa "'il-Komunità"')

    min-naħa l-waħda, u

    IR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊILI

    min-naħa l-oħra

    (min hawn 'il quddiem imsejħa "il-Partijiet"),

    INNOTAW li ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru ġew konklużi bejn għaxar Stati Membri u r-Repubblika taċ-Ċili li fihom disposizzjonijiet kuntrarji għal-liġi Komunitarja,

    INNOTAW li l-Komunità għandha kompetenza esklużiva rigward diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn Stati Membri u pajjiżi terzi,

    INNOTAW li taħt il-liġi Komunitarja l-kumpanniji ta' l-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess bla diskriminazzjoni għal rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi,

    WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità u ċerti pajjiżi terzi li jipprevedu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' tali pajjiżi terzi li jiksbu drittijiet ta' proprjetà f'kumpanniji ta' l-ajru liċenzjati mill-Istati Membri,

    WARA LI GĦARFU li d-disposizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn Stati Membri u r-Repubblika taċ-Ċili, li huma kuntrarji għal-liġi Komunitarja, jeħtieġ li jsiru għal kollox konformi magħha sabiex tiġi stabbilita bażi legali soda għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità u r-Repubblika taċ-Ċili u biex tibqa' tinżamm il-kontinwità ta' tali servizzi ta' l-ajru,

    INNOTAW li mhux l-għan tal-Komunità, bħala parti minn dawn in-negozjati, li żżid il-volum totali ta' traffiku bl-ajru bejn il-Komunità u r-Repubblika taċ-Ċili, li taffettwa l-bilanċ bejn il-kumpanniji ta' l-ajru Komunitarji u l-kumpanniji ta' l-ajru tar-Repubblika taċ-Ċili, jew li tinnegozja emendi għad-disposizzjonijiet ta' ftehim bilaterali eżistenti dwar servizzi ta' l-ajru li jikkonċernaw drittijiet ta' traffiku,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Disposizzjonijiet Ġenerali

    1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "Stati Membri" għandha tfisser Stati Membri tal-Komunità. "Stati Membri tas-CLAC" għandha tfisser Stati Membri tal-Kummissjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili Latino-Amerikana.

    2. Referenzi f'kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I għal ċittadini ta' l-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jinftiehmu li jirreferu għal ċittadini ta' l-Istati Membri.

    3. Referenzi f'kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I għal kumpanniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jinftiehmu li jirreferu għal kumpanniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru magħżula minn dak l-Istat Membru.

    Artikolu 2

    Għażla, Awtorizzazzjoni u Revoka

    1. Id-disposizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jieħdu post id-disposizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(1) u (2) rispettivament, rigward l-għażla ta' kumpannija ta' l-ajru mill-Istat Membru konċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija lilha mir-Repubblika taċ-Ċili, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tal-kumpannija ta' l-ajru, rispettivament. Id-disposizzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jieħdu post id-disposizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(1) u (2) rispettivament, rigward l-għażla ta' kumpannija ta' l-ajru mir-Repubblika taċ-Ċili, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija lilha mill-Istat Membru, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tal-kumpannija ta' l-ajru, rispettivament.

    2. Malli tirċievi għażla minn Stat Membru, ir-Repubblika taċ-Ċili għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi dovuti bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

    (a) il-kumpannija ta' l-ajru hija stabbilita fit-territorju ta' l-Istat Membru li għażilha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u għandha Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi Komunitarja;

    (b) il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru huwa eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika rilevanti hija identifikata b'mod ċar fl-għażla; u

    (ċ) il-kumpannija ta' l-ajru hija l-proprjetà u ser tibqa' l-proprjetà, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, ta' Stati Membri u/jew ċittadini ta' Stati Membri, jew ta' Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew ċittadini ta' tali Stati oħra, u għandha f'kull ħin tkun effettivament ikkontrollata minn tali Stati u/jew tali ċittadini.

    3. Ir-Repubblika taċ-Ċili tista' tiċħad, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' kumpannija ta' l-ajru magħżula minn Stat Membru fejn:

    (a) il-kumpannija ta' l-ajru mhix stabbilita fit-territorju ta' l-Istat Membru li għażilha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew m' għandhiex Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi Komunitarja; jew

    (b) il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru m'hux eżerċitat jew m'hux miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tagħha, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti m'hix identifikata b'mod ċar fl-għażla; jew

    (ċ) il-kumpannija ta' l-ajru m'hix il-proprjetà ta', u effettivament ikkontrollata direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju minn, Stati Membru u/jew ċittadini ta' Stati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew ċittadini ta' tali Stati oħra; jew

    (d) ir-Repubblika taċ-Ċili tipprova li, bl-eżerċizzju tad-drittijiet ta' traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt fi Stat Membru ieħor, il-kumpannija ta' l-ajru tkun qed tevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ta' traffiku imposti minn ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika taċ-Ċili u dak l-Istat Membru l-ieħor; jew

    (e) il-kumpannija ta' l-ajru għandha Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u m'hemm ebda ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn ir-Repubblika taċ-Ċili u dak l-Istat Membru, u d-drittijiet ta' traffiku lejn dak l-Istat Membru ġew miċħuda lill-kumpannija ta' l-ajru magħżula mir-Repubblika taċ-Ċili.

    Meta teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika taċ-Ċili m' għandhiex tiddiskrimina bejn kumpanniji ta' l-ajru Komunitarji fuq bażi ta' nazzjonalità.

    4. Malli jirċievi għażla mir-Repubblika taċ-Ċili, Stat Membru għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi dovuti bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

    (a) il-kumpannija ta' l-ajru hija stabbilita fir-Repubblika taċ-Ċili; u

    (b) ir-Repubblika taċ-Ċili għandha u żżomm kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru u hija responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tagħha; u

    (ċ) il-kumpannija ta' l-ajru hija l-proprjetà ta', u effettivament ikkontrollata direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju minn, Stati Membri tas-CLAC u/jew ċittadini ta' Stati Membri tas-CLAC, sakemm ma ġewx miftiehma disposizzjonijiet aktar favorevoli fil-ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn dak l-Istat Membru u r-Repubblika taċ-Ċili.

    5. Stat Membru jista' jiċħad, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjoni jew il-permessi ta' kumpannija ta' l-ajru magħżula mir-Repubblika taċ-Ċili fejn:

    (a) il-kumpannija ta' l-ajru m'hix stabbilita fir-Repubblika taċ-Ċili; jew

    (b) il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru m'hux eżerċitat jew m'hux miżmum mir-Repubblika taċ-Ċili jew ir-Repubblika taċ-Ċili m'hix responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tagħha; jew

    (ċ) il-kumpannija ta' l-ajru m'hix il-proprjetà ta', u effettivament ikkontrollata direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju minn, Stati Membri tas-CLAC u/jew ċittadini ta' Stati Membri tas-CLAC, sakemm ma ġewx miftiehma disposizzjonijiet aktar favorevoli fil-ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn dak l-Istat Membru u r-Repubblika taċ-Ċili; jew

    (d) l-Istat Membru jipprova li, bl-eżerċizzju tad-drittijiet ta' traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt fi Stat Membru tas-CLAC ieħor, il-kumpannija ta' l-ajru tkun qed tevita restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ta' traffiku imposti minn ftehim bilaterali bejn l-Istat Membru u dak l-Istat Membru tas-CLAC l-ieħor.

    Artikolu 3

    Drittijiet dwar il-kontroll regolatorju

    1. Paragrafu 2 għandu jikkomplimenta l-artikoli elenkati fl-Anness II(3).

    2. Fejn Stat Membru jkun għażel kumpannija ta' l-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika taċ-Ċili taħt id-disposizzjonijiet ta' sigurtà tal-ftehim bejn l-Istat Membru li jkun għażel il-kumpannija ta' l-ajru u r-Repubblika taċ-Ċili għandhom japplikaw l-istess rigward l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta' standards ta' sigurtà minn dak l-Istat Membru l-ieħor u rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-operat ta' dik il-kumpannija ta' l-ajru.

    Artikolu 4

    Tassazzjoni tal-karburant ta' l-avjazzjoni

    1. Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 għandhom jikkomplimentaw id-disposizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(4).

    2. Minkejja kull disposizzjoni kuntrarja oħra, xejn minn kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness II(4) m' għandu jwaqqaf lill-Istati Membri milli jimponu fuq bażi non-diskriminatorja taxxi, imposti, dazji, tariffi jew ħlasijiet fuq karburant ipprovdut fit-territorju tiegħu għall-użu minn ajruplan ta' kumpannija ta' l-ajru magħżula tar-Repubblika taċ-Ċili li jopera bejn punt fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

    3. Minkejja kull disposizzjoni kuntrarja oħra, xejn minn kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness II(4) m'għandu jwaqqaf lir-Repubblika taċ-Ċili milli timponi fuq bażi non-diskriminatorja taxxi, imposti, dazji, tariffi jew ħlasijiet fuq karburant ipprovdut fit-territorju tagħha għall-użu minn ajruplan ta' kumpannija ta' l-ajru magħżula ta' Stat Membru li jopera bejn punt fit-territorju tar-Repubblika taċ-Ċili u punt ieħor fit-territorju tar-Repubblika taċ-Ċili jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor tas-CLAC.

    Artikolu 5

    Tariffi għat-trasport

    1. Paragrafu 2 għandu jikkomplimenta l-artikoli elenkati fl-Anness II(5).

    2. It-tariffi li jintalbu mill-kumpannija/i ta' l-ajru magħżul(a) mir-Repubblika taċ-Ċili taħt ftehim elenkat fl-Anness I li fih disposizzjoni elenkata fl-Anness II(5) għat-trasport totalment ġewwa l-Komunità għandhom ikunu soġġetti għal-liġi Komunitarja. Il-liġi Komunitarja hija applikata fuq bażi non-diskriminatorja.

    3. It-tariffi li jintalbu mill-kumpannija/i ta' l-ajru magħżul(a) minn Stat Membru taħt ftehim elenkat fl-Anness I li fih disposizzjoni elenkata fl-Anness II(5) għat-trasport bejn ir-Repubblika taċ-Ċili u Stat Membru ieħor tas-CLAC għandhom ikunu soġġetti għal-liġi Ċilena dwar il-leadership tal-prezzijiet u applikati fuq bażi non-diskriminatorja.

    Artikolu 6

    Annessi għal dan il-Ftehim

    L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

    Artikolu 7

    Reviżjoni jew emenda

    Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim bi qbil komuni.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ikunu ġew konklużi.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw provviżorjament dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.

    3. Ftehim u arranġamenti oħra bejn Stati Membri u r-Repubblika taċ-Ċili li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u m'humiex jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I(2). Dan il-Ftehim għandhu japplika għal tali Ftehim u arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

    Artikolu 9

    Tmiem

    1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi mitmum, id-disposizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li jirrelataw mal-ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jintemmu fl-istess waqt.

    2. Fil-każ li l-ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu mitmuma, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess waqt.

    B'xieHda ta' dan, dawn hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul fil-Lussuburgu f'duplikat, f'dan is- sitt jum ta' Ottubru fis-sena elfejn u ħamsa, bil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża.

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per Ia Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    Az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    För Europeiska gemenskapen

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    Por la República de Chile

    Za Chilskou republiku

    For Republikken Chile

    Für die Republik Chile

    Tšiili Vabariigi nimel

    Για τη Δημοκρατία της Χιλής

    For the Republic of Chile

    Pour la République du Chili

    Per la Repubblica del Cile

    Čīles Republikas vārdā

    Čilės Respublikos vardu

    A Chilei Köztársaság részéről

    Għar-Repubblika taċ-Ċili

    Voor de Republiek Chili

    W imieniu Republiki Chile

    Pela República do Chile

    Za Čilskú republiku

    Za Republiko Čile

    Chilen tasavallan puolesta

    För Republiken Chile

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    20050627

    ANNESS I

    Lista ta' ftehim imsemmija fl-Artikolu 1

    1. Ftehim dwar servizzi ta' l-ajru bejn ir-Repubblika taċ-Ċili u Stati Membri li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b'mod provviżorju

    - Ftehim dwar Servizzi ta' l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċili u l-Gvern tar-Renju tal-Belġju, iffirmat fi Brussel fit- 13 ta' Settembru 2001, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim Ċili-Belġju",

    - Ftehim dwar Servizzi ta' l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċili, iffirmat f'Kopenħagen fis- 27 ta' Ġunju 2001, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim Ċili-Danimarka",

    - Ftehim bejn il-Gvernijiet tar-Repubblika taċ-Ċili u r-Repubblika ta' Franza dwar servizzi ta' l-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f'Pariġi fis- 6 ta' Diċembru 1979, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim Ċili-Franza",

    - Ftehim dwar Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika taċ-Ċili, iffirmat f'Santiago de Chile fit- 30 ta' Marzu 1964, kif emendat, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim Ċili-Ġermanja",

    - Ftehim dwar Servizzi ta' l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċili u l-Gvern tar-Repubblika Taljana, iffirmat f'Ruma fis- 27 ta' Frar 2002, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim Ċili-Italja",

    - Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran-Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċili dwar servizzi ta' l-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat fil-Lussemburgu fil- 25 ta' Frar 2002, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim Ċili-Lussemburgu",

    - Ftehim dwar Servizzi ta' l-Ajru bejn ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika taċ-Ċili, iffirmat f'Santiago de Chile fit- 13 ta' Lulju 1962, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim Ċili-Olanda",

    - Abbozz ta' Ftehim dwar Servizzi ta' l-Ajru bejn ir-Repubblika taċ-Ċili u r-Renju ta' l-Olanda għal servizzi ta' l-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom, inizjalat u mehmuż bħala l-Anness B għall-Minuti Miftiehma tal-Laqgħa ta' Konsultazzjoni Aeronawtika bejn l-Olanda u ċ-Ċili ffirmat f'Santiago de Chile fit- 12 ta' April 2001, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Abbozz ta' Ftehim Ċili-Olanda",

    - Ftehim bejn il-Gvern taċ-Ċili u l-Gvern ta' Spanja dwar servizzi ta' trasport kummerċjali bl-ajru, iffirmat f'Santiago de Chile fis- 17 ta' Diċembru 1974, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim Ċili-Spanja",

    - Ftehim dwar Servizzi ta' l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċili u l-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja, iffirmat f'Kopenħagen fis- 27 ta' Ġunju 2001, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim Ċili-Svezja",

    - Ftehim bejn ir-Repubblika taċ-Ċili u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar servizzi ta' l-ajru, iffirmat f'Santiago de Chile fis- 16 ta' Settembru 1947, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim Ċili-Renju Unit",

    - Abbozz ta' Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċili dwar servizzi ta' l-ajru, inizjalat u mehmuż bħala l-Anness B għall-Memorandum ta' Ftehim bejn l-awtoritajiet aeronawtiċi tar-Renju Unit u ċ-Ċili ffirmat f'Santiago de Chile fil- 31 ta' Mejju 2000, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Renju Unit".

    2. Ftehim dwar servizzi ta' l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika taċ-Ċili u Stati Membri li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b'mod provviżorju.

    --------------------------------------------------

    20050627

    ANNESS II

    Lista ta' artikoli fil-ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta' dan il-Ftehim

    1. Għażla minn Stat Membru:

    - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċili-Belġju,

    - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċili-Danimarka,

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċili-Franza,

    - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċili-Ġermanja,

    - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċili-Italja,

    - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċili-Lussemburgu,

    - Artikolu 3 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Olanda,

    - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċili-Spanja,

    - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċili-Svezja,

    - Artikolu 4 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Renju Unit.

    2. Ċaħda, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta' Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċili-Belġju,

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċili-Danimarka,

    - Artikolu 5 tal-Ftehim Ċili-Franza,

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċili-Ġermanja,

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċili-Italja,

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċili-Lussemburgu,

    - Artikolu V tal-Ftehim Ċili-Olanda,

    - Artikolu 4 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Olanda,

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċili-Spanja,

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċili-Svezja,

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċili-Renju Unit,

    - Artikolu 5 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Renju Unit.

    3. Kontroll regolatorju:

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċili-Belġju,

    - Artikolu 14 tal-Ftehim Ċili-Danimarka,

    - Anness 3 għall-Protokoll bejn l-awtoritajiet aeronawtiċi tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika taċ-Ċili, iffirmat f'Berlin fit- 2 ta' April 1998 — kif applikat b'mod provviżorju fil-qafas tal-Ftehim Ġermanja-Ċili,

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċili-Italja,

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċili-Lussemburgu,

    - Artikolu 6 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Olanda,

    - Artikolu 14 tal-Ftehim Ċili-Svezja,

    - Artikolu 14 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Renju Unit.

    4. Tassazzjoni tal-Karburant ta' l-Avjazzjoni:

    - Artikolu 9 tal-Ftehim Ċili-Belġju,

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċili-Danimarka,

    - Artikolu 10 tal-Ftehim Ċili-Franza,

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċili-Ġermanja,

    - Artikolu 9 tal-Ftehim Ċili-Italja,

    - Artikolu 15 tal-Ftehim Ċili-Lussemburgu,

    - Artikolu III tal-Ftehim Ċili-Olanda,

    - Artikolu 15 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Olanda,

    - Artikolu 5 tal-Ftehim Ċili-Spanja,

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċili-Svezja,

    - Artikolu 8 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Renju Unit.

    5. Tariffi għat-trasport ġewwa l-Komunità Ewropea:

    - Artikolu 12 tal-Ftehim Ċili-Belġju,

    - Artikolu 10 tal-Ftehim Ċili-Danimarka,

    - Artikolu 9 tal-Ftehim Ċili-Franza,

    - Artikolu 8 tal-Ftehim Ċili-Ġermanja,

    - Artikolu 12 tal-Ftehim Ċili-Italja,

    - Artikolu 14 tal-Ftehim Ċili-Lussemburgu,

    - Artikolu 14 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Olanda,

    - Artikolu 8 tal-Ftehim Ċili-Spanja,

    - Artikolu 10 tal-Ftehim Ċili-Svezja,

    - Artikolu 9 tal-Ftehim Ċili-Renju Unit,

    - Artikolu 7 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Ċili-Renju Unit.

    --------------------------------------------------

    20050627

    ANNESS III

    Lista ta' Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2

    1. Ir-Repubblika ta' l-Islanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    2. Il-Prinċipalità ta' Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    3. Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    4. Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).

    --------------------------------------------------

    Top