Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998A0912(01)

    Att finali tal-konferenza internazzjonali udeċiżjoni mill-konferenza tal-karta ta' enerġija fir-rispett ta' l-emenda tad-disposizzjonijiet relatati mal-kummerċ tat-trattat tal-karta dwar L-enerġija

    ĠU L 252, 12.9.1998, p. 23–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1998/537/oj

    Related Council decision
    Related Council decision

    21998A0912(01)



    Official Journal L 252 , 12/09/1998 P. 0023 - 0046


    Att finali tal-konferenza internazzjonali u deċiżjoni mill-konferenza tal-karta ta' enerĠija fir-rispett ta' l-emenda tad-disposizzjonijiet relatati mal-kummerĊ tat-trattat tal-karta dwar l-enerĠija

    ATT FINALI TAL-KONFERENZA INTERNAZZJONALI U DEĊIŻJONI TAL-KONFERENZA TAL-KARTA DWAR L-ENERĠIJA

    I. Bejn is-17 ta' Diċembru 1994 u 18 ta' Diċembru 1997 il-Konferenza tal-Karta Provizorja dwar l-Enerġija ltaqghet sabiex tinnegozja xi emenda għad-disposizzjonijiet relatati mal-kummerċ tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija. Saret Konferenza biex l-emenda tigi adottata gewwa Brussell fit-23 u 24 ta' April 1998. Ir-Rappreżentanti tar-Repubblika ta' l-Albanija, r-Repubblika ta' l-Armenja, l-Awstralja, r-Repubblika ta' l-Awstrija, r-Repubblika Ażerbajġana, r-Renju tal-Belġju, r-Repubblika tal-Belarus, Bosnja u Herzegovina, r-Repubblika tal-Bulgarija, r-Repubblika tal-Kroazja, r-Repubblika ta' Ċipru, r-Repubblika Ċeka, r-Renju tad-Danimarka, r-Repubblika ta' l-Estonja, l-Komunitajiet Ewropej, ir-Repubblika tal-Finlandja, r-Repubblika Franċiża, r-Repubblika ta' Ġeorġja. r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, r-Repubblika Ellenika, r-Repubblika ta' l-Ungerija, r-Repubblika ta' l-Iżlanda, l-Irlanda, r-Repubblika Taljana, l-Ġappun, ir-Repubblika tal-Każakstan, ir-Repubblika tal-Kirġistan, ir-Repubblika tal-Latvja, l-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Repubblika tal-Lituwanja, l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, r-Repubblika ta' Malta, r-Repubblika tal-Moldova, r-Renju ta' l-Olanda, r-Renju tan-Norveġja, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika Portugiża, r-Rumanija, l-Federazzjoni Russa, r-Repubblika Slovakka, r-Repubblika ta' l-Islovenja, r-Renju ta' Spanja, r-Renju ta' l-Isvezja, l-Konfederazzjoni ta' l-Isvizzera, r-Repubblika tat-Taġikistan, dik li kienet qabel ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, r-Repubblika tat-Turkija, t-Turkmenistan, l-Ukrajna, r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, u r-Repubblika ta' l-Użbekistan (minn hawn ‘l quddiem "ir-rappreżentanti") ħadu sehem fil-Konferenza, kif ukoll osservaturi mistednin minn xi pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

    II. Il-Konferenza tal-Karta dwar l-Enerġija, li kienet stabbilita definittivament dwar id-dħul fis-seħħ fis-16 ta' April 1998 tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija 1994, giet imlaqqa' wkoll fit-23 u 24 ta' April 1998 sabiex jikkunsidraw adozzjoni ta' l-emenda għad-Disposizzjonijiet tal-Kummerċ relatat tal-Karta ta' l-Enerġija bi qbil mad-disposizzjonijiet tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija.

    EMENDA GĦAD-DISPOSIZZJONIJIET TAL-KUMMERĊ RELATATI TAT-TRATTAT TAL-KARTA DWAR L-ENERĠIJA

    III. It-test ta' l-Emenda għad-Disposizzjonijiet tal-Kummerċ relatati tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija (minn hawn ‘l quddiem riferit bħala l-"Emenda") li hija stabbilita fl-Anness I u d-Deċiżjonijiet bir-rispett tagħhom li huma stabbiliti fl-Anness II kienu adottati bi qbil mal-modalitajiet tal-konferenza internazzjonali msejħa għal dan il-għan u taħt it-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija bi qbil mal-proċedura provduta fit-Trattat.

    FTEHIM

    IV. Il-ftehim li ġej bir-rispett għall-Emenda kienu adottati:

    1. ftehim bir-rispett għall-Artikolu 29(2)(a) u l-Anness W:

    Minkejja l-elenkar ta' paragrafu 6 ta' l-Artikolu XXIV tal-GATT 1994 fl-Anness W(a)(1)(a)(i), kull firmatarju effettwat miż-żieda fid-dazji tad-dwana jew piżijiet oħra ta' kull tip impost dwar jew in-konnessjoni ma' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni riferita għaliha fl-ewwel sentenza ta' dak il-paragrafu, huwa intitolat sabiex ifittex konsultazzjonijiet fil-Konferenza tal-Karta.

    2. ftehim bir-rispett għal l-Artikolu 20(7):

    Fil-każ ta' firmatarju, mhux membru tad-WTO, li huwa elenkat fl-Annessi BR jew BRQ jew it-tnejn li huma, kull konċessjoni offruta formalment bil-proċess ta' l-Adeżjoni tiegħu għad-WTO bir-rispett ta' materjali ta' enerġija jew prodotti mniżżla fl-Anness EM II jew tagħmir ta' enerġija relatata mniżżla fl-Anness EQ II għandu, għall-iskop ta' dan l-Artikolu, jkun ikkunsidrat bħala rabta taħt id-WTO.

    3. ftehim bir-rispett għal l-Artikoli 29(6) u (7) u 34(3)(o):

    Il-Konferenza tal-Karta għandha tħejji reviżjoni annwali bir-rispett għal kull possibbiltà ta' tmexxija ta' l-oġġetti ta' materjali ta' enerġija u prodotti jew tagħmir ta' enerġija relatata mill-Annessi EM I jew EQ I għall-Annessi EM II jew EQ II.

    DIKJARAZZJONIJIET

    V. Id-dikjarazzjonijiet li ġejjin saru bir-rispett għall-Emenda:

    Dikjarazzjoni konġunta dwar drittijiet ta' proprjetà intelletwali tal-kummerċ relatati

    Firmatarji jikkonfermaw ir-rabtiet sabiex jipprovdu l-protezzjoni effettiva ta' drittijiet ta' proprjetà intelletwali li tiġi wara l-i standard internazzjonali l-aktar għolja.

    Drittijiet ta' proprjetà intellettwali jinkludu għall-iskop ta' din id-dikjarazzjoni partikolari d-dritt ta' l-awtur u drittijiet relatati (li jinkludu programmi tal-kompjuter u bażi ta' informazzjoni), marki ta' kummerċ, indikazzjonijiet ġeografiċi, patentijiet, disinji, topografiji ta' semi-kondutturi u informazzjoni mhix maħruġa.

    Dikjarazzjoni konġunta mill-Federazzjoni tar-Russja u l-Unjoni Ewropea

    Il-Federazzjoni tar-Russja qajmet il-ħruġ ta' kummerċ fil-materjali nukleari. Il-Federazzjoni tar-Russja u l-UE qablu li s-sħubija u l-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Federazzjoni tar-Russja, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1997, huma l-qafas xieraq sabiex jikkooperaw ma' din il-ħarġa, kif ikkonfermat fil-konklużjonijiet tas-27 ta' Jannar 1998 Kunsill ta' Kooperazzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    EMENDA GĦAD-DISPOSIZZJONIJIET TA' KUMMERĊ RELATAT TAT-TRATTAT TAL-KARTA DWAR L-ENERĠIJA

    Artikolu 1

    L-Artikolu 29 tat-Trattat għandu jinbidel bit-test li ġej:

    "Artikolu 29

    Disposizzjonijiet interim dwar fatti ta' kummerċ relatat

    1. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għadhom jgħoddu ma' kummerċ f'materjali ta' enerġija u prodotti u tagħmir ta' enerġija relatati filwaqt li kull Parti Kontraenti mhix membru tad-WTO.

    2. (a) Kummerċ f'materjali ta' enerġija u prodotti u tagħmir ta' enerġija relatata bejn Partijiet Kontraenti ta' l-inqas waħda li mhix membru tad-WTO għandha tkun gvernata, soġġett għas-subparagrafu (b) u għall-eċċezzjonijiet u r-regoli provduti għall-Anness W, bid-disposizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO, kif applikat u prattikat bil-konsiderazzjoni għal materjali ta' enerġija u prodotti u tagħmir ta' enerġija relatata b'membri tad-WTO fosthom, daqslikieku l-Partijiet Kontraenti kollha kienu membri tad-WTO; kif applikat u prattikat bil-konsiderazzjoni għal materjali ta' enerġija u prodotti u tagħmir ta' enerġija relatata qalb il-membri tad-WTO bħallikieku l-partijiet kontrattanti kienu kollha membri tad-WTO

    (b) Dan il-kummerċ ta' Parti Kontraenti li hija Stat li kien parti kostitwenti ta' dik li qabel kienet l-Unjoni ta' Repubbliċi Sovjetiċi Soċjalisti tista' minflok tkun gvernata, soġġett għad-disposizzjonijiet ta' l-Anness TFU, bi ftehim bejn żewġ Stati jew iktar, sa' l-1 ta' Diċembru 1999 jew l-ammissjoni ta' dik il-Parti Kontraenti għad-WTO, liema jkunu l-aktar kmieni;

    3. (a) Kull firmatarju għal dan it-Trattat, u kull Stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li ssieħbu f'dan it-Trattat qabel l-24 ta' April 1998, għandhom fid-data tal-firma tiegħu jew fid-depożitu tiegħu ta' l-istrumenti tiegħu ta' Adeżjoni jipprovdu lis-Segretarjat lista tad-dazji tad-dwana kollha u l-piżijiet ta' kull tip imposti jew in-konnessjoni ma' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' materjali ta' enerġija u prodotti, jinnotifikaw il-livell ta' dawn id-dazji tad-dwana u l-piżijiet applikati f'dik id-data ta' firma jew depożitu. Kull firmatarju għal dan it-Trattat, u kull Stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li jissieħbu f'dan it-Trattat qabel l-24 ta' April 1998, għandhom f'dik id-data jipprovdu lis-Segretarjat lista tad-dazji tad-dwana kollha u l-piżijiet ta' kull tip impost dwar jew in-konnessjoni ma' importazzjoni jew esportazzjoni ta' tagħmir ta' enerġija relatata, fejn jinnotifikaw il-livell ta' dawn id-dazji u piżijiet applikati f'dik id-data;

    (b) Kull Stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li ssieħeb f'dan it-Trattat wara l-24 ta' April 1998, għandhom fid-data tad-depożitu tiegħu ta' l-istrument ta' Adeżjoni, jipprovdu lis-Segretarjat b`lista tad-dazji tad-dwana kollha u l-piżijiet ta' kull tip imposti jew in-konnessjoni ma' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' materjali ta' enerġija u prodotti u tagħmir ta' enerġija relatata, waqt li jinnotifikaw il-livell ta' dawn id-dazji tad-dwana u l-piżijiet applikati f'din id-data ta' depożitu.

    Kull bdil għal dawn id-dazji tad-dwana jew piżijiet ta' kull tip impost fuq jew f'konnessjoni ma' l-importazzjoni jew esportazzjoni għandu jkun notifikat lis-Segretarjat, li għandu jinforma lill-Partijiet Kontraenti dwar dan il-bdil.

    4. Kull Parti Kontraenti għandha tagħmel ħilitha sabiex ma żżidx kull dazju tad-dwana jew piż ta' kull tip impost dwar jew in-konnessjoni ma' l-importazzjoni jew esportazzjoni:

    (a) Fil-każ ta' l-importazzjoni ta' materjali ta' enerġija u prodotti mniżżla fl-Anness EMI jew tagħmir relatat ma' l-enerġija mniżżel fl-Anness EQ I u deskritti f'Parti 1 ta' l-iskeda li tirrelata ma' Parti Kontraenti msemmija fl-Artikolu II tal-GATT 1994, ‘il fuq mill-livell stabbilit r-raba' f'dik l-iskeda, jekk il-Parti Kontraenti hija membru tad-WTO;

    (b) Fil-każ ta' l-esportazzjoni ta' materjali ta' enerġija u prodotti mniżżla fl-Anness EMI jew tagħmir relatat ma' l-enerġija mniżżel fl-Anness EQ I, u dak ta' l-importazzjoni tagħhom fil-Parti Kontraenti mhix membru tal-WTO, ‘l fuq mil-livell l-aktar notifikat riċenti għas-Segretarjat, apparti kif permess mid-disposizzjonijiet magħmula applikabbli mis-subparagrafu (2)(a).

    5. Parti Kontraenti tista' żżid dan id-dazju tad-dwana jew piż ieħor ‘il fuq mil-livell riferit fil-paragrafu (4) biss jekk:

    (a) fil-każ ta' dazju tad-dwana jew piż impost jew in-konnessjoni ma' l-importazzjoni, din l-azzjoni m`hiex inkonsistenti mad-disposizzjonijiet applikabbli tal-Ftehim tad-WTO, barra dawk id-disposizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO mniżżla fl-Anness W; jew

    (b) għandha, sakemm jista' jkun possibbli taħt il-proċeduri leġislattivi, tkun innotifikat lis-Segretarjat dwar il-proposta tagħha għal din iż-żieda, fejn taghti lil Partijiet Kontraenti interessati oħra opportunità raġjonevoli għal konsultazzjoni bir-rispett għall-proposta tagħha, u tkun tat konsiderazzjoni għal kull rappreżentazzjonijiet minn dawn il-Partijiet Kontraenti.

    6. Fir-rispett ta' kummerċ bejn Partijiet Kontraenti fejn ta' l-inqas waħda m`hiex membru tal-WTO, l-ebda Parti Kontraenti m'għandha żżid xi dazju tad-dwana jew piżijiet ta' xi tip imposti jew in-konnessjoni ma' l-importazzjoni jew esportazzjoni ta' materjali ta' enerġija u prodotti mniżżla fl-Anness EM II jew tagħmir relatat ma' enerġija mniżżel fl-Anness EQ II ‘il fuq mil-livell l-aktar baxx applikat fid-data tad-deċiżjoni mill-Konferenza tal-Karta sabiex jitniżżel l-oġġett partikolari fl-Anness rilevanti.

    Parti Kontraenti tista' żżid dak id-dazju tad-dwana jew piżijiet oħra fuq dak il-livell biss jekk:

    (a) fil-każ ta' dazju tad-dwana jew piż impost jew in-konnessjoni ma' l-importazzjoni, dik l-azzjoni m`hiex inkonsistenti mad-disposizzjonijiet applikabbli tal-Ftehim tal-WTO, barra dawk id-disposizzjonijiet tal-Ftehim tal-WTO imniżżla fl-Anness W; jew

    (b) f'ċirkustanzi eċċezzjonali li m`huma provduti mkien ieħor f`dan it-Trattat, il-Konferenza tal-Karta tiddeċiedi li tirrinunzja l-obbligu impost mod ieħor dwar Parti Kontraenti b'dan il-paragrafu, li jagħti l-kunsens għal żieda f'dazju tad-dwana, bla ħsara għal kull kondizzjoni li l-Konferenza ta' Karta tista' timponi.

    7. Minkejja paragrafu 6, fil-każ ta' kummerċ riferit f'dak il-paragrafu, Partijiet Kontraenti mniżżla fl-Anness BR fir-rispett ta' materjali ta' enerġija u prodotti mniżżla fl-Anness EMII, jew fl-Anness BRQ fir-rispett ta' tagħmir relatat ma' l-enerġija mniżżel fl-Anness EQ II, m'għandhomx iżidu xi dazju tad-dwana jew piżijiet oħra fuq il-livell li jirriżulta mir-rabtiet tagħhom jew minn xi disposizzjonijiet applikabbli għalihom taħt il-Ftehim tad-WTO.

    8. Dazji u piżijiet oħra imposti fuq jew in-konnessjoni ma' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' materjali ta' enerġija u prodotti jew tagħmir relatat ta' enerġija għandhom ikunu soġġetti għad-disposizzjonijiet tal-ftehim dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu II: 1(b) tal-GATT 1994 kif modifikat bi qbil ma' l-Anness W.

    9. Anness D għandu jgħodd:

    (a) għal tilwim li jikkonċerna konformità mad-disposizzjonijiet applikabbli ma' kummerċ taħt dan l-Artikolu;

    (b) għal tilwim li jikkoncerna l-applikazzjoni minn Parti Kontraenti ta' kwalunkwe miżura, irrispettivament minn jekk jinħoloqx konflitt mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu li huwa kunsidrat minn Parti Kontraenti oħra sabiex jannulla jew ifixkel kull benefiċċju li joħroġ direttament jew indirettament taħt dan l-Artikolu; u

    (ċ) sakemm il-Partijiet Kontraenti għat-tilwim jaqblu mod ieħor, għat-tilwim li jirrigwarda konformità ma' l-Artikolu 5 bejn Partijiet Kontraenti li ta' l-inqas waħda minnhom mhix membru tal-WTO;

    apparti li l-Anness D m'għandux jgħodd għal kull tilwim bejn Partijiet Kontraenti, is-sustanza ta' liema toħroġ taħt xi ftehim li:

    (i) ġie notifikat bi qbil ma' jew jissodisfa l-ħtiġiet l-oħra ta' subparagrafu (2)(b) u l-Anness TFU; jew

    (ii) jistabbilixxi arja ta' kummerċ-ħieles jew unjoni tad-dwana kif deskritt fl-Artikolu XXIV tal-GATT 1994."

    Artikolu 2

    It-Trattat għandu jkun emendat kif ġej:

    Fil-Preambolu, paragrafu 7, ibdel "Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ u l-Istrumenti Relatati" ma' "Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ."

    Fil-Preambolu, paragrafu 8, ibdel "tagħmir relatata" ma' "tagħmir ta' enerġija relatata".

    Fil-Preambolu, paragrafu 9, ibdel "Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ" u "l-partijiet tiegħu" ma' "Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ" u "l-membri tagħha".

    Fil-Preambolu, paragrafu 10, ibdel "partijiet għall-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u l-Istrumenti Relatati tiegħu" ma' "membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ".

    Fl-Artikolu 1, ibdel it-test ta' paragrafu (4) ma':

    "4. "Materjali ta' enerġija u prodotti", bażati fuq is-Sistema Armonizzata ta' l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali u n-Nomenklatura Kumbinata tal-Komunitajiet Ewropej, ifissru l-oġġetti inklużi fl-Anness EM I jew EM II."

    Fl-Artikolu 1, wara t-test ta' paragrafu 4 daħħal:

    "4a. "tagħmir ta' enerġija relatata", bażat fuq is-Sistema Armonizzata ta' l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, ifisser l-oġġetti inklużi fl-Annessi EQ I jew EQ II."

    Fl-Artikolu 1, ibdel it-test ta' paragrafu 11 ma':

    "11. (a) "WTO" tfisser l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ stabbilita mill-Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

    (b) "Ftehim tal-WTO" ifisser il-Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-Annessi u d-deċiżjonijiet tiegħu, dikjarazzjonijiet u ftehim relatati tiegħu, kif rettifikati sossegwentament, minbarra li emendati u modifikati minn ħin għall-ieħor;

    (ċ) "GATT 1994" ifisser il-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ kif speċifikat fl-Anness 1A għall-Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, kif rettifikat sossegwentament, minbarra li emendat jew modifikat minn ħin għall-ieħor."

    Fl-Artikolu 3, wara "materjali ta' enerġija u prodotti" daħħal "u tagħmir ta' enerġija relatata".

    Fl-Artikolu 4, titolu, ibdel "GATT u strumenti relatati" ma' Ftehim tal-WTO' u fit-test ta' l-Artikolu 4, ibdel "partijiet għall-GATT" ma' "membri tad-WTO" u ibdel "GATT u strumenti relatati" ma' "l-Ftehim tal-WTO'."

    Fl-Artikolu 5, paragrafu 1, daħħal "1994" billi ssegwi "Artikoli III u XI tal-GATT" u ibdel "GATT u strumenti relatati" ma' "Ftehim tal-WTO"

    Fl-Artikolu 14, paragrafu 6, ibdel "GATT u strumenti relatati" ma' "Ftehim tal-WTO".

    Fl-Artikolu 20, paragrafu 1, ibdel "GATT u strumenti relatati rilevanti" ma' "Ftehim tal-WTO" u wara "materjali ta' enerġija u prodotti" daħħal "tagħmir relatat ma l-enerġija".

    Fl-Artikolu 21, paragrafu 4, ibdel "L-Artikolu 29)(2) għal (6)" ma' "l-Artikolu 29(2) għal (8)".

    Fl-Artikolu 25, paragrafu 3, ibdel "GATT u strumenti relatati" ma' "Ftehim tal-WTO".

    Fl-Artikolu 34, paragrafu 3, żid wara subparagrafu (m):

    "(n) ikkunsidra u approva l-elenkar ta' firmatarji fl-Annessi BR jew BRQ jew f'dawn iż-żewġ Annessi;

    (o) ikkunsidra u approva ż-żieda ta' oġġetti għall-Anness EM II minn Anness EM I mat-tħassir li jikkorrespondi ma' dawk l-oġġetti minn l-Anness EM I u kunsidra u approva ż-żieda ta' l-oġġetti għall-Anness EQ II minn Anness EQ I mat-tħassir li jikkorrespondi ta' dawk l-oġġetti mill-Anness EQ I;"

    .

    Fl-Artikolu 34, paragrafu 3, ibdel id-denominazzjoni ta' subparagrafu "(n)'" mas-subparagrafu "(p)".

    Fl-Artikolu 36(1)(d), ibdel "G" ma' "W".

    Fl-Artikolu 36, fil-paragrafu 1, wara s-subparagrafu (f) żid:

    "(g) approva ż-żieda ta' oġġetti għall-Anness EM II minn l-Anness EM I mat-tħassir li jikkorrespondi ta' dawk l-oġġetti minn l-Anness EM I u kunsidra u approva ż-żieda ta' l-oġġetti għall-Anness EQ II minn l-Anness EQ I mat-tħassir li jikkorrespondi ta' dawk l-oġġetti mill-Anness EQ I."

    Fl-Artikolu 36, paragrafu 4, ibdel "(f)" ma' "(g)".

    Fit-"Tabella ta' Kontenuti" ta' l-Annessi għat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija, semmi mill-ġdid "Anness EM" bħal "Anness EM I", daħħal bħal 2 sa 4 l-Annessi miżjuda "Anness EM II materjali ta' enerġija u prodotti (Bi qbil ma' l-Artikolu 1(4))", "Anness EQ I Lista ta' tagħmir relatat ma' l-enerġija (Bi qbil ma' l-Artikolu 1(4a))" u "Anness EQ II lista' ta' tagħmir relatat ma l-enerġija (Bi qbil ma' l-Artikolu 1(4a)".

    F'9. Anness G, ibdel "GATT u strumenti relatati" ma' "Ftehim tal-WTO", u semmi mill-ġdid "Anness G" bħal "Anness W".

    Innumera mill-ġdid l-Annessi 2 sa 10 bħala Annessi 5 sa 13. Daħħal bħal 14 u 15 l-Annessi miżjuda "Anness BR lista ta' Partijiet Kontraenti li m'għandhomx iżidu kwalunkwe dazju tad-dwana jew piżijiet oħra fuq il-livell li jirriżulta mir-rabtiet tagħhom jew kull dispożizzjoni applikabbli għalihom taħt il-Ftehim tal-WTO (Bi qbil ma' l-Artikolu 29(7))" u "Anness BRQ lista ta' Partijiet Kontraenti li m'għandhomx iżidu kwalunkwe dazju tad-dwana jew piżijiet oħra fuq il-livell li jirriżulta mir-rabtiet tagħhom jew kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli għalihom taħt il-Ftehim tal-WTO (Bi qbil ma' l-Artikolu 29(7))".

    Innumera mill-ġdid l-Annessi 11 sa 14 bħala Annessi 16 sa 19.

    Fir-rispett ta' Anness D, ibdel "(Bi qbil ma' l-Artikolu 29(7))" ma' "(Bi qbil ma' l-Artikolu 29(9))".

    F'Anness EM, semmi mill-ġdid "EM" bħal "EM I".

    F'-Anness TRM, paragrafu (1)(a) u(b) u fil-paragrafu (3)(a) u (b), ibdel "parti għall-GATT" ma' "membru tal-WTO".

    F'-Anness TFU, paragrafi (2)(ċ), (4), l-ewwel sentenza, u (6), l-ewwel sentenza, ibdel "GATT u strumenti relatati" ma' "Ftehim tal-WTO".

    Artikolu 3

    Anness D tat-Trattat għandu jkun emendat kif ġej:

    Fit-titolu ibdel "(Bi qbil ma' l-Artikolu 29(7))" ma' "(Bi qbil ma' l-Artikolu 29(9))".

    Fl-aħħar tal-paragrafu 1(a), ħassar il-perjodu u żid minn hemm ‘il quddiem "29":

    "jew rigward kull miżura li tista' tannulla jew tfixkel kull benefiċċju li joħroġ għal Parti Kontraenti direttament jew indirettament taħt id-disposizzjonijiet applikabbli ma' kummerċ taħt l-Artikolu 29."

    Fil-paragrafu 1(b), fl-aħħar ta' l-ewwel sentenza, ħassar il-perjodu u daħħal minn hemm ‘il quddiem "29":

    "jew rigward kull miżura li tista' tannulla jew tfixkel kull benefiċċju li joħroġ għal Parti Kontraenti direttament jew indirettament taħt id-disposizzjonijiet applikabbli għal kummerċ taħt l-Artikolu 29."

    ,

    u fit-tieni sentenza, ibdel "GATT u strumenti relatati" ma' "Ftehim tal-WTO".

    Fil-paragrafu 1(d), daħħal wara l-virgola qabel "il-Partijiet Kontraenti":

    "jew sabiex tannulla jew tfixkel kull benefiċċju li joħroġ għaliha direttament jew indirettament taħt id-disposizzjonijiet applikabbli għal kummerċ taħt l-Artikolu 29,"

    .

    Fil-paragrafu 2(a), t-tieni sentenza, ibdel "GATT u strumenti relatati" ma' "Ftehim tal-WTO".

    Fil-paragrafu 3(a), t-tieni sentenza, ibdel "GATT u strumenti relatati" ma' "Ftehim tal-WTO",

    u ibdel is-sentenza ta' qabel ta' l-aħħar ma':

    "Panels għandhom jitmexxew mill-interpretazzjonijiet mogħtija lill-Ftehim tal-WTO ġewwa l-qafas tal-Ftehim tal-WTO u m'għandhomx jikkuntestaw il-kompatibilità ma' l-Artikolu 5 jew 29 ta' prattiku applikat minn xi Parti kontraenti li hija membru tal-WTO għal membri oħra tal-WTO li hi tapplika għall-Ftehim tal-WTO u li ma ttieħdux minn dawk il-membri l-oħra għar-riżoluzzjoni ta' tilwim taħt il-Ftehim tal-WTO."

    Fil-paragrafu 4(b), l-ewwel sentenza, ibdel "GATT jew strumenti relatati" ma' "Ftehim tal-WTO".

    Fil-paragrafu 5(ċ), ibdel "GATT jew strumenti relatati" ma' "Ftehim tal-WTO".

    Fil-paragrafu 7, l-ewwel sentenza, ibdel "parti għall-GATT", ma' "membru tal-WTO"

    u ibdel "membri ta' panels nominati attwalment għall-għan ta' panels tal- GATT" li jikkoncernaw tilwim ma':

    "persuni li l-ismijiet tagħhom jidhru fuq il-lista indikattiva ta' individwi governattivi u mhux governattivi, riferiti fl-Artikolu 8 tal-ftehim dwar regoli u proċeduri li jiggvernaw ir-riżoluzzjoni ta' tilwim li tinsab fl-Anness 2 għall-Ftehim tal-WTO jew li fil-passat servew bħala membri ta panels ghal riżoluzzjoni ta' tilwim tal-GATT jew tal-WTO."

    Żid wara paragrafu 9:

    "10. Meta Parti Kontraenti tinvoka l-Artikoli 29(9)(b), dan l-Anness għandu jgħodd, soġġett għall-modifikazzjonijiet li ġejjin:

    (a) il-parti li ma taqbilx għandha tippreżenta ġustifikazzjoni dettaljata bħala għajnuna għal kull talba għal konsultazzjonijiet jew għall-istabbiliment ta' panel li jikkoncerna miżura li tikkunsidra li tannulla jew tfixkel xi benefiċċju li joħroġ għaliha direttament jew indirettament taħt l-Artikolu 29;

    (b) meta xi miżura ġiet misjuba li tannulla jew tfixkel benefiċċji taħt l-Artikolu 29 mingħajr vjolazzjoni tagħhom, m'hemm l-ebda obbligu sabiex tittieħed il-miżura; madankollu, f'dan il-każ il-panel għandu jirrakkomanda li l-Parti Kontraenti interessata tagħmel ftehim sodisfaċenti bejniethom;

    (ċ) il-panel arbitrarju provdut fil-paragrafu (6)(b), rigward it-talba taż-żewġ partijiet, jista' jistabbilixxi l-levell ta' benefiċċji li kienu annullati jew imfixkla, u jista' jissuġerixxi wkoll modi u mezzi sabiex jintlaħaq ftehim sodisfaċenti bejniethom; suġġerimenti bhal dawn m'għandhomx jorbtu mal-partijiet għat-tilwim."

    Artikolu 4

    L-Anness li ġej għandu jibdel l-Anness G tat-Trattat:

    "

    Anness W

    EĊĊEZZJONIJIET U REGOLI LI JIGGVERNAW L-APPLIKAZZJONI TAD-DISPOSIZZJONIJIET TAL-FTEHIM TAL-WTO

    (Bi qbil ma’ l-Artikolu 29(2)(a))

    A. Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO.

    Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim tad-WTO m’għandhomx ikunu applikabbli taħt l-Artikolu 29(2)(a):

    1. Qbil li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

    Kollha apparti l-Artikolu IX, paragrafi 3 u 4 u l-Artikolu XVI, paragrafi 1, 3 u 4

    (a) Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO:

    Qbil Multilaterali dwar kummerċ f’oġġetti:

    (i) Qbil Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ 1994

    II. | Skedi ta’ konċessjonijiet, paragrafi (1)(a), (1)(b, l-ewwel sentenza), (1)(ċ) u (7) |

    IV. | Disposizzjonijiet speċjali li jirrelataw ma’ films ċinematografiċi |

    XV. | Arranġamenti ta’ skambju |

    XVIII. | Assistenza governattiva għal żvilupp ekonomiku |

    XXII. | Konsultazzjoni |

    XXIII. | Nullifikazzjoni u tfixkil |

    XXIV. | L-unjoni tad-dwana u arja ta’ kummerċ-ħieles, paragrafu 6 |

    XXV. | Azzjoni konġunta mill-partijiet kontraenti |

    XXVI. | Aċċettazzjoni, dħul fis-seħħ u reġistrazzjoni |

    XXVII. | Żamma jew irtirar ta’ konċessjonijiet |

    XXVIII. | Modifikazzjoni ta’ skedi |

    XXVIIIa. | Negozjar ta’ tariffi |

    XXIX. | Ir-relazzjoni ta’ dan il-ftehim għall-Karta Havana |

    XXX. | Emendi |

    XXXI. | Irtirar |

    XXXII. | Partijiet Kontraenti |

    XXXIII. | Adeżjoni |

    XXXV. | Applikazzjoni li mhix tal-ftehim bejn Partijiet Kontraenti partikolari |

    XXXVI. | Prinċipji u għanijiet |

    XXXVII. | Rabtiet |

    XXXVIII. | Azzjoni konġunta |

    Appendiċi H | Li jirrelata ma’ l-Artikolu XXVI |

    Appendiċi I | Noti u disposizzjonijiet supplimentari (relatati mal-GATT msemmi fuq disposizzjonijiet) |

    Ftehim dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu II: 1(b) tal-GATT 1994

    2. | Data ta’ inkorporazzjoni ta’ dazji oħra u piżijiet fl-iskeda. |

    4. | Sfidi, (l-ewwel sentenza biss). |

    6. | Riżoluzzjoni ta’ tilwim. |

    8. | Supersessjoni ta’ SBDM 27S/24. |

    Ftehim dwar l-Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu XVII tal-GATT 1994

    1. | Il-frażi biss "għal reviżjoni mill-parti li taħdem sabiex tkun stabbilita taħt paragrafu (5)". |

    5. | Parti i Taħdem dwar kummerċ ta’ l-Istat. |

    Ftehim dwar id-disposizzjonijiet tal-bilanċ-ta’-pagamenti tal-GATT 1994

    5. | Kumitat dwar restrizzjonijiet ta’ bilanċ-ta’-pagamenti, minbarra l-aħħar sentenza. |

    7. | Reviżjoni mill-Kumitat, il-frażi "jew taħt paragrafu 12(b) ta’ l-Artikolu XVIII". |

    8. | Proċeduri ta’ konsultazzjoni simplifikati. |

    13. | Konklużjonijiet ta’ konsultazzjonijiet ta’ bilanċ-ta’-pagamenti, l-ewwel sentenza, tielet sentenza: il-frażi "u XVII: B, id-Dikjarazzjoni 1979" u l-aħħar sentenza. |

    Ftehim dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu XXIV tal-GATT 1994

    Kollox apparti paragrafu 13

    Ftehim fir-Rispett ta’ Eżenzjonijiet mill-Obbligi taħt il-GATT 1994

    3. | Nullifikazzjoni u tfixkil |

    Ftehim dwar l-Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994

    Protokoll ta’ Marrakesh għall-GATT 1994

    (ii) Ftehim dwar l-agrikultura;

    (iii) Ftehim dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji u Fitosanitarji;

    (iv) Ftehim dwar tessuti u ilbies;

    (v) Ftehim dwar ostakoli tekniċi għall-kummerċ.

    Preambolu (paragrafi 1, 8, 9)

    1.3 | Disposizzjonijiet Ġenerali. |

    10.5 | Il-kliem "pajjiż żviluppat" u l-kliem "Franċiż u Spanjol" li għandhom jinbidlu bir- "Russu". |

    10.6 | Il-frażi "u kisbu attenzjoni ta’ Membri tal-pajjiż li qed jiżviluppa… interess għalihom." |

    10.9 | Informazzjoni rigward regolamenti tekniċi, standards u sistemi ta’ ċertifikazzjoni (lingwi). |

    11. | Assistenza teknika lil Partijiet oħra. |

    12. | Trattament speċjali u differenti ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw. |

    13. | Il-Kumitat dwar ostakoli tekniċi għall-Kummerċ. |

    14. | Konsultazzjoni u riżoluzzjoni ta’ tilwim. |

    15. | Disposizzjonijiet finali (barra dawk 15.2 u 15.5). |

    Anness 2 | Gruppi tekniċi esperti; |

    (vi) Ftehim dwar miżuri ta’ investiment tal-Kummerċ relatat;

    (vii) Ftehim dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Kontra d-dumping)

    15. | Membri tal-pajjiż li qed jiżviluppaw. |

    16. | Kumitat dwar prattiku anti-dumping. |

    17. | Konsultazzjoni u riżoluzzjoni ta’ tilwim. |

    18. | Disposizzjonijiet finali, paragrafi 2 u 6; |

    (viii) Ftehim dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VII tal-GATT 1994 (prezzatura tad-dwana)

    Preambolu, paragrafu 2, il-frażi "u sabiex jassiguraw benefiċċji addizzjonali għall-kummerċ internazzjonali ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw".

    14. | Applikazzjoni ta’ l-Annessi (it-tieni sentenza apparti sakemm tirreferi għal l-Anness III, paragrafi 6 u 7). |

    18. | Istituzzjonijiet (Kumitat dwar prezzamenti tad-dwana). |

    19. | Konsultazzjoni u riżoluzzjoni ta’ tilwim. |

    20. | Trattament speċjali u differenti ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw. |

    21. | Riservazzjonijiet. |

    23. | Reviżjoni. |

    24. | Is-Segretarjat. |

    Anness II | Kumitat Tekniku dwar prezzament tad-dwana. |

    Anness III | Disposizzjonijiet żejda (apparti paragrafi 6 u 7); |

    (ix) Ftehim dwar spezzjoni ta’ imbarkazzjoni minn qabel

    Preambolu, paragrafi 2 u 3

    3.3. | Assistenza teknika. |

    6. | Reviżjoni. |

    7. | Konsultazzjoni. |

    8. | Riżoluzzjoni ta’ tilwim; |

    (x) Ftehim dwar regoli ta’ oriġini

    Preambolu, it-tmien indent

    4. | Istituzzjonijiet. |

    6. | Reviżjoni. |

    7. | Konsultazzjoni. |

    8. | Riżoluzzjoni ta’ tilwim. |

    9. | Armonizzazzjoni ta’ regoli ta’ oriġini. |

    Anness I | Kumitat Tekniku dwar regoli ta’ oriġini; |

    (xi) Ftehim dwar Proċeduri ta’ Liċenzjar ta’ l-Importazzjoni

    1.4. (a) | Disposizzjonijiet Ġenerali (l-aħħar sentenza). |

    2.2. | Liċenzjar ta’ l-importazzjoni awtomatiku (nota ta’ qiegħ il-paġna 5). |

    3.5. (iv) | Liċenzjar ta’ l-importazzjoni li mhux awtomatiku (l-aħħar sentenza). |

    4. | Istituzzjonijiet. |

    6. | Konsultazzjonijiet u riżoluzzjoni ta’ tilwim. |

    7. | Reviżjoni (apparti paragrafu 3). |

    8. | Disposizzjonijiet finali (apparti paragrafu 2); |

    (xii) Ftehim dwar sussidji u miżuri kompensatorji

    4. | Rimedji (apparti paragrafi 4.1, 4.2 u 4.3). |

    5. | Effetti avversi, l-aħħar sentenza. |

    6. | Preġudizzju serju (paragrafi 6.6, il-frażijiet "soġġett għad-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 3 ta’ l-Anness V" u "joħorġu taħt l-Artikolu 7, u għall-panel stabbilit skond il-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 7", 6.8 il-frażi, "li tinkludi informazzjoni mogħtija bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Anness V" u 6.9). |

    7. | Rimedji (apparti paragrafi 7.1, 7.2 u 7.3). |

    8. | Identifikazzjoni ta’ sussidji mhux ta’ azzjoni, paragrafu 8.5 u footnote 25. |

    9. | Konsultazzjonijiet u rimedji awtorizzati. |

    24. | Kumitat ta’ sussidji u miżuri kompensatorji u korpi sussidjarji. |

    26. | Sorveljanza. |

    27. | Trattament speċjali u differenti ta’ membri ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw. |

    29. | Trasformazzjoni fl-ekonomija tas-suq, paragrafu 29.2 (apparti l-ewwel sentenza). |

    30. | Riżoluzzjoni ta’ tilwim. |

    31. | Applikazzjoni provvisorja. |

    32.2, 32.7 u 32.8 | (biss sakemm tirreferi għall-Annessi V u VII) Disposizzjonijiet finali. |

    Anness V | Proċeduri għal informazzjoni li tiżviluppa li tinteressa preġudizzju serju. |

    Anness VII | Pajjiżi li qed jiżviluppaw; |

    (xiii) Ftehim dwar salvagwardji

    9. | Membri ta’ pajjiż li qed jiżviluppa. |

    12. | Notifika u konsultazzjoni, paragrafu 10. |

    13. | Sorveljanza. |

    14. | Eċċezzjoni ta’ l-Anness ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim |

    (b) Anness 1B għall-Ftehim tad-WTO:

    Ftehim Ġenerali dwar kummerċ fis-servizzi

    (ċ) Anness 1Ċ għall-Ftehim tal-WTO:

    Ftehim dwar aspetti ta’ kummerċ relatat ta’ drittijiet ta’ propjetà intellettwali

    (d) Anness 2 għall-Ftehim tal-WTO:

    Ftehim dwar regoli u proċeduri li jigvernaw ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim

    (e) Anness 3 għall-Ftehim tal-WTO:

    Mekkaniżmu ta’ reviżjoni ta’ politika ta’ kummerċ

    (f) Anness 4 għall-Ftehim tal-WTO:

    Qbil ta’ kummerċ plurilaterali:

    (i) Ftehim dwar kummerċ f’inġenji ta’ l-ajru ċivili;

    (ii) Ftehim dwar prokurament tal-gvern

    (g) Deċiżjonijiet ministerjali, dikjarazzjonijiet u ftehim:

    (i) Deċiżjoni dwar miżuri fil-favur ta’ pajjiżi inqas żviluppati;

    (ii) Dikjarazzjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-WTO għall-kisba ta’ għaqda akbar fit-twettiq ta’ politika ekonomika globali;

    (iii) Deċiżjoni dwar proċeduri ta’ notifika;

    (iv) Dikjarazzjoni dwar ir-relazzjoni tal-WTO ma’ l-FMI;

    (v) Deċiżjoni dwar miżuri li tinteressa l-effetti negattivi possibbli tal-programm ta’ riforma dwar il-pajjiżi inqas żviluppati u pajjiżi li jimpurtaw l-ikel nett li qed jiżviluppaw;

    (vi) Deċiżjoni dwar notifika ta’ l-ewwel integrazzjoni taħt l-Artikolu 2.6 tal-Ftehim dwar tessuti u lbies;

    (vii) Deċiżjoni dwar reviżjoni ta’ pubblikazzjoni taċ-ċentru ta’ informazzjoni ta’ l-ISO/IEC;

    (viii) Deċiżjoni dwar ftehim propost dwar sistema ta’ standards ta’ informazzjoni tal-WTO-ISO;

    (ix) Deċiżjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni;

    (x) Deċiżjoni dwar reviżjoni ta’ l-Artikolu 17.6 tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VI tal-GATT 1994;

    (xi) Dikjarazzjoni dwar riżoluzzjoni ta’ tilwim skond il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VI tal-GATT 1994 jew Parti V tal-Ftehim dwar sussidji u miżuri kompensatorji;

    (xii) Deċiżjoni li għanda x’taqsam każijiet fejn amministrazzjonijiet tad-dwana għandhom raġuni sabiex jiddubitaw il-verità jew l-eżattezza tal-valur dikjarat;

    (xiii) Deċiżjoni dwar testi li jirrelataw għall-valuri minimi u l-importazzjonijiet minn aġenti solitarji, distributuri solitarji u konċessjonarji solitarji;

    (xiv) Deċiżjoni dwar arranġamenti istituzzjonali għall-GATS;

    (xv) Deċiżjoni dwar ċertu proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim għall-GATS;

    (xvi) Deċiżjoni dwar kummerċ fis-servizzi u l-ambjent;

    (xvii) Deċiżjoni dwar negozjar dwar moviment ta’ persuni naturali;

    (xviii) Deċiżjoni dwar servizzi finanzjarji;

    (xix) Deċiżjoni dwar negozjar dwar servizzi ta’ trasport marittimi;

    (xx) Deċiżjoni dwar negozjar dwar telekomunikazzjonijiet bażiċi;

    (xxi) Deċiżjoni dwar servizzi professjonali;

    (xxii) Deċiżjoni dwar l-adeżjoni għall-Ftehim dwar prokurament tal-gvern;

    (xxiv) Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u r-reviżjoni tal-ftehim dwar regoli u proċeduri li jiggvernaw ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim;

    (xxv) Ftehim dwar rabtiet fis-servizzi finanzjarji;

    (xxvi) Deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni u l-adeżjoni għall-ftehim li jistabbilixxi l-WTO;

    (xxvii) Deċiżjoni dwar kummerċ u l-ambjent;

    (xviii) Deċiżjoni dwar il-konsegwenzi fl-organizzazzjoni jew finanzjarji li jiġu mill-implimentazzjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi l-WTO;

    (xxix) Deċiżjoni dwar l-istabbiliment tal-kumitat preparatorju għall-WTO.

    2. Id-disposizzjonijiet kollha l-oħra fil-Ftehim tal-WTO li jirrelata ma’:

    (a) assistenza governattiva għal żvilupp ekonomiku u t-trattament ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, apparti għal paragrafi 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 1979 (L/4903) dwar trattament differenti u iktar favorevoli, reċiproċità u parteċipazzjoni totali ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw;

    (b) l-istabbiliment jew operazzjoni ta’ kumitati speċjalisti u istituzzjonijiet sussidjarji oħra;

    (ċ) firma, adeżjoni, dħul fis-seħħ, irtirar, depożitu u reġistrazzjoni.

    3. Il-qbil kollu, l-arranġamenti, d-deċiżjonijiet, il-ftehim jew azzjoni konġunta skond id-disposizzjonijiet imniżżla kif mhux applikabbli f’paragrafi 1 jew 2.

    4. Kummerċ f’materjali nukleari jistgħu jkunu gvernati bi qbil riferit fid-Dikjarazzjonijiet relatati ma’ dan il-paragrafu li jinsabu fl-Att Finali tal-Konferenza tal-Karta dwar l-Enerġija Ewropea.

    B. Regoli li jigvernaw l-applikazzjoni ta’ disposizzjonijiet tal-Ftehim tal-WTO.

    1. Fin-nuqqas ta’ interpretazzjoni rilevanti tal-Ftehim tad-WTO adottat mill-Konferenza Ministerjali jew il-Kunsill Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ taħt paragrafu 2 ta’ l-Artikolu IX tal-Ftehim tal-WTO li jinteressa disposizzjonijiet applikabbli taħt l-Artikolu 29(2)(a), il-Konferenza tal-Karta tista’ tadotta xi interpretazzjoni.

    2. Talbiet għal eżenzjonijiet taħt l-Artikolu 29(2) u (6)(b) għandhom jingħataw lill-Konferenza tal-Karta, li għandhom isegwu, fit-twettiq ta’ dawn id-dmirijiet, il-proċeduri ta’ paragrafi 3 u 4 ta’ l-Artikolu IX tal-Ftehim tal-WTO.

    3. Eżenzjonijiet ta’ obbligi fis-sehh fil-WTO għandhom ikunu kunsidrati fis-seħħ għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 29 filwaqt li huma jibqgħu fis-seħħ fil-WTO.

    4. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu II tal-GATT 1994 li baqgħu japplikaw għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29(4),(5) u (7), ikunu modifikati kif ġej:

    (i) Il-materjali u l-prodotti kollha ta’ enerġija mniżżla fl-Anness EM II u tagħmir ta’ enerġija relatata mniżżel fl-Anness EQ II impurtati jew esportati minn jew għal kull Parti Kontraenti oħra għandhom ukoll ikunu eżentati mid-dazji kollha l-oħra jew piżijiet ta’ kull tip imposti jew in-konnessjoni ma’ l-importazzjoni jew esportazzjoni, fl-eċċess ta’ dawk imposti fid-data ta’ waqfien riferita fl-Artikolu 29(6), l-ewwel sentenza, jew taħt l-Artikolu 29(7), jew dawk meħtieġa direttament jew mandatarji sabiex ikunu imposti minn hemm ‘il quddiem bil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fit-territorju li jimporta jew jesporta fid-data riferita fl-Artikolu 29(6), l-ewwel sentenza;

    (ii) Xejn fl-Artikolu II tal-GATT 1994 m’għandu jipprevjeni kull Parti Kontraenti milli timponi f’kull ħin dwar l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ kull prodott:

    (a) piż ekwivalenti għal taxxa interna imposta b’konsistenza mad-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 2 ta’ l-Artikolu III ta’ GATT 1994 fir-rispett ta’ x’aktarx il-prodott domestiku jew fir-rispett ta’ xi artikolu li minnu l-prodott importat ġie manifatturat jew prodott f’biċċa sħiħa jew f’parti;

    (b) kull dazju ghal kontra dumping jew ta’ tip kompensatorju applikat konsistentement mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu VI tal-GATT 1994;

    (ċ) miżati jew piżijiet oħra proporzjonati għall-piż ta’ servizzi magħmula.

    (iii) L-ebda Parti Kontraenti m’għandha tbiddel il-metodu tagħha li tistabbilixxi valur taxxabbli jew ghal muniti li jistgħu jinbidlu hekk sabiex ifixklu l-valur ta’ l-obbligi wieqfa provduti fl-Artikolu 29(6) jew (7);

    (iv) Jekk kull Parti Kontraenti tistabbilixxi, żżomm jew tawtorizza, formalment jew fl-effett, bħala monopolju ta’ l-importazzjoni jew esportazzjoni ta’ kull materjal ta’ enerġija jew prodott imniżżel fl-Anness EM II jew fir-rispett ta’ tagħmir ta’ enerġija relatat imniżżel fl-EQ II, dan il-monopolju m’għandux jaħdem hekk sabiex jaffordja protezzjoni dwar il-medja fl-eċċess ta’ l-ammont ta’ protezzjoni permess mill-obbligu wieqaf provduta fl-Artikolu 29(6) jew (7). Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jillimitaw l-użu mill-Partijiet Kontraenti ta’ kull forma ta’ assistenza għal produtturi domestiċi permessi minn disposizzjonijiet oħra ta’ dan it-Trattat;

    (v) Jekk xi Parti Kontraenti tikkunsidra li xi prodott mhux qed jirċievi minn Parti Kontraenti oħra t-trattament li l-ewwel Parti Kontraenti temmen li ġiet ikkontemplata mill-obbligu ta’ standstill provdut fl-Artikolu 29(6) jew (7), għandha tressaq il-fatt direttament għall-attenzjoni tal-Parti Kontraenti l-oħra. Jekk dan ta’ l-aħħar jaqbel li t-trattament kontemplat kien dak mitlub mill-ewwel Parti Kontraenti, imma jiddikjara li dan it-trattament ma jistax ikun mogħti għaliex xi qorti jew awtorità xierqa oħra iddeċidiet għall-effett li l-prodott involut ma jistax ikun klassifikat taħt il-liġijiet ta’ tariffa ta’ din il-Parti Kontraenti hekk sabiex tippermetti t-trattament kontemplat f’dan it-Trattat, iż-żewġ Partijiet Kontraenti, flimkien maż-żewġ Partijiet Kontraenti l-oħra interessati sostanzjalment, għandhom jidħlu fil-pront f’iktar negozjar bil-ħsieb ta’ ftehim kumpensatarju tal-fatt;

    (vi) (a) Id-dazji speċifiċi u l-piżijiet inklużi fir-Reġistrazzjoni tat-Tariffa li għanda x’taqsam mal-membri tal-Partijiet Kontraenti tal-Fond Internazzjonali Monetarju, u linji ta’ preferenza f’dazji speċifiċi u piżijiet miżmuma minn dawn il-Partijiet Kontraenti, huma espressi fil-munita xierqa fil-valur par aċċettat jew rikonoxxut proviżorjament mill-Fond fid-data tal-waqfien riferita fl-Artikolu 29(6), l-ewwel sentenza, jew taħt l-Artikolu 29(7). Bi qbil, fil-każ li dan il-valur par huwa mnaqqas konsistentement bl-Artikoli ta’ Ftehim tal-Fond Internazzjonali Monetarju b’aktar mill-perċentwal ta’ għoxrin fil-mija, dak id-dazju u piżijiet speċifiċi u linji ta’ preferenza jistgħu jkunu mibdula sabiex jikkunsidraw dan it-tnaqqis; provdut li l-Konferenza taqbel li dawn il-bidliet ma jfixklux il-valur ta’ l-obbligu wieqaf provdut fl-Artikolu 29(6) jew (7) jew xi mkien ieħor f’dan it-Trattat, meta tittieħed konsiderazzjoni tal-fatturi kollha li jistgħu jinfluwenzaw il-bżonn, jew l-urġenza, ta’ dawn il-bidliet;

    (b) Disposizzjonijiet simili għandhom japplikaw għal kull Parti Kontraenti li mhix membru fil-Fond, hekk mid-data li fiha din il-Parti Kontraenti ssir membru tal-Fond jew tidħol fi ftehim ta’ skambju speċjali bis-saħħa ta’ l-Artikolu XV ta’ GATT 1994.

    (vii) Kull Parti Kontraenti għandha tinnotifika lis-Segretarjat tad-dazji tad-dwana u l-piżijiet ta’ kull tip applikabbli fid-data ta’ waqfien riferita fl-Artikolu 29(6), l-ewwel sentenza. Is-Segretarjat għandu jżomm reġistru tat-tariffa tad-dazji u l-piżijiet tad-dwana ta’ kull tip rilevanti għall-għan tal-waqfien dwar id-dazji u l-piżijiet tad-dwana ta’ kwalunkwe tip taħt l-Artikolu 29(6) jew (7).

    5. Id-Deċiżjoni tas-26 ta’ Marzu 1980 dwar ‘l-Introduzzjoni ta’ sistema ta’ folji separati għall-iskedi ta’ konċessjonijiet ta’ tariffi’ (SBDM 27S/24) li mhix applikabbli taħt l-Artikolu 29(2)(a). Id-disposizzjonijiet applikabbli tal-Ftehim dwar l-Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu II: 1(b) tal-GATT 1994 għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29(4), (5) jew (7), japplikaw mal-modifikazzjonijiet li ġejjin:

    (i) Sabiex jiżguraw trasparenza tad-drittijiet legali u l-obbligi li jiġu minn paragrafu 1(b) ta’ l-Artikolu II ta’ GATT 1994, in-natura u l-livell ta’ kull "dazji jew piżijiet oħra" taxxati fuq kull materjal u prodott ta’ enerġija mniżżla fl-Anness EM II jew tagħmir ta’ enerġija relatat imniżżel fl-Anness EQ II bir-rispett għall-importazzjoni jew esportazzjoni tagħhom, kif riferit f’dik id-dispożizzjoni, għandhom ikunu reġistrati fir-reġistru tat-tariffi fil-livelli li japplikaw fid-data tal-waqfien riferita fl-Artikolu 29(6), l-ewwel sentenza, jew taħt l-Artikolu 29(7) rispettivament, kontra t-termini tat-tariffa li ghalihom japplikaw. Huwa mifhum li dan ir- reġistrar ma jibdilx il-karattru legali ta’ "dazji u piżijiet oħra";

    (ii) "Dazji jew piżijiet oħra" għandhom ikunu reġistrati fir-rispett ta’ materjali ta’ enerġija kollha u prodotti mniżżla fl-Anness EM II u tagħmir ta’ enerġija relatata mniżżel fl-Anness EQ II;

    (iii) Ikun miftuħ għal kull Parti Kontraenti biex tisfida l-eżistenza ta’ "dazju u piżijiet oħra", għall-iskop li l-ebda "dazju jew piżijiet oħra" ma eżista fid-data ta’ waqfien riferita fl-Artikolu 29(6), l-ewwel sentenza, jew id-data rilevanti taħt l-Artikolu 29(7), għall-oġġett fil-kwistjoni, kif ukoll bħall-konsistenza tal-livell reġistrat ta’ kull "dazju jew piżijiet ieħor" bl-obbligu ta’ waqfien provdut bl-Artikolu 29(6) jew (7), għall-perjodu ta’ sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ l-Emenda għad-disposizzjonijiet ta’ kummerċ relatati ta’ dan it-Trattat, adottati mill-Konferenza ta’ Karta fl-24 ta’ April 1998, sena wara n-notifika għas-Segretarjat tal-livell tad-dazji tad-dwana u piżijiet ta’ kull tip riferiti fl-Artikolu 29(6), l-ewwel sentenza, jew l-Artikolu 29(7), jekk dik hija l-aktar tard;

    (iv) L-irreġistrar ta’ "dazji jew piżijiet oħral" fir-reġistru ta’ tariffi huwa mingħajr preġudizzju għall-konsistenza tagħhom bid-drittijiet u l-obbligi taħt GATT 1994 barra dawk affettwati mis-subparagrafu (iii) fuq. Il-Partijiet Kontraenti kollha jżommu d-dritt li jisfidaw, f’kull ħin, il-konsistenza ta’ kul "dazju jew piżijiet oħra" ma’ dawn l-obbligi;

    (v) "Dazji jew piżijiet oħra" li jitħallew barra min-notifika għas-Segretarjat m’għandhomx jiżdiedu sossegwentement għaliha u kull "dazju jew piżijiet oħra" reġistrati fl-livell aktar baxx minn dak li jiġi fid-data applikabbli m’għandhomx jinżammu għal dak il-livell sakemm dawn iż-żidiet addizzjonijiet jew piżijiet ikunu saru fi żmien sitt xhur tan-notifika lis-Segretarjat.

    6. Meta l-Ftehim tal-WTO jirreferi għal "dazji li m’ humiex deskritti fl-Iskeda" jew għal "dazji marbuta", hemm għandu jinbidel "il-livell ta’ dazji tad-dwana u piżijiet ta’ kull tip permess taħt l-Artikolu 29(4) sa (8)".

    7. Meta l-Ftehim tal-WTO jispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-WTO (jew xi frażi analoga) bħad-data ta’ referenza għal xi azzjoni, għandha tinbidel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-Emenda għad-disposizzjonijiet ta’ kummerċ relatati ta’ dan it-Trattat adottat mill-Konferenza tal-Karta fl-24 ta’ April 1998.

    8. Bir-rispett ta’ notifiki meħtieġa mid-disposizzjonijiet magħmula applikabbli mill-Artikolu 29(2)(a):

    (a) Partijiet Kontraenti li m`humiex membri tal-WTO għandhom jagħmlu n-notifiki tagħhom lis-Segretarjat. Is-Segretarjat għandu jqassam kopji tan-notifiki għall-Partijiet Kontraenti kollha. In-notifiki lis-Segretarjat għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi awtentiċi ta’ dan it-Trattat. Id-dokumenti li jakkompanjawhom jistgħu jkunu biss fil-lingwa tal-Parti Kontraenti;

    (b) dawn il- ħtiġiet m’għandhomx japplikaw għall-Partijiet Kontraenti għal dan it-Trattat li huma wkoll membri tad-WTO li tipprovdi talbiet ta’ notifika għaliha stess.

    9. Meta l-Artikolu 29(6)(a) jew (6)(b) japplika, l-Konferenza tal-Karta għandha tagħmel dazji applikabbli li l-Ftehim tal-WTO assenja għall-korpi rilevanti taħt il-Ftehim tal-WTO.

    10. (a) L-interpretazzjonijiet tal-Ftehim tal-WTO adottati mill-Konferenza Ministerjali jew il-Kunsill Ġenerali tad-WTO taħt paragrafu 2 ta’ l-Artikolu IX tal-Ftehim tal-WTO, sakemm jinterpretaw id-disposizzjonijiet applikabbli taħt l-Artikolu 29(2)(a), għandhom japplikaw;

    (b) Emendi għall-Ftehim tal-WTO taħt l-Artikolu X tal-Ftehim tad-WTO li qed jorbtu l-membri kollha tad-WTO (barra dawk taħt paragrafu 9 ta’ l-Artikolu X) sakemm huma jagħmlu emenda jew jirrelataw mad-disposizzjonijiet applikabbli taħt l-Artikolu 29(2)(a), għandhom japplikaw sakemm Parti Kontraenti titlob lill-Konferenza tal-Karta sabiex ma tapplikax jew timmodifika din l-emenda. Il-Konferenza tal-Karta għandha tieħu deċiżjoni b’maġġoranza ta’ tlett kwarti tal-Partijiet Kontraenti u tistabbilixxi d-data tan-nuqqas ta’ applikazzjoni jew modifikazzjoni ta’ dawn l-emendi. Talba għan-nuqqas ta’ applikazzjoni jew modifikazzjoni ta’ din l-emenda tista’ tinkludi talba li l-applikazzjoni ta’ l-emenda tkun sospiża tistenna d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Karta.

    Talba għall-Konferenza tal-Karta magħmula taħt dan il-paragrafu għandha ssir fi żmien sitt xhur miċ-ċirkolazzjoni ta’ notifika mis-Segretarjat li l-emenda ħadet effett taħt il-Ftehim tal-WTO.

    (ċ) Interpretazzjonijiet, emendi, jew strumenti ġodda adottati mill-WTO, barra dawk l-interpretazzjonijiet u l-emendi applikati taħt paragrafi (a) u (b) m’għandhomx japplikaw.’

    "

    Artikolu 5

    L-Annessi li ġejjin għandhom jiddaħlu fl-Annessi għat-Trattat:

    "2. L-Anness EM II

    MATERJALI U PRODOTTI TA' ENERĠIJA

    (Bi qbil ma' l-Artikolu 1(4))"

    .

    3. L-Anness EQ I

    LISTA TA' TAGĦMIR TA' ENERĠIJA RELATAT

    (Bi qbil ma' l-Artikolu 1(4a))'.

    Għall-għan ta' dan l-Anness, "EX'" ġiet inkluża sabiex tindika li d-deskrizzjoni tal-prodott riferita ma tużax il-firxa kollha ta' prodotti fi ħdan it-titoli tan-Nomenklatura ta' l-Organizzazzjoni Doganali Dinjija jew il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata mniżżla isfel.

    ex3919 | Platti li jeħlu waħidhom, karti, fojl, tejp, strixxa u forom ċatti oħra, ta' plastiku kemm jekk f'rollijiet u kemm jekk le. |

    ex391910 | - F'rollijiet ta' wisgħa li ma taqbiżx l-20ċm |

    - - Sabiex ikunu wżati għaż-żejt u pipelines tal-gass u protezzjoni tal-linji tal-baħar |

    ex7304 | Tubi, pajpijiet u profili vojta, mingħajr sinjal, tal-ħadid (apparti dak il-ħadid fondut) jew azzar. |

    730410 | - Pajpijiet tal-linja ta' tip użat għaż-żejt jew pipelines tal-gass |

    | - Ippakkjar, tubi u pajp tat-tħaffir, ta' xi tip użat fit-tħaffir għaż-żejt jew gass: |

    730421 | - Pajp ghat-tħaffir |

    730429 | - Oħrajn |

    ex7305 | Tubi u pajpijiet oħra (per eżempju, iwweldjati, mgħaqqda bil-ħadid jew magħluqa simili), li jkollhom qasma tonda fin-nofs, id-dijametru ta' barra li jaqbeż il-406,4mm, ta' ħadid jew azzar. |

    | - Pajp tal-linja ta' xi tip użat għall-pipelines taż-żejt jew gass: |

    730511 | - Arc mgħaddas tawwali u weldjat |

    730512 | - Oħrajn, tawwalin iwweldjati |

    730519 | - Oħrajn |

    730520 | - Ippakkjar ta' xi tip użat fit-tħaffir għaż-żejt jew gass |

    ex7306 | Tubi oħrajn, pajpijiet u profili vojta (per eżempju, ħajta miftuħa jew iwweldjata, mgħaqqda bil-ħadid jew magħluqa simili), tal-ħadid jew azzar. |

    730610 | - Pajp tal-linja ta' xi tip użat għall-pipelines taż-żejt jew tal-gass |

    730620 | - Ippakjar u tubi ta' xi tip użati fit-tħaffir għaż-żejt jew gass |

    7307 | Twaħħil tat-tubu jew pajp (per eżempju, couplings, elbows, sleeves), tal-ħadid jew azzar. |

    ex7308 | Strutturi (esklużi bini fabbrikat mill-ġdid ta' titolu Nru 9406) u partijiet ta' strutturi (per eżempju, pontijiet, u taqsimiet tal-pont, xtiebi li jissakkru, torrijiet, ħadid imsallab, soqfa, strutturi tal-bjut, bibien u twieqi u l-istrutturi tagħhom u għatiebi għal bibien, shutters, balavostri, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew azzar; platti, virgi, qasab, forom, taqsimiet, tubi u bħalhom, preparati għall-użu fl-istrutturi, tal-ħadid jew azzar. |

    730820 | - Torrijiet u ħadid imsallab |

    730840 | - Tagħmir għall-iskaffolding, shutters, riffieda jew riffieda tal-ħofor ta' l-art |

    ex730890 | - Oħrajn |

    - - Partijiet għat-tħaffir ta' pjattaformi għaż-żejt jew gass |

    ex7309 | Ġibjuni, tankijiet, vaska, btieti u kontenituri simili għal kull materjal (barra dawk kompressati jew gass likwifidat), tal-ħadid jew azzar, ta' kapaċità li taqbeż it-300 litru, kemm jekk lineati jew imsaħħna, imma mhux imwaħħla b'tagħmir mekkaniku jew tas-sħana. |

    ex730900 | - - Għall-likwidi |

    - - Ta' kapaċità li taqbeż il-1000000 litru, meta speċjalment iddisinjati għal riservi taż-żejt strateġiċi |

    - - Insulazzjoni għas-sħana |

    ex7311 | Kontenituri għal gass kumpressat jew likwidat, tal-ħadid jew azzar. |

    | - - Ta' iktar minn1000 litru |

    ex7312 | Wire bil-fidiferru, ħbula, cables, faxxex miksija, żbandoli u bħalhom, tal-ħadid jew azzar, mhux insulati għall-elettriku. |

    ex731210 | - Wires bil-fidiferru, ħbula u cables |

    - - Ħbula u cables miksija, jew mhux miksija jew żingu miksi ta' xi tip użati fis-settur ta' enerġija |

    ex7326 | Artikli oħra tal-ħadid jew azzar. |

    ex732690 | - Oħrajn |

    - - Konnetturi għal cables tal-ħajt optikali |

    ex7613 | Kontenituri ta' l-aluminju għal gass kompressat jew likwidifikat. |

    | - - Ta' aktar minn 1000 litru |

    ex7614 | Wire bil-fidiferru, cables, faxxex miksija u bħalhom, ta' l-aluminju, mhux insulati għall-elettriku. |

    ex761410 | -B'ġewwa ta' l-azzar |

    - - Ta' xi tip użat fil-ġenerazzjoni ta' l-elettriku, trasmissjoni u distribuzzjoni |

    ex761490 | - Oħrajn |

    - - Ta' xi tip użat fil-ġenerazzjoni ta' l-elettriċità, trasmissjoni u distribuzzjoni |

    ex7806 | Artikli oħra ta' ċomb. |

    | - - Kontenituri b'ċomb kontra r-radjazzjoni li jkopru, għat-trasport jew ħażna ta' materjali radjoattivi għolja |

    ex8109 | Zirkonju u artikli tiegħu, inklużi l-iskart u l-iskrapp. |

    ex810990 | -Oħrajn |

    - - Skrataċ jew tubi għal elementi ta' karburant nukleari |

    ex8207 | Għodda b'ġewwa jinbidel għal għodda li jinżammu fl-idejn, kemm jekk jaħdmu bl-elettriku u kemm jekk le, jew għal għodda tal-magna (per eżempju, għall-ippressar, l-istampar, li jipperforaw, taħbiet, ħajt, titqib, golja, żgorbja, tħaffir, turnavit), inkluża ż-żebgħa għat-tpinġija jew metall bl-għafsa, u tħaffir tal-blat jew għodda tal-golja ta' l-art. |

    | - Tħaffir tal-blat jew għodda tal-golja ta' l-art: |

    820713 | - Bil-parti li taħdem ta' ċermeti |

    820719 | - Oħrajn, inklużi partijiet |

    ex8307 | Tubu flessibbli ta' bażi tal-metall, bit-twaħħil jew mingħajru. |

    | - - Għal użu esklussiv fi bjar taż-żejt jew gass |

    8401 | Reatturi nukleari; elementi tal-karburant (skrataċ), mhux irradjati, għal reatturi nukleari; makkinarju u apparat għal separazzjoni isotopika. |

    8402 | Fwar jew kaldaruni li jiġġeneraw il-fwar (barra s-sħana ċentrali tal-kaldarun ta' l-ilma sħun kapaċi wkoll li jipproduċi pressa tal-fwar baxxa); kaldaruni ta' l-ilma sħun ħafna. |

    8403 | Kaldaruni ċentrali li jsaħħnu barra dawk ta' titolu Nru 8402. |

    8404 | Impjant awżilarju għal użu bil-kaldaruni ta' titolu Nru 8402 jew 8403 (per eżempju, ekonomizzaturi, apparat li jsaħħan ħafna, apparat li jneħħi n-nugrufun, rikoperturi tal-gass); kondensaturi għall-fwar jew unitajiet oħra li jħaddmu l-fwar. |

    8405 | Gass produttur jew ġeneraturi tal-gass ta' l-ilma, bil-purifikanti tagħhom jew mingħajrhom; ġeneraturi tal-gass aċetilin u ġeneraturi tal-gass tal-proċess ta' l-ilma simili, bil-purifikanti jew mingħajrhom. |

    ex8406 | Turbini tal-fwar u turbini tal-fwar oħra. |

    | - Turbini oħra |

    840681 | -Ta' ħruġ li jaqbeż il-40 MW |

    840682 | -Ta' ħruġ li ma jaqbiżx il-40 MW |

    840690 | - Partijiet |

    ex8408 | Magni tal-pistun ta' kombustjoni interna ta' pressa ta' injezzjoni (magni diesel jew nofshom diesel). |

    ex840890 | - Magni oħra |

    - - Ġodda, ta' enerġija li taqbeż il-50 kW |

    ex8409 | Partijiet tajbin sabiex jintużaw waħedhom jew prinċipalment mal-magni ta' titolu Nru 8407 jew 8408 |

    840999 | - Oħrajn |

    8410 | Turbini idrawliċi, roti ta' l-ilma, u regulaturi tagħhom. |

    8411 | Turbo-jets, skrejjen bit-turbo u turbini tal-gass oħra. |

    8413 | Pompi għal-likwidi, kemm jekk imwaħħla u kemm jekk le b'mezz li jkejjel; elevaturi tal-likwidi. |

    ex8414 | Pompi ta' l-arja jew vacuum, kumpressuri ta' l-arja jew tal-gass u fannijiet, ventilazzjoni jew hoods li jirreċiklaw inkorporazzjoni ta' fan, kemm jekk imwaħħla u kemm jekk le bil-filtri. |

    | - Fannijiet: |

    ex841459 | - Oħrajn |

    - - Għal użu fil-minjieri u impjanti ta' l-enerġija |

    841480 | - Oħrajn |

    841490 | - Partijiet |

    8416 | Burners tal-forn għal karburant ta' likwidu, għal karburant solidu mitħun jew għall-gass; stockers, inklużi l-gradi tagħhom, apparat li jħott mekkaniku ta' l-irmied u apparat simili. |

    ex8417 | Fornijiet industrijali jew laboratorji, inklużi inċineraturi, mhux elettriċi. |

    ex841780 | - Oħrajn |

    - - Inċineraturi ta' l-iskart esklussivament, fornijiet ta`laboratorji u fornijiet sinteri ta' l-uranju |

    ex841790 | - Partijiet |

    - - Esklussivament għal inċeneraturi ta' l-iskart, fornijiet laboratorji u fornijiet sinteri ta' l-uranju |

    ex8418 | Refriġeraturi, freezers, u tagħmir ieħor li jkessaħ jew jiffriża, elettriku jew oħrajn; pompi li jsaħħnu barra dawk il-magni li jikkundizzjonaw l-arja ta' titolu Nru 8415. |

    | - Tagħmir ieħor li jkessaħ jew jiffriża ; pompi li jsaħħnu: |

    841861 | - Magni ta' kompressjoni tat-tip ta' liema kondensaturi jbiddlu s-sħana |

    841869 | - Oħrajn |

    ex8419 | Makkinarju, impjant jew tagħmir laboratorju, kemm jekk imsaħħan bl-elettriku u kemm jekk le, għat-trattament ta' materjali bi proċess li jinvolvi kambju ta' temperatura bħal sħana, tisjir, inkaljar, distillazzjoni, rettifikazzjoni, sterilizzazzjoni, pasturizzazzjoni, tisjir, tnixxif, evaporazzjoni, kundensar jew tkessieh, barra dak il-makkinarju jew impjant ta' xi tip użat għal għanijiet domestiċi; istantanju jew apparat li jsaħħan l-ilma maħżun, m`humiex elettriċi. |

    841950 | - Unitajiet li jbiddlu s-sħana |

    841960 | - Makkinarju għal-likwifikazzjoni ta' l-arja jew gassijiet oħra |

    | - Makkinarju ieħor, impjant u tagħmir: |

    841989 | - Oħrajn |

    ex8421 | Ċentrifuġi, inklużi apparat li jnixxef ċentrifugu; makkinarju ta' filtru jew li jippurifika u apparat, għall-likwidi u gassijiet. |

    | - Makkinarju ta' filtru jew li jippurifika u apparat għall-likwidi: |

    842121 | - Għall-filtru jew ilma li jippurifika |

    | - Makkinarju ta' filtru jew li jippurifika u apparat għall-gassijiet: |

    842139 | - Oħrajn |

    ex8425 | Taljola li tnaqqas u terfa' barra l-irfiegħ ta' l-iskipp; winches u argni; jacks. |

    842520 | - Tagħmir ta' stralċ pit-head; winches iddesinjati speċjalment għal użu ta' taħt l-art |

    ex8426 | Grabji tal-bastimenti; krejnijiet, inklużi l-krejnijiet tal-gerlin; tilari mobbli li jerfgħu, makkinarju li jġorr u jfettaħ u trakkijiet imwaħħla bi krejn. |

    ex842620 | - Krejnijiet tat-torri |

    | -- Għal pjattaformi ‘l barra mix-xtut u rigs fuq ix-xatt |

    | - Makkinarju ieħor: |

    ex842691 | -- Iddisinjat għall-immuntar fuq vetturi tat-triq |

    - - Tagħmir li jerfa' għat-tiswija u t-tlestija ta' bjar |

    ex8429 | Bulldozers li jiċċaqalqu waħidhom, angledozers, graders, levellers, scrapers, magni għat-tħaffir mekkaniċi, skavaturi, apparat li jtella' l-magni għat-tħaffir, magni għat-tarmak u rollijiet tat-triq. |

    | - Magni għat-tħaffir mekkaniċi, skavaturi u apparat li jtella' l-magni tat-tħaffir: |

    ex842951 | - Makkinarju li jtella' l-magni tat-tħaffir quddiem u wara |

    - - Makkinarju li jtella' disenjat għall-użu ta' taħt l-art |

    ex8430 | Makkinarju ieħor li jiċċaqlaq, ta' gradazzjoni, levelling, brix, tħaffir, tamping, ta' kumpatt, li jestratta jew makkinarju għat-titqib, għat-trab, minerali jew metalli; makkinarju tal-borġ u apparat li joħroġ il-borġ; vetturi li jneħħu l-borra u li jonfħu l-borra: |

    | - Apparat li jaqta' l-faħam u l-blat u makkinarju li jagħmel passaġġi: |

    843031 | - Jiċċaqalqu waħidhom |

    843039 | - Oħrajn |

    | - Makkinarju ieħor li jħaffer jew jgħaddas: |

    ex843041 | - Jimxu waħidhom |

    - - Għall-kxif jew sfruttar ta' depożiti ta' żejt u gass |

    ex843049 | - Oħrajn |

    - - Għall-għarfien jew il-kixfa ta' depożiti ta' żejt u gass |

    ex8431 | Partijiet tajbin għal użu waħidhom jew prinċipalment mal-makkinarju ta' titolu Nri 8425 sa 8430 |

    | - - Biss għal makkinarju kopert |

    8471 | Magni awtomatiċi li jipproċessaw data u unitajiet tagħhom; qarrejja magnetiċi jew optikali, magni li jittraskrivu data fuq medja ta' data fil-forma ta' kodiċi u magni għall-ipproċessar ta' din id-data, mhux speċifikat jew inkluż xi mkien ieħor |

    ex8474 | Makkinarju għall-ġbir, għeluq, separazzjoni, ħasil, li jfarrak, jitħan, iħallat jew jagħġen tat-trab; ġebel, metalli jew sustanzi minerali oħra, fil-forma solida (inklużi t-trab jew pasta); makkinarju għat-tkebbib, iffurmar jew mudellar ta' karburanti, minerali solidi, pasta ċeramika, siment fin, materjali tal-ġibs jew prodotti minerali oħra fil-forma ta' trab jew pasta; magni sabiex jiffurmaw mudelli tar-ramel: |

    847410 | - Magni tal-ġbir, għeluq, separazzjoni jew tal-ħasil |

    847420 | - Magni li jitħnu jew ifarrku |

    ex847490 | - Partijiet |

    - - Ta' ħadid jew azzar fondut |

    ex8479 | Magni jew apparat mekkaniku li għandhom funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor f'dan il-Kapitolu |

    | - Magni oħra u apparat mekkaniku: |

    ex847989 | - Oħrajn |

    - - Appoġġ tas-saqaf tal-mina mobbli mħaddem b'mod idrawkliku |

    ex8481 | Tappijiet, ħuxlief, valvijiet u apparat simili għall-pajpijiet, boiler shells,, tankijiet, btieti jew bħalhom, inklużi l-valvijiet li jnaqqsu l-pressa u valvijiet ikkontrollati bis-sħana |

    848110 | - Valvijiet li jnaqqsu l-pressa |

    848120 | - Valvijiet għal trasmissjonijiet oljoidrawliċi jew pnewmatiċi |

    848140 | - Valvijiet ta' sigurtà jew ħelsien |

    848180 | - Apparat ieħor |

    848190 | - Partijiet |

    ex8483 | Fwies ta' trasmissjoni (inklużi fwies b'kull ħaġa mqabbża fuqhom u fwies tal-krank) u krankijiet; strutturi għall-bearing u bearings tal-fwies sempliċi; gerijiet u gering; viti tal-bolt u li jirroljaw; kaxxex tal-ger u apparat li jbiddel il-veloċità, inklużi l-konverter(s) (converters) ta' oġġetti tal-metall; flywheels u tarjoli, inklużi blokkijiet ta' tarjoli; clutches u għodda li tgħaqqad tal-fus (inklużi konġunti universali) |

    ex848340 | - Gerijiet u gering, barra dawk ir-roti bis-snien, is-snien ta' mar-rota bil-katini u elementi ta' trasmissjoni oħra preżentati separatament; viti tal-ballun jew li jirroljaw; gear boxes u apparat ieħor li jibdel il-veloċità, inklużi l-converters tal-metall |

    - - Elementi ta' trasmissjoni esklussivament għall-użu f'unitajiet ta' pumpjar ta' virga li tiġbed (sucker-rod) fl-industrija taż-żejt u tal-gass |

    ex8484 | Ċimi u konġunti simili ta' folji tal-metall mħallat b'materjal ieħor jew ta' żewġ saffi jew aktar ta' metall; settijiet jew assortimenti ta' Ċimi u konġunti simili, mhux simili fil-komposizzjoni, mpoġġija f'barżakki, envelopes jew pakkeġġi simili; twaħħil mekkaniku |

    848410 | - Ċimi u konġunti simili ta' folji tal-metall imħallta ma' materjal ieħor ta' żewġ saffi tal-metall jew iktar |

    848420 | - Siġilli mekkanici |

    8501 | Muturi u ġeneraturi elettriċi (esklużi s-settijiet li jiġġeneraw) |

    8502 | Settijiet li jiġġeneraw elettriċi u converters li jduru |

    8503 | Partijiet tajbin għal użu waħidhom jew prinċipalment mal-magni ta' titolu Nru 8501 jew 8502 |

    ex8504 | Trasformaturi elettriċi, converters statiċi (per eżempju, rettifikaturi) u indutturi |

    | - Trasformaturi dijelettriċi tal-likwidu: |

    850421 | - Li jkollhom kapaċità ta' maneġġ ta' enerġija li ma jaqbiżx is-650 k V A |

    850422 | - Li jkollhom kapaċità ta' maneġġ ta' enerġija li taqbeż is-650 k VA imma ma taqbiżx l-10000 k VA |

    850423 | - Li jkollhom kapaċità ta' maneġġ ta' enerġija li taqbeż l-10000 k VA |

    | - Trasformaturi oħra: |

    850433 | - Li jkollhom kapaċità ta' maneġġ ta' enerġija li taqbeż is-16 K VA imma li ma taqbiżx il-500 k VA |

    850434 | - Li jkollhom kapaċità ta' maneġġ ta' enerġija li taqbeż il-500 k VA |

    850440 | - Converters statiċi |

    850450 | - Indikaturi oħra |

    850490 | - Partijiet |

    ex8507 | Akkumulaturi elettriċi, li jinkludu l-apparat li jissepara għalihom, kemm jekk rettangulari jew le (inklużi kwadri) |

    | - - Jeskludu l-użu għal setturi mingħajr enerġija |

    8514 | Fornijiet elettriċi industrijali jew laboratorji (inklużi l-induzzjoni jew dijelettriċi); tagħmir dijelettriku ieħor li jsaħħan jew ta' induzzjoni industrijali jew tal- laboratorju |

    ex8526 | Apparat ta' radar, apparat ta' radju għall-għajnuna fin-navigazzjoni u apparat bir-remote control. |

    852610 | - Apparat bir-radar |

    | - Oħrajn: |

    852691 | - Apparat bir-radju għal għajnuna fin-navigazzjoni |

    8531 | Apparat elettriku li jagħti sinjal bil-ħoss jew viżwalment (per eżempju qniepen, sireni, paneli indikaturi, allarmi tal-ħallelin jew nar), barra dawk ta' titolu Nri 85 12 jew 8530 |

    ex8532 | Capaciters elettriċi, imwaħħla, differenti jew li jitranġaw (pre-set) |

    853210 | - Capacitors imwaħħla maħsuba għall-użu f'ċirkwiti ta' 50/60 Hz u li għandhom kapaċità ta' maneġġ ta' enerġija reattiva ta' mhux inqas minn 0,5k Var (capacitors ta' l-elettriku) |

    8535 | Apparat ta' l-elettriku biex jinxtegħlu jew jipproteġu ċirkwiti ta' l-elettriku, jew sabiex jagħmlu konnessjonijiet jew f'ċirkwiti elettriċi (per eżempju, switches, fwies, arresters li jdawwlu, limiters ta' vultaġġ, suppressuri surge, plakek, junction boxes), għal vultaġġ li jaqbeż il-1000volts |

    8536 | Apparat ta' l-elettriku biex jinxtegħlu jew jipproteġu ċirkwiti ta' l-elettriku, jew sabiex jagħmlu konnessjonijiet jew f'ċirkwiti elettriċi (per eżempju, switches, relays, fwies, arresters li jdawwlu, plakkek, sockets, apparat li jżomm il-lampi, junction boxes), għal vultaġġ li ma jaqbiżx il-1000volts. |

    ex853610 | - Fwies |

    - - Li jaqbżu it-63 A |

    ex853620 | -Breakers awtomatiċi taċ-ċirkwit |

    - - Li jaqbżu it-63 A |

    ex853630 | - Apparat ieħor għall-protezzjoni ta' ċirkwiti elettriċi |

    - - Li jaqbeż is-16 A |

    - Relays: |

    853641 | - Għal vultaġġ li ma jaqbiżx is-60 V |

    853649 | - Oħrajn |

    ex853650 | - Switches oħra |

    - - Għal vultaġġ lli jaqbeż is-60V |

    8537 | Bordijiet, panels, consoles, deskijiet, kabinetti u bażijiet oħra, mgħammra b'żewġ apparati jew iktar ta' titolu Nru 8535 jew 8536, għal kontroll elettriku jew id-distribuzzjoni ta' l-elettriċità, inklużi dawk l-istrumenti li jinkorporaw jew l-apparat ta' Kapitolu 90, u apparat ta' kontroll numeriku, barra dak l-apparat ta' l-iswitching ta' titolu Nru 8517 |

    8538 | Partijiet tajbin għall-użu waħidhom jew prinċipalment ma' l-apparat ta' titolu Nri 8535,8536 jew 8537 |

    ex8541 | Djodi, transistors u mezzi ta' semiconductor simili; mezzi ta' semiconductor fotosensittivi, inklużi ċelloli fotovoltajiċi kemm jekk miġbura u kemm jekk le f'mudelli jew magħmula f'panels; djodi li jatgħu d-dawl, kristalli pjezolettriċi muntati: |

    ex854140 | - Mezzi ta' semiconductor fotosensittivi, inklużi ċelloli fotovoltajiċi kemm jekk miġbura f'mudelli u kemm jekk le jew magħmulin f'panels; djodi li jitgħfu id-dawl: |

    - - Mezzi fotosensittivi ta' semikondutturi, inklużi ċelloli fotovoltajiċi kemm miġbura f'mudelli u kemm le jew magħmula f'panels |

    ex8544 | Wire insulat (li jinkludi enamellat jew anodizzat) , gerlin (li jinkludu coaxial cable) u kondutturi ta' l-elettriku insulati, kemm imwaħħla b'konnetturi u kemm le; gerlin ta' fibri optikali, magħmula b'fibri ta' folji individwali, kemm miġbura b'kondutturi elettriċi u kemm le jew imwaħħla b'konnetturi |

    854460 | - Kondutturi oħra elettriċi, għal vultaġġ li jaqbeż il-1000 V |

    854470 | - gerlin ta' fibri optikali |

    ex8545 | Elettrodi tal-karbun, brushes tal-karbun, karburanti tal-lampa, karburanti tal-batterija u artikli oħra ta' mineral jew karbun ieħor, bil-metall jew mingħajru, ta' xi tip użat għall-iskop elettriku |

    854520 | - Brushes |

    8546 | Insulaturi elettriċi ta' kull materjal |

    8547 | Fittings li jinsulaw jew magni elettriċi, apparat jew tagħmir, li jkunu fittings totalment ta' materjal li jinsula apparti minn kull komponent baxx ta' metall (per eżempju, sockets bil-ħajt) inkorporati matul l-immudellar waħidhom għal skopi ta' ġbir, barra dawk l-insulaturi ta' titolu Nru 8546; tubi ta' conduit elettriċi u konġunti għalihom, ta' bażi tal-metall linejat b'materjal li jinsula |

    ex8704 | Vetturi għat-trasport ta' l-oġġetti: | |

    | - Oħrajn, bi pressa ta' magna tal-pistun ta' kombustjoni interna ta' injizzjoni (diesel jew nofsha diesel): |

    ex870421 | - gvw li ma jaqbżux il-5 tunnellati |

    - - Maħsuba speċjalment għat-trasport ta' materjali radjoattivi għolja |

    ex870422 | - gvw li jaqbżu l-5 tunnellati imma ma jaqbżux l-20 tunnellata |

    - - Maħsuba speċjalment għat-trasport ta' materjali radjoattivi għolja |

    ex870423 | - gvw li jaqbżu l-20 tunnellata |

    - - Maħsuba speċjalment għat-trasport ta' materjali radjoattivi għolja |

    - Oħrajn, b'magna ta' pistun ta' kombustjoni interna ta' spark ignition: |

    ex870431 | - gvw li ma jaqbżux il-5 tunnellati |

    - - Maħsuba speċjalment għat-trasport ta' materjali radjoattivi għolja |

    ex870432 | - gvw li jaqbżu l-5 tunnellati |

    - - Maħsuba speċjalment għat-trasport ta' materjali radjoattivi għolja |

    ex8705 | Vetturi ta' skop speċjali, barra dawk maħsuba prinċipalment għat-trasport ta' persuni jew oġġetti (per eżempju, breakdown lorries, lorries ta' krejn, vetturi li jiġġieldu kontra n-nar, lorries li jħalltu l-konkrit, lorries li jikinsu t-triq, lorries li jisprenjaw, postijiet tax-xogħol mobbli, unitajiet radjoloġiċi mobbli) |

    870520 | - Grabji mobbli li jħaffru |

    ex8709 | Trakkijiet li jaħdmu, jiċċaqalqu waħidhom, mhux imwaħħla f'tagħmir li jerfa' jew li jimmaniġġa, ta' xi tip użati fil-fabbriki, magazzinaġġi, arji fejn jinżammu bastimenti jew ajruporti għal trasport ta'distanza qasira ta' l-oġġetti: tratturi tat-tip użat fi pjattaformi ta' stazzjon ta' ferrovija; partijiet tal-vetturi li ġejjin: |

    | - Vetturi: |

    ex870911 | - Elettriċi |

    - - Maħsuba speċjalment għat-trasport ta' materjali radjoattivi għolja |

    ex870919 | - Oħrajn |

    - - Maħsuba speċjalment għat-trasport ta' materjali radjoattivi għolja |

    ex8905 | Vetturi ħfief, fire-floats, karrakki tal-ħama, krejnijiet li jifflowtjaw, u vetturi oħra ta' liema navigità li hi sussidjarja għall-funzjoni tas-soltu tagħhom; floating docks; pjattaformi li jzommu fuq l-ilma jew fil-qigh ghal xoghol ta tħaffir jew produzzjoni |

    890520 | - Pjattaformi ta' tħaffir ghal taht l-ilma jew li jzommu fil-wicc jew ghal produzzjoni |

    ex9015 | Stħarriġ (li jinkludi stħarriġ fotogrammetriku), idrografiku, oċeangrafiku, idroloġiku, meteoroloġiku jew strumenti ġeofiżiċi u apparat, li jeskludu l-kumpassi; rangefinders: |

    ex901580 | - Strumenti oħra u apparat |

    - - Strumenti ġeofiżiċi biss |

    901590 | - Partijiet u aċċessorji |

    ex9026 | Strumenti u apparat għall-qisien jew iċċekjar ta' l-influss, livell, pressa jew likwidi u gassijiet oħra varjati (per eżempju, metri ta' l-influssi, gaġgeġ ta' livell, manometri, metri tas-sħana), li jesklużu strumenti u apparat ta' titolu Nri 9014, 9015, 9028 jew 9032: |

    | - - Hlief ghal uzu fl-industrija ta' distribuzzjoni ta' l-ilma |

    9027 | Strumenti u apparat għal analiżi fiżika jew kimika (per eżempju polarimetri, rifraktometri, spetrometri, apparat għall-analiżi tal-gass jew duħħan); strumenti u apparat għall-qisien jew iċċekjar tal-viskożità, porosità, espansjoni, tensjoni tal-wiċċ jew bħalhom; strumenti u apparat għall-kejl u l-iċċekjar ta' kwantitajiet tas-sħana, ħoss jew dawl (inklużi metri ta' l-esposizzjoni); mikrotomi |

    9028 | Gass, likwidu jew forniment ta' elettriċità jew metri ta' produzzjoni, inklużi metri li jikkalibraw għalihom |

    ex9029 | Apparat li jgħodd id-dawrien, apparat li jgħodd il-produzzjoni, apparat tat-taxi, apparat li jgħodd il-mili, pedometri u bħalhom, indikaturi tal-veloċità u tacho-metri, barra dawk ta' titolu Nru 9014 jew 9015; stroboskopji: |

    ex902910 | - Apparat li jgħodd id-dawrien, apparat li jgħodd il-produzzjoni, taximetri, apparat li jgħodd il-mili, pedometri u bħalhom |

    - - Apparat li jgħodd il-produzzjoni |

    ex902990 | - Partijiet u aċċessorji |

    - - Għal apparat li jgħodd il-produzzjoni |

    ex9030 | Oxilloskopji, analizzaturi ta' l-ispektru u strumenti u apparat ieħor għall-kejl jew iċċekjar ta' kwantitajiet elettriċi, eżklużi l-metri ta' titolu Nru 9028; strumenti u apparat għall-kejl jew isiru alpha, beta, gamma, x-ray, kożmiċi jew radjazzjonijiet li joniżjaw oħra. |

    ex903010 | - Strumenti u apparat għall-kejl jew it-twettiq ta' radjazzjonijiet li joniżjaw |

    | - - Għal użu fis-settur tal-enerġija |

    | - Strumenti u apparat ieħor, għall-kejl jew iċċekkjar tal-vultaġġ, kurrent, reżistenza jew enerġija, mingħajr meżż li jirreġistra: |

    903031 | - Multimetri |

    903039 | - Oħrajn |

    | - Strumenti u apparat oħra |

    ex903083 | - Oħrajn, b'meżż li jirreġistra |

    - - Għal użu fis-settur ta' l-enerġija |

    ex903089 | - Oħrajn |

    - - Għal użu fis-settur ta' l-enerġija |

    ex903090 | - Partijiet u aċċessorji |

    - - Għal użu fis-settur ta' l-enerġija |

    9032 | Strumeni u apparat awtomatiku li jirregola jew jikkontrolla. | |

    "4. Anness EQ II

    LISTA TA' TAGĦMIR TA' ENERĠIJA RELATAT

    (Bi qbil ma' l-Artikolu 1(4a))"

    .

    "14. Anness BR

    LISTA TA' PARTIJIET KONTRAENTI LI M'GĦANDHOMX IŻIDU L-EBDA DAZJU TAD-DWANA JEW PIŻIJIET OĦRA ‘L FUQ MIL-LIVELL LI JIRRIŻULTA MIR-RABTA TAGĦHOM JEW KULL DISPOSIZZJONI LI TGĦODD GĦALIHOM TAĦT IL-FTEHIM TAL-WTO

    (Bi qbil ma' l-Artikolu 29(7))"

    .

    "15. Anness BRQ

    LISTA TA' PARTIJIET KONTRAENTI LI M'GĦANDHOMX IŻIDU L-EBDA DAZJU TAD-DWANA JEW PIŻIJIET OĦRA ‘L FUQ MIL-LIVELL LI JIRRIŻULTA MIR-RABTA TAGĦHOM JEW KULL DISPOSIZZJONI LI TGĦODD GĦALIHOM TAĦT IL-FTEHIM TAL-WTO

    (Bi qbil ma' l-Artikolu 29(7))"

    .

    Artikolu 6

    Applikazzjoni provizorja

    1. Kull firmatarju li japplika għat-Trattat ta' Karta dwar l-Enerġija provizorjament bi qbil ma' l-Artikolu 45(1) u kull Parti Kontraenti jaqblu biex japplikaw din l-emenda b'mod provvisorju meta jkun fadal pendenti d-dħul fis-seħħ ta' dan il-firmatarju jew Parti Kontraenti safejn din l-applikazzjoni disposizzjonali m`hix inkonsistenti mal-kostituzzjoni, liġijiet jew regolamenti tagħha.

    2. (a) Minkejja paragrafu (1):

    (i) kull firmatarju li japplika t-Trattat ta' Karta dwar l-Enerġija provizorjament inkella l-Parti Kontraenti jista' jwassal lid-Depożitarju fi żmien ta' 90 jum tad-data ta' l-adozzjoni ta' din l-emenda mill-Konferenza tal-Karta xi dikjarazzjoni li ma jistax jaċċetta l-applikazzjoni disposizzjonali ta' din l-emenda;

    (ii) kull firmatarju li ma japplikax it-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija provizorjament bi qbil ma' l-Artikolu 45(2) jista' jwassal lid-Depożitarju mhux iktar tard mid-data li fiha jsir Parti Kontraenti jew jibda japplika t-Trattat provizorjament b'dikjarazzjoni li ma tistax taċċetta l-applikazzjoni disposizzjonali ta' din l-emenda.

    L-obbligu li jinsab fil-paragrafu (1) m'għandux jgħodd għall-firmatarju jew il-Parti Kontraenti li tagħmel din id-dikjarazzjoni. Kull firmatarju jew Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirtira dik id-dikjarazzjoni b'notifika bil-miktub lid-Depożitarju.

    (b) Kemm firmatarju jew Parti Kontraenti li jagħmlu dikjarazzjoni bi qbil mas-subparagrafu (a) u kemm investituri ta' dak il-firmatarju jew Parti Kontraenti jistgħu jitolbu l-benefiċċji ta' applikazzjoni disposizzjonali taħt paragrafu (1).

    3. Kull firmatarju jew Parti Kontraenti jista' jtemm l-applikazzjoni disposizzjonali ta' din l-emenda b'notifika bil-miktub lid-Depożitarju ta' l-intenzjoni tiegħu sabiex ma jirratifikax, ma jaċċettax jew ma japprovax din l-emenda. Konkluzjoni ta' l-applikazzjoni disposizzjonali għal kull firmatarju jew Parti Kontraenti tieħu effett mat-tmiem tas-60 jum mid-data li fiha din in-notifika tal-firmatarju jew Parti Kontraenti hija riċevuta mid-Depożitarju. Kull firmatarju li jtemm l-applikazzjoni disposizzjonali tiegħu tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija bi qbil ma' l-Artikolu 45(3)(a) għandu jkun ikkunsidrat ukoll bħala li temm l-applikazzjoni disposizzjonali tiegħu ta' din l-emenda bl-istess data ta' effett.

    Artikolu 7

    L-Istatus tad-Deċiżjoni

    Id-Deċiżjoni adottata in-konnessjoni ma' l-adozzjoni ta' din l-emenda hija parti integrali tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    DEĊIŻJONIJIET IN-KONNESSJONI MA' L-ADOZZJONI TA' L-EMENDA GĦAD-DISPOSIZZJONIJIET RELATATI MA' KUMMERĊ TAT-TRATTAT TAL-KARTA DWAR L-ENERĠIJA

    1. Firmatarju li ma japplikax l-emenda adottata fl-24 ta' April 1998 provizorjament jista', fil-ħin mehtieg ghal azzjoni biex dik l-emenda tigi applikata, kemm jekk fuq bażi definittiva u kemm jekk fuq bazi disposizzjonali, jinnotifika lis-segretarjat bil-kitba li sakemm hija mniżżla fl-Annessi BR u BRQ, hu għandu japplika l-emenda daqslikieku l-oġġetti kollha ta' materjali u prodotti ta' enerġija u ta' tagħmir ta' enerġija relatat komplew jitniżżlu fl-Annessi EM I u EQ I.

    L-emenda għandha tgħodd bi ftehim ma' dan il-firmatarju.

    Kull firmatarju jista' f'kull ħin jirtira n-notifika msemmija hawn fuq permezz ta' kitba lis-segretarjat.

    2. Id-disposizzjonijiet finali ta' l-emenda għandhom ikunu bażati fuq Parti VIII, partikolarment l-Artikolu 42, tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija sakemm huwa rilevanti.

    --------------------------------------------------

    Top