Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0814-20170109

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 tat- 2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/814/2017-01-09

    02013R0814 — MT — 09.01.2017 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 814/2013

    tat-2 ta’ Awwissu 2013

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 239 6.9.2013, p. 162)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

      L 346

    51

    20.12.2016




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 814/2013

    tat-2 ta’ Awwissu 2013

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u/jew għad-dħul fis-servizz ta’ ħiters tal-ilma li jkollhom potenza termika nominali ta’ 400 kW jew inqas u ta’ tankijiet tal-misħun li jkollhom volum tal-ħżin ta’ 2 000 litru jew inqas, inklużi dawk li jkunu integrati f’pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013.

    2.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika:

    (a) għall-ħiters tal-ilma ddisinjati b’mod speċifiku biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti mill-bijomassa;

    (b) għall-ħiters tal-ilma li jużaw il-fjuwils solidi;

    (c) għall-ħiters tal-ilma li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

    (d) għall-ħiters ikkombinati, kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 ( 2 );

    (e) għall-ħiters tal-ilma li ma jissodisfawx mill-inqas il-profil tat-tagħbija li għandu l-enerġija minima ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

    (f) għall-ħiters tal-ilma ddisinjati biex permezz tagħhom isiru x-xarbiet sħan u/jew l-ikel biss;

    (g) għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-ħiters tal-ilma u l-oqfsa għall-ħiters tal-ilma maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2018 sabiex jieħdu post ġeneraturi tas-sħana identiċi u oqfsa identiċi għall-ħiters tal-ilma. Il-prodott ta’ sostituzzjoni jew il-pakkett tiegħu għandhom jindikaw biċ-ċar għal liema ħiter tal-ilma huwa maħsub.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “ħiter tal-ilma” tfisser apparat:

    (a) li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;

    (b) li jipproduċi u jittrasferixxi s-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi; u

    (c) li jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana;

    (2) “ġeneratur tas-sħana” tfisser il-parti ta’ ħiter tal-ilma li tipproduċi s-sħana billi tuża proċess wieħed jew aktar minn dawk li ġejjin:

    (a) il-kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;

    (b) l-użu tal-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

    (c) il-qbid tas-sħana ambjentali minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew tas-sħana sekondarja;

    fejn ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal ħiter tal-ilma u qafas għall-ħiter tal-ilma maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana wkoll għandhom jitqiesu bħala ħiter tal-ilma;

    (3) “qafas għall-ħiter tal-ilma” tfisser il-parti ta’ ħiter tal-ilma li tkun iddisinjata b’tali mod biex ġo fiha jiġi mmuntat ġeneratur tas-sħana;

    (4) “potenza termika nominali” tfisser il-potenza termika ddikjarata tal-ħiter tal-ilma meta dan ikun qed isaħħan l-ilma bil-kundizzjonijiet nominali standard, mogħtija f’kW;

    (5) “volum tal-ħżin” (V) tfisser il-volum nominali ta’ tank tal-misħun jew ta’ ħiter tal-ilma b’tank għall-ħżin, mogħti f’litri;

    (6) “kundizzjonijiet nominali standard” tfisser il-kundizzjonijiet operattivi tal-ħiters tal-ilma sabiex jiġu stabbiliti l-potenza termika nominali, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss u l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu, u l-kundizzjonijiet operattivi tat-tankijiet tal-misħun sabiex jiġi stabbilit it-telf kostanti;

    (7) “bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

    (8) “fjuwil tal-bijomassa” tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu prodott mill-bijomassa;

    (9) “fjuwil fossili” tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu ta’ oriġini fossili;

    (10) “ħiter tal-ilma konvenzjonali” tfisser ħiter tal-ilma li jipproduċi s-sħana billi juża l-proċess ta’ kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa u/jew billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

    (11) “ħiter tal-ilma b’pompa tas-sħana” tfisser ħiter tal-ilma li juża s-sħana ambjentali li tkun ġejja minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew is-sħana sekondarja biex jipproduċi s-sħana;

    (12) “ħiter tal-ilma solari” tfisser ħiter tal-ilma mgħammar b’kollettur solari wieħed jew aktar, b’tankijiet tal-misħun solari, b’ġeneraturi tas-sħana u forsi wkoll b’pompi fis-sistema ċirkolari tal-kollettur u elementi oħrajn; ħiter tal-ilma solari jitqiegħed fis-suq bħala unità waħda;

    (13) “tank tal-misħun” tfisser kontenitur li fih jinħażen il-misħun għall-finijiet tat-tisħin tal-ilma u/jew tat-tisħin tal-post, inkluż kwalunkwe addittiv, li ma jkun mgħammar bl-ebda ġeneratur tas-sħana, ħlief forsi għal xi ħiter sommerġibbli ta’ riżerva wieħed jew aktar;

    (14) “ħiter sommerġibbli ta’ riżerva” tfisser ħiter bir-reżistenza elettrika li jkollu l-effett “Joule” li jifforma parti minn tank tal-misħun u li jipproduċi s-sħana biss meta s-sors tas-sħana estern ma jkunx qed jaħdem (inkluż matul il-perjodi ta’ manutenzjoni) jew meta dan ikun bil-ħsara, jew li jifforma parti minn tank tal-misħun solari u jipprovdi s-sħana meta s-sors tas-sħana solari ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa l-livelli ta’ kumdità meħtieġa;

    (15) “l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma” (ηwh ) tfisser il-proporzjon tal-enerġija utli li l-ħiter tal-ilma jipprovdi meta mqabbla mal-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dik l-enerġija, mogħti bħala perċentwali;

    (16) “il-livell ta’ qawwa tal-ħoss” (LWA ) tfisser il-livell ta’ qawwa tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza A, fuq ġewwa u/jew fuq barra, mogħti f’dB;

    (17) “telf kostanti” (S) tfisser il-potenza termika mitlufa minn tank tal-misħun f’ċerti temperaturi partikulari tal-ilma u tal-ambjent, mogħtija f’W;

    (18) “il-koeffiċjent ta’ konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ); il-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni huwa ta’: CC = 2,5

    Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa VI.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

    1.  L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun.

    2.  Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu jibda japplika skont l-iskeda taż-żmien li ġejja:

    (a) mis-26 ta' Settembru 2015:

    (i) il-ħiters tal-ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.1(a), 1.2, 1.3, 1.4 u 1.6 tal-Anness II;

    (ii) it-tankijiet tal-misħun għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.2 tal-Anness II;

    (b) mis-26 ta' Settembru 2017:

    (i) il-ħiters tal-ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.1(b) tal-Anness II;

    (ii) it-tankijiet tal-misħun għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.1 tal-Anness II;

    (c) mis-26 ta' Settembru 2018:

    (i) il-ħiters tal-ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.1(c) tal-Anness II;

    (ii) il-ħiters tal-ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.5(a) tal-Anness II.

    3.  Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi III u IV.

    Artikolu 4

    Valutazzjoni tal-konformità

    1.  Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

    2.  Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif dwar il-prodotti stabbilit fil-punt 1.6 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Valuri indikattivi ta’ referenza

    L-Anness VI jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta’ referenza għall-ħiters tal-ilma u t-tankijiet tal-misħun li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.

    Artikolu 7

    Reviżjoni

    1.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar b’rabta mal-ħiters tal-ilma u mat-tankijiet tal-misħun u għandha tippreżenta r-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi, b’mod partikulari, valutazzjoni tal-aspetti li ġejjin:

    (a) kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra marbutin mar-refriġeranti;

    (b) abbażi tal-metodi tal-kejl li qed jiġu żviluppati, il-livell tar-rekwiżiti tal-ekodisinn li jista’ jiddaħħal għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi;

    (c) kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu;

    (d) kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma ddisinjati b’mod speċifiku biex jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti mill-bijomassa;

    (e) il-validità tal-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni;

    (f) kemm hi adegwata ċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi wkoll dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar b’rabta mal-ħiters tal-ilma u għandha tippreżenta r-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn sa mhux aktar tard minn tliet snin wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi biss valutazzjoni ta’ kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn separati għat-tipi ta’ ħiters tal-ilma differenti.

    Artikolu 8

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    1.  Sas-26 ta' Settembru 2015, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ ħiters tal-ilma li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma u l-livell ta’ qawwa tal-ħoss li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.

    2.  Sas-26 ta' Settembru 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ ħiters tal-ilma li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.

    3.  Sas-26 ta' Settembru 2017, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ tankijiet tal-misħun li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar it-telf kostanti li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa VI

    Għall-għanijiet tal-Annessi II sa VI, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “ħiter tal-ilma b’tank għall-ħżin” tfisser ħiter tal-ilma mgħammar b’tank (jew tankijiet) tal-misħun, b’ġeneratur (jew ġeneraturi) tas-sħana u forsi wkoll b’elementi oħrajn, li jkunu jinsabu f’qafas wieħed;

    (2) “profil tat-tagħbija” tfisser sekwenza partikulari ta’ estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III; kull ħiter tal-ilma jissodisfa tal-inqas profil wieħed tat-tagħbija;

    (3) “estrazzjoni mill-ilma” tfisser kombinazzjoni partikulari ta’ rata tal-fluss tal-ilma utli, ta’ temperatura utli tal-ilma, ta’ kontenut ta’ enerġija utli u tal-ogħla temperatura, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

    (4) “rata tal-fluss tal-ilma utli” (f) tfisser ir-rata minima ta’ fluss, mogħtija f’litri għal kull minuta, li għaliha l-misħun ikun qed jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

    (5) “temperatura utli tal-ilma” (Tm ) tfisser it-temperatura tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-misħun jibda jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

    (6) “kontenut ta’ enerġija utli” (Qtap ) tfisser il-kontenut tal-enerġija tal-misħun, mogħti f’kWh, ipprovdut f’temperatura li tkun daqs it-temperatura utli tal-ilma jew ogħla minnha, u f’rati ta’ fluss tal-ilma li jkunu daqs ir-rata tal-fluss tal-ilma utli jew ogħla minnha, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

    (7) “kontenut tal-enerġija tal-misħun” tfisser il-prodott tal-kapaċità termika speċifika tal-ilma, id-differenza medja fit-temperatura bejn dik tal-misħun li jkun qed jiġi prodott u dik tal-ilma kiesaħ li jkun dieħel, u l-massa totali tal-misħun prodott;

    (8) “l-ogħla temperatura” (Tp ) tfisser it-temperatura minima tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li għandha tinkiseb waqt l-estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

    (9) “enerġija ta’ referenza” (Qref ) tfisser is-somma tal-kontenut ta’ enerġija utli tal-estrazzjonijiet mill-ilma, mogħti f’kWh, fi profil tat-tagħbija partikulari, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

    (10) “il-profil massimu tat-tagħbija” tfisser il-profil tat-tagħbija li jkollu l-enerġija massima ta’ referenza li ħiter tal-ilma jkun jista’ jipprovdi filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet tat-temperatura u tar-rata ta’ fluss ta’ dan il-profil tat-tagħbija;

    (11) “il-profil tat-tagħbija ddikjarat” tfisser il-profil tat-tagħbija li jiġi applikat meta tkun qed tiġi vvalutata l-konformità;

    (12) “konsum ta’ kuljum tal-elettriku” (Qelec ) tfisser il-konsum tal-elettriku matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat;

    (13) “konsum ta’ kuljum tal-fjuwil” (Qfuel ) tfisser il-konsum tal-fjuwil matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat;

    (14) “valur kalorifiku gross” (GCV) tfisser l-ammont totali ta’ sħana rrilaxxat minn unità ta’ fjuwil meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni ta’ kwalunkwe fwar tal-ilma li jkun hemm fil-fjuwil u tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-ħruq ta’ kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

    (15) “regolatur intelliġenti” tfisser apparat li jadatta l-proċess tat-tisħin tal-ilma b’mod awtomatiku għall-kundizzjonijiet tal-użu individwali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija;

    (16) “konformità tar-regolatur intelliġenti” (smart) tfisser kemm ħiter tal-ilma li jkun mgħammar b’regolaturi intelliġenti jkun jissodisfa l-kriterju stipulat fil-punt 4 tal-Anness IV jew le;

    (17) “fattur tar-regolatur intelliġenti” (SCF) tfisser it-titjib li jkun hemm fl-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma minħabba l-użu tar-regolatur intelliġenti bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III;

    (18) “konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qelec,week,smart ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti attivata, imkejjel bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III u mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;

    (19) “konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qfuel,week,smart ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti attivata, imkejjel bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III u mogħti f’kWh f’termini tal-GCV;

    (20) “konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qelec,week ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti diżattivata, imkejjel bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III u mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;

    (21) “konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qfuel,week ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti diżattivata, imkejjel bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III u mogħti f’kWh f’termini tal-GCV;

    (22) “terminu ta’ korrezzjoni ambjentali” (Qcor ) tfisser terminu, mogħti f’kWh, li jqis il-fatt li l-post fejn il-ħiter tal-ilma jkun installat ma jkunx post iżotermiku;

    (23) “telf ta’ sħana fil-modalità Stennija” (Pstby ) tfisser it-telf ta’ sħana ta’ ħiter tal-ilma b’pompa tas-sħana f’modalitajiet ta’ operazzjoni mingħajr domanda għat-tisħin, mogħti f’kW;

    (24) “ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C” (V40) tfisser il-kwantità ta’ ilma b’temperatura ta’ 40 °C li għandu l-istess kontenut termiku (entalpija) bħall-misħun prodott li jkollu temperatura ta’ iktar minn 40 °C fil-punt tal-ħruġ tal-ħiter tal-ilma, mogħtija f’litri;

    (25) “kundizzjonijiet klimatiċi medji” tfisser it-temperatura u l-kundizzjonijiet ta’ irradjanza solari globali li huma tipiċi għall-belt ta’ Strasburgu;

    (26) “konsum annwali tal-enerġija” (Qtota ) tfisser il-konsum annwali tal-enerġija ta’ ħiter tal-ilma solari, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija primarja u/jew f’kWh f’termini tal-GCV;

    (27) “kontribut annwali ta’ tisħin li mhux solari” (Qnonsol ) tfisser il-kontribut annwali tal-elettriku (mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija primarja) u/jew tal-fjuwil (mogħti f’kWh f’termini tal-GCV) għall-produzzjoni tas-sħana utli ta’ ħiter tal-ilma solari, filwaqt li jitqies l-ammont ta’ sħana maqbuda mill-kollettur solari fis-sena u t-telf tas-sħana tat-tank tal-misħun solari;

    (28) “kollettur solari” tfisser apparat iddisinjat biex jassorbi l-irradjanza solari globali u biex jittrasferixxi l-enerġija termika prodotta b’dan il-mod għal ġo fluwidu li jkun għaddej minnu; huwa kkaratterizzat mill-erja ta’ apertura tal-kollettur, mill-effiċjenza bl-ebda telf, mill-koeffiċjent tal-ewwel ordni, mill-koeffiċjent tat-tieni ordni u mill-modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza;

    (29) “irradjanza solari globali” tfisser ir-rata tal-enerġija solari totali li tkun dieħla, kemm b’mod dirett kif ukoll b’mod imxerred, fuq pjan ta’ lqugħ tal-kollettur b’angolatura ta’ 45 grad u orjentat lejn in-Nofsinhar fuq wiċċ id-dinja, mogħtija f’W/m2;

    (30) “erja ta’ apertura tal-kollettur” (Asol ) tfisser l-erja massima pprojettata li minnha r-radjazzjoni solari mhix ikkonċentrata tidħol fil-kollettur, mogħtija f’metri kwadri;

    (31) “l-effiċjenza bl-ebda telf” (η0 ) tfisser l-effiċjenza tal-kollettur solari meta t-temperatura medja tal-fluwidu tal-kollettur solari tkun daqs it-temperatura ambjentali;

    (32) “koeffiċjent tal-ewwel ordni” (a1 ) tfisser il-koeffiċjent tat-telf tas-sħana ta’ kollettur solari, mogħti f’W/(m2 K);

    (33) “koeffiċjent tat-tieni ordni” (a2 ) tfisser il-koeffiċjent li jkejjel id-dipendenza fuq it-temperatura tal-koeffiċjent tal-ewwel ordni, mogħti f’W/(m2 K2);

    (34) “modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza” (IAM) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli ta’ kollettur solari f’angolu ta’ inċidenza partikulari meta mqabbel mal-produzzjoni tas-sħana utli tiegħu f’angolu ta’ inċidenza ta’ 0 grad;

    (35) “angolu ta’ inċidenza” tfisser l-angolu bejn id-direzzjoni tax-xemx u d-direzzjoni perpendikulari mal-apertura tal-kollettur solari;

    (36) “tank tal-misħun solari” tfisser tank tal-misħun li jaħżen l-enerġija termika prodotta minn kollettur solari wieħed jew aktar;

    (37) “effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ ġeneratur tas-sħana” (ηwh,nonsol ) tfisser l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ ġeneratur tas-sħana li jkun jifforma parti minn ħiter tal-ilma solari, mogħtija f’perċentwali u stabbilita f’kundizzjonijiet klimatiċi medji u mingħajr l-użu tal-kontribut tas-sħana mix-xemx;

    (38) “konsum tal-elettriku awżiljarju” (Qaux ) tfisser il-konsum annwali tal-elettriku ta’ ħiter tal-ilma solari, li ġej mill-konsum tal-enerġija tal-pompa u mill-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;

    (39) “konsum tal-enerġija tal-pompa” (solpump) tfisser il-konsum nominali tal-enerġija elettrika tal-pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur ta’ ħiter tal-ilma solari, mogħti f’W;

    (40) “konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija” (solstandby) tfisser il-konsum nominali tal-enerġija elettrika ta’ ħiter tal-ilma solari meta l-pompa u l-ġeneratur tas-sħana tiegħu ma jkunux attivi, mogħti f’W;

    (41) “mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fir-rekwiżiti tat-tagħrif dwar il-prodotti applikabbli tal-Anness II, bħal dawk ta’ mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur.




    ANNESS II

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    1.   IR-REKWIŻITI TAL-EKODISINN GĦALL-ĦITERS TAL-ILMA

    1.1.    Ir-rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

    (a) Mis-26 ta' Settembru 2015, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters tal-ilma m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:



    Profil tat-tagħbija ddikjarat

    3XS

    XXS

    XS

    S

    M

    L

    XL

    XXL

    3XL

    4XL

    Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

    22 %

    23 %

    26 %

    26 %

    30 %

    30 %

    30 %

    32 %

    32 %

    32 %

    Barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti tagħhom, smart, jiġi ddikjarat li jkun “1”: l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma kkalkulata għall-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart, meta dan ikun 0 u ttestjata skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat

    19 %

    20 %

    23 %

    23 %

    27 %

    27 %

    27 %

    28 %

    28 %

    28 %

    (b) Mis-26 ta' Settembru 2017, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters tal-ilma m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:



    Profil tat-tagħbija ddikjarat

    3XS

    XXS

    XS

    S

    M

    L

    XL

    XXL

    3XL

    4XL

    Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

    32 %

    32 %

    32 %

    32 %

    36 %

    37 %

    37 %

    37 %

    37 %

    38 %

    Barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti tagħhom, smart, jiġi ddikjarat li jkun “1”: l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma kkalkulata għall-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart, meta dan ikun 0 u ttestjata skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat

    29 %

    29 %

    29 %

    29 %

    33 %

    34 %

    35 %

    36 %

    36 %

    36 %

    (c) Mis-26 ta' Settembru 2018, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters tal-ilma m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:



    Profil tat-tagħbija ddikjarat

    XXL

    3XL

    4XL

    Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

    60 %

    64 %

    64 %

    1.2.    Ir-rekwiżiti għall-volum tal-ħżin tal-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ 3XS, XXS, XS u S

    Mis-26 ta' Settembru 2015:

    (a) għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ 3XS, il-volum tal-ħżin m’għandux jaqbeż is-seba’ (7) litri;

    (b) għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ XXS u XS, il-volum tal-ħżin m’għandux jaqbeż il-15-il litru;

    (c) għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ S, il-volum tal-ħżin m’għandux jaqbeż is-36 litru.

    1.3.    Ir-rekwiżiti għall-ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C tal-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ M, L, XL, XXL, 3XL u 4XL

    Mis-26 ta' Settembru 2015, l-ammont ta’ ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C m’għandux ikun inqas mill-valuri li ġejjin:



    Profil tat-tagħbija ddikjarat

    M

    L

    XL

    XXL

    3XL

    4XL

    Ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C

    65 litru

    130 litru

    210 litri

    300 litru

    520 litru

    1 040 litru

    1.4.    Ir-rekwiżiti għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss

    Mis-26 ta' Settembru 2015, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss tal-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana m’għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:



    Potenza termika nominali ta’ 6 kW jew inqas

    Potenza termika nominali ta’ iktar minn 6 kW u ta’ 12-il kW jew inqas

    Potenza termika nominali ta’ iktar minn 12-il kW u ta’ 30 kW jew inqas

    Potenza termika nominali ta’ iktar minn 30 kW u ta’ 70 kW jew inqas

    Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

    Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

    Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

    Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

    Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

    Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

    Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

    Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

    60 dB

    65 dB

    65 dB

    70 dB

    70 dB

    78 dB

    80 dB

    88 dB

    1.5.    Ir-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

    (a) Mis-26 ta' Settembru 2018, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-ħiters tal-ilma, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, m’għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

     għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 56 mg/kWh f’termini tal-GCV;

     għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;

     għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi u għall-ħiters tal-ilma solari li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 70 mg/kWh f’termini tal-GCV;

     għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi u għall-ħiters tal-ilma solari li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;

     għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 240 mg/kWh f’termini tal-GCV;

     għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 420 mg/kWh f’termini tal-GCV.

    1.6.    Ir-rekwiżiti għat-tagħrif dwar il-prodotti għall-ħiters tal-ilma

    Mis-26 ta' Settembru 2015, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, u d-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

    (a) tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, inklużi l-mudelli ekwivalenti, li magħhom huwa relatat dan it-tagħrif;

    (b) ir-riżultati tal-kejl tal-parametri tekniċi speċifikati fil-punt 6 tal-Anness III;

    (c) ir-riżultati tal-kalkoli tal-parametri tekniċi speċifikati fil-punt 2 tal-Anness IV;

    (d) kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-ilma jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

    (e) għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-ħiters tal-ilma u l-oqfsa għall-ħiters tal-ilma maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana, il-karatteristiċi tagħhom, ir-rekwiżiti għall-immuntar tagħhom, sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma, u, fejn ikun xieraq, il-lista ta’ kombinazzjonijiet irrakkomandati mill-manifattur;

    (f) tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom.

    2.   IR-REKWIŻITI TAL-EKODISINN GĦAT-TANKIJIET TAL-MISĦUN

    2.1.    Ir-rekwiżit għat-telf kostanti

    Mis-26 ta' Settembru 2017, it-telf kostanti, S, tat-tankijiet tal-misħun li jkollhom volum tal-ħżin, V, mogħti f’litri, m’għandux jaqbeż il-limitu li ġej:

    image

    2.2.    Ir-rekwiżiti għat-tagħrif dwar il-prodotti għat-tankijiet tal-misħun

    Mis-26 ta' Settembru 2015, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, u d-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

    (a) tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, inklużi l-mudelli ekwivalenti, li magħhom huwa relatat dan it-tagħrif;

    (b) ir-riżultati tal-kejl tal-parametri tekniċi speċifikati fil-punt 7 tal-Anness III;

    (c) kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat it-tank tal-misħun jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

    (d) tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom.




    ANNESS III

    Il-kejl

    1.

    Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jsir billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 7.

    2.

    KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI SABIEX JIĠU TTESTJATI L-ĦITERS TAL-ILMA

    (a) il-kejl għandu jsir billi jintużaw il-profili tat-tagħbija mogħtija fit-Tabella 1;

    (b) il-kejl għandu jittieħed billi jintuża ċiklu tal-kejl ta’ 24 siegħa, imqassam kif ġej:

     min-00:00 sas-06:59: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;

     mis-07:00: estrazzjoni mill-ilma skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat;

     minn tmiem l-aħħar estrazzjoni mill-ilma sa 24:00: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;

    (c) il-profil tat-tagħbija ddikjarat għandu jkun il-profil massimu tat-tagħbija jew il-profil tat-tagħbija li jkun jinsab eżatt wara dak massimu;

    (d) kwalunkwe ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal ħiter tal-ilma u kwalunkwe qafas għall-ħiter tal-ilma maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana għandu jiġi ttestjat b’qafas xieraq għall-ħiter tal-ilma u b’ġeneratur xieraq tas-sħana rispettivament;

    (e) il-ħiters tal-ilma li jkunu se jiġu kklassifikati bħala ħiters tal-ilma li jaħdmu fis-sigħat kwieti jingħataw l-enerġija għal perjodu massimu ta’ tmien sigħat konsekuttivi bejn l-22:00 u s-07:00 taċ-ċiklu tal-użu fuq perjodu ta’ 24 siegħa. Fi tmiem iċ-ċiklu tal-użu fuq perjodu ta’ 24 siegħa, il-ħiters tal-ilma jingħataw l-enerġija sa tmiem il-fażi.

    Tabella 1

    Profili tat-tagħbija tal-ħiters tal-ilma



    ħin

    3XS

    XXS

    XS

    S

    Qtap

    f

    Tm

    Qtap

    f

    Tm

    Qtap

    f

    Tm

    Qtap

    f

    Tm

    Tp

    kWh

    l/min

    °C

    kWh

    l/min

    °C

    kWh

    l/min

    °C

    kWh

    l/min

    °C

    °C

    07:00

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    07:05

    0,015

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    07:15

    0,015

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    07:26

    0,015

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    07:30

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

    0,525

    3

    35

    0,105

    3

    25

     

    07:45

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    08:01

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    08:05

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    08:15

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    08:25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    08:30

     

     

     

    0,105

    2

    25

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    08:45

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    09:00

    0,015

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    09:30

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    10:00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    10:30

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    11:00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    11:30

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    11:45

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    12:00

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    12:30

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    12:45

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

    0,525

    3

    35

    0,315

    4

    10

    55

    14:30

    0,015

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    15:00

    0,015

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    15:30

    0,015

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    16:00

    0,015

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    16:30

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    17:00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    18:00

     

     

     

    0,105

    2

    25

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    18:15

     

     

     

    0,105

    2

    25

     

     

     

    0,105

    3

    40

     

    18:30

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    19:00

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    19:30

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    20:00

     

     

     

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    20:30

     

     

     

     

     

     

    1,05

    3

    35

    0,42

    4

    10

    55

    20:45

     

     

     

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    20:46

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    21:00

     

     

     

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    21:15

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    21:30

    0,015

    2

    25

     

     

     

     

     

     

    0,525

    5

    45

     

    21:35

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    21:45

    0,015

    2

    25

    0,105

    2

    25

     

     

     

     

     

     

     

    Qref

    0,345

    2,100

    2,100

    2,100



    ħin

    M

    L

    XL

    Qtap

    f

    Tm

    Tp

    Qtap

    f

    Tm

    Tp

    Qtap

    f

    Tm

    Tp

    kWh

    l/min

    °C

    °C

    kWh

    l/min

    °C

    °C

    kWh

    l/min

    °C

    °C

    07:00

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    07:05

    1,4

    6

    40

     

    1,4

    6

    40

     

     

     

     

     

    07:15

     

     

     

     

     

     

     

     

    1,82

    6

    40

     

    07:26

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    07:30

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

    07:45

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    4,42

    10

    10

    40

    08:01

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    08:05

     

     

     

     

    3,605

    10

    10

    40

     

     

     

     

    08:15

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    08:25

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

    08:30

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    08:45

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    09:00

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    09:30

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    10:00

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    10:30

    0,105

    3

    10

    40

    0,105

    3

    10

    40

    0,105

    3

    10

    40

    11:00

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    11:30

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    11:45

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    12:00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    12:30

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    12:45

    0,315

    4

    10

    55

    0,315

    4

    10

    55

    0,735

    4

    10

    55

    14:30

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    15:00

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    15:30

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    16:00

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    16:30

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    17:00

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    18:00

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    18:15

    0,105

    3

    40

     

    0,105

    3

    40

     

    0,105

    3

    40

     

    18:30

    0,105

    3

    40

     

    0,105

    3

    40

     

    0,105

    3

    40

     

    19:00

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    0,105

    3

    25

     

    19:30

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    20:00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    20:30

    0,735

    4

    10

    55

    0,735

    4

    10

    55

    0,735

    4

    10

    55

    20:45

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    20:46

     

     

     

     

     

     

     

     

    4,42

    10

    10

    40

    21:00

     

     

     

     

    3,605

    10

    10

    40

     

     

     

     

    21:15

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

    0,105

    3

    25

     

    21:30

    1,4

    6

    40

     

    0,105

    3

    25

     

    4,42

    10

    10

    40

    21:35

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    21:45

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Qref

    5,845

    11,655

    19,07



    ħin

    XXL

    3XL

    4XL

    Qtap

    f

    Tm

    Tp

    Qtap

    f

    Tm

    Tp

    Qtap

    f

    Tm

    Tp

    kWh

    l/min

    °C

    °C

    kWh

    l/min

    °C

    °C

    kWh

    l/min

    °C

    °C

    07:00

    0,105

    3

    25

     

    11,2

    48

    40

     

    22,4

    96

    40

     

    07:05

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    07:15

    1,82

    6

    40

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    07:26

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    07:30

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    07:45

    6,24

    16

    10

    40

     

     

     

     

     

     

     

     

    08:01

    0,105

    3

    25

     

    5,04

    24

    25

     

    10,08

    48

    25

     

    08:05

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    08:15

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    08:25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    08:30

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    08:45

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    09:00

    0,105

    3

    25

     

    1,68

    24

    25

     

    3,36

    48

    25

     

    09:30

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    10:00

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    10:30

    0,105

    3

    10

    40

    0,84

    24

    10

    40

    1,68

    48

    10

    40

    11:00

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    11:30

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    11:45

    0,105

    3

    25

     

    1,68

    24

    25

     

    3,36

    48

    25

     

    12:00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    12:30

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    12:45

    0,735

    4

    10

    55

    2,52

    32

    10

    55

    5,04

    64

    10

    55

    14:30

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    15:00

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    15:30

    0,105

    3

    25

     

    2,52

    24

    25

     

    5,04

    48

    25

     

    16:00

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    16:30

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    17:00

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    18:00

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    18:15

    0,105

    3

    40

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    18:30

    0,105

    3

    40

     

    3,36

    24

    25

     

    6,72

    48

    25

     

    19:00

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    19:30

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    20:00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    20:30

    0,735

    4

    10

    55

    5,88

    32

    10

    55

    11,76

    64

    10

    55

    20:45

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    20:46

    6,24

    16

    10

    40

     

     

     

     

     

     

     

     

    21:00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    21:15

    0,105

    3

    25

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    21:30

    6,24

    16

    10

    40

    12,04

    48

    40

     

    24,08

    96

    40

     

    21:35

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    21:45

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Qref

    24,53

    46,76

    93,52

    3.

    KUNDIZZJONIJIET SABIEX TIĠI TTESTJATA L-KONFORMITÀ TAR-REGOLATUR INTELLIĠENTI (SMART) TAL-ĦITERS TAL-ILMA

    F’każ li l-manifattur iqis li huwa xieraq li jiddikjara li l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti (smart) huwa “1”, il-kejl tal-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku u/jew tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti u mingħajrhom għandu jittieħed billi jintuża ċiklu tal-kejl ta’ ġimagħtejn, imqassam kif ġej:

     mill-ewwel sal-ħames jum: serje aleatorja ta’ profili tat-tagħbija magħżulin mill-profil tat-tagħbija ddikjarat u mill-profil tat-tagħbija li jkun jinsab eżatt wara l-profil tat-tagħbija ddikjarat, bir-regolatur intelliġenti diżattivat;

     is-sitt u s-seba’ jum: l-ebda estrazzjoni mill-ilma, u bir-regolatur intelliġenti diżattivat;

     mit-tmien jum sat-tnax-il jum: repetizzjoni tas-sekwenza li tkun ġiet applikata mill-ewwel sal-ħames jum, bir-regolatur intelliġenti attivat;

     it-tlettax u l-erbatax-il jum: l-ebda estrazzjoni mill-ilma, u bir-regolatur intelliġenti attivat;

     id-differenza bejn il-kontenut ta’ enerġija utli mkejjel matul l-ewwel sas-seba’ jum u l-kontenut ta’ enerġija utli mkejjel matul it-tmien sal-erbatax-il jum m’għandhiex taqbeż it-2 % tal-valur ta’ Qref tal-profil tat-tagħbija ddikjarat.

    4.

    KUNDIZZJONIJIET SABIEX JIĠU TTESTJATI L-ĦITERS TAL-ILMA SOLARI

    Il-kollettur solari, it-tank tal-misħun solari, il-pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur (jekk tkun tapplika) u l-ġeneratur tas-sħana għandhom jiġu ttestjati b’mod separat. F’każ li l-kollettur solari u t-tank tal-misħun solari ma jkunux jistgħu jiġu ttestjati b’mod separat, dawn għandhom jiġu ttestjati flimkien. Il-ġeneratur tas-sħana għandu jiġi ttestjat bil-kundizzjonijiet mogħtija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness.

    Ir-riżultati għandhom jintużaw għall-kalkoli stipulati fil-punt 3(b) tal-Anness IV bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabelli 2 u 3. Sabiex jiġi stabbilit il-valur ta’ Qtota , l-effiċjenza tal-ġeneratur tas-sħana li juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika titqies li hija ta’ 100/CC.

    5.

    KUNDIZZJONIJIET SABIEX JIĠU TTESTJATI L-ĦITERS TAL-ILMA B’POMPA TAS-SĦANA

     Il-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 4;

     il-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jużaw l-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni bħala s-sors tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 5.



    Tabella 2

    Temperatura medja ta’ binhar [fi gradi Celsius]

     

    Jannar

    Frar

    Marzu

    April

    Mejju

    Ġunju

    Lulju

    Awwissu

    Settembru

    Ottubru

    Novembru

    Diċembru

    Kundizzjonijiet klimatiċi medji

    2,8

    2,6

    7,4

    12,2

    16,3

    19,8

    21,0

    22,0

    17,0

    11,9

    5,6

    3,2



    Tabella 3

    Valur medju tal-irradjanza solari globali [f’W għal kull metru kwadru]

     

    Jannar

    Frar

    Marzu

    April

    Mejju

    Ġunju

    Lulju

    Awwissu

    Settembru

    Ottubru

    Novembru

    Diċembru

    Kundizzjonijiet klimatiċi medji

    70

    104

    149

    192

    221

    222

    232

    217

    176

    129

    80

    56



    Tabella 4

    Kundizzjonijiet nominali standard għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, b’temperaturi tal-arja b’termometru niexef (it-temperaturi tal-arja b’termometru umdu huma mogħtija fil-parenteżi)

    Sors tas-sħana

    L-arja ta’ barra

    L-arja ta’ ġewwa

    L-arja tal-egżost

    Salmura

    Ilma

    Temperatura

    + 7 °C (+ 6 °C)

    + 20 °C

    (massimu ta’ + 15-il °C)

    + 20 °C

    (+ 12-il °C)

    0 °C (mad-dħul)/– 3 °C (mal-ħruġ)

    + 10 °C (mad-dħul)/+ 7 °C (mal-ħruġ)



    Tabella 5

    L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni [f’metri kubi għal kull siegħa], f’temperatura ta’ 20 °C u b’umdità ta’ 5,5 grammi għal kull metru kubu

    Profil tat-tagħbija ddikjarat

    XXS

    XS

    S

    M

    L

    XL

    XXL

    3XL

    4XL

    L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni

    109

    128

    128

    159

    190

    870

    1 021

    2 943

    8 830

    6.

    PARAMETRI TEKNIĊI GĦALL-ĦITERS TAL-ILMA

    Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti għall-ħiters tal-ilma:

    (a) il-konsum ta’ kuljum tal-elettriku, Qelec , f’kWh, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

    (b) il-profil tat-tagħbija ddikjarat, muri permezz tal-ittra x-xierqa skont it-Tabella 1 ta’ dan l-Anness;

    (c) il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA , fuq ġewwa, f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ (għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, jekk dan ikun japplika);

    barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-fjuwils fossili u/jew bil-fjuwils tal-bijomassa:

    (d) il-konsum ta’ kuljum tal-fjuwil, Qfuel , f’kWh f’termini tal-GCV, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

    (e) l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, f’mg/kWh ta’ kontribut tal-fjuwil f’termini tal-GCV, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

    barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti tagħhom, smart, jiġi ddikjarat li jkun “1”:

    (f) il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week,smart , f’kWh f’termini tal-GCV, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

    (g) il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week,smart , f’kWh, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

    (h) il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week , f’kWh f’termini tal-GCV, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

    (i) il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week , f’kWh, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

    barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ 3XS, XXS u XS:

    (j) il-volum tal-ħżin, V, f’litri, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

    barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ M, L, XL, XXL, 3XL u 4XL:

    (k) l-ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C, V40, f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

    barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari:

    (l) l-erja ta’ apertura tal-kollettur, Asol , f’metri kwadri, imqarrba għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    (m) l-effiċjenza bl-ebda telf, η0 , imqarrba għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

    (n) il-koeffiċjent tal-ewwel ordni, a1 , f’W/(m2 K), imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    (o) il-koeffiċjent tat-tieni ordni, a2 , f’W/(m2 K2), imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

    (p) il-modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza, IAM, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    (q) il-konsum tal-enerġija tal-pompa, solpump, f’W, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    (r) il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija, solstandby, f’W, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

    (s) il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA , fuq barra, f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

    7.

    PARAMETRI TEKNIĊI GĦAT-TANKIJIET TAL-MISĦUN

    Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti għat-tankijiet tal-misħun:

    (a) il-volum tal-ħżin, V, f’litri, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

    (b) it-telf kostanti, S, f’W, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.




    ANNESS IV

    Il-kalkoli

    1.

    Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi xierqa tal-kalkolu oħrajn, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kalkoli u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 5.

    Il-parametri tekniċi li jintużaw għall-kalkoli għandhom jitkejlu skont l-Anness III.

    2.

    PARAMETRI TEKNIĊI GĦALL-ĦITERS TAL-ILMA

    Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu kkalkulati għall-ħiters tal-ilma f’kundizzjonijiet klimatiċi medji:

    (a) l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh , mogħtija bħala perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

    barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari f’kundizzjonijiet klimatiċi medji:

    (b) il-kontribut annwali ta’ tisħin li mhux solari, Qnonsol , f’kWh f’termini tal-enerġija primarja għall-elettriku u/jew f’kWh f’termini tal-GCV għall-fjuwils, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

    (c) l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ ġeneratur tas-sħana, ηwh,nonsol , mogħtija bħala perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

    (d) il-konsum annwali tal-elettriku awżiljarju, Qaux , f’kWh, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

    3.

    KALKOLU TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA TAT-TISĦIN TAL-ILMA, ηwh

    (a) Il-ħiters tal-ilma konvenzjonali u l-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana

    L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma hija kkalkulata kif ġej:

    image

    Għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana ilma-/salmura-ilma, għandu jitqies il-konsum tal-elettriku ta’ pompa waħda tal-ilma ta’ taħt l-art jew iktar.

    (b) Il-ħiters tal-ilma solari

    L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma hija kkalkulata kif ġej:

    image

    fejn:

    image

    4.

    STABBILIMENT TAL-FATTUR TAR-REGOLATUR INTELLIĠENTI, SCF, U TAL-KONFORMITÀ TAR-REGOLATUR INTELLIĠENTI, smart

    (a) Il-fattur tar-regolatur intelliġenti huwa kkalkulat kif ġej:

    image

    (b) Jekk il-fattur tar-regolatur intelliġenti, SCF, ikun ta’ 0,07 jew iktar, il-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart, għandu jkun ta’ 1. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart, għandu jkun ta’ 0.

    5.

    STABBILIMENT TAT-TERMINU TA’ KORREZZJONI AMBJENTALI, Qcor

    It-terminu ta’ korrezzjoni ambjentali huwa kkalkulat kif ġej:

    (a) għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaħdmu bl-elettriku:

    image

    (b) għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaħdmu bil-fjuwil:

    image

    (c) għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

    image

    fejn:

    il-valuri għal “k” huma mogħtija fit-Tabella 6 għal kull profil tat-tagħbija.



    Tabella 6

    Valuri ta’ “k”

     

    3XS

    XXS

    XS

    S

    M

    L

    XL

    XXL

    3XL

    4XL

    k

    0,23

    0,23

    0,23

    0,23

    0,23

    0,23

    0,23

    0,0

    0,0

    0,0

    ▼M1




    ANNESS V

    Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

    It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

    Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

    (1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

    (2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

    (a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

    (b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

    (c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 7.

    (3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' ħiter tal-ilma jew tank tal-misħun ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (4) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

    (5) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 7.

    (6) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punti 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' ħiter tal-ilma jew tank tal-misħun ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (7) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III u fl-Anness IV.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 7 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



    Tabella 7

    It-tolleranzi tal-verifika

    Parametri

    It-tolleranzi tal-verifika

    Il-konsum ta' kuljum tal-elettriku, Qelec

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, LWA , ġewwa u/jew barra

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 2 dB.

    Il-konsum ta' kuljum tal-fjuwil, Qfuel

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 20 %.

    Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week,smart

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week,smart

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr ebda regolatur intelliġenti, Qfuel,week

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr ebda regolatur intelliġenti, Qelec,week

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    Il-volum tal-ħżin, V

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 2 %.

    L-ilma mħallat b'temperatura ta' 40 °C, V40

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 %.

    L-erja ta' apertura tal-kollettur, Asol

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 2 %.

    Il-konsum tal-enerġija tal-pompa, solpump

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 3 %.

    Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby, solstandby

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    It-telf kostanti, S

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    ▼B




    ANNESS VI

    Il-valuri indikattivi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 6

    Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, mal-livell ta’ qawwa tal-ħoss, mat-telf kostanti u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej:

    1. VALURI TA’ REFERENZA GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA TAT-TISĦIN TAL-ILMA TAL-ĦITERS TAL-ILMA:



    Profil tat-tagħbija ddikjarat

    3XS

    XXS

    XS

    S

    M

    L

    XL

    XXL

    3XL

    4XL

    Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

    35 %

    35 %

    38 %

    38 %

    75 %

    110 %

    115 %

    120 %

    130 %

    130 %

    2. VALURI TA’ REFERENZA GĦAL-LIVELL TA’ QAWWA TAL-ĦOSS (LWA ), FUQ BARRA, TAL-ĦITERS TAL-ILMA B’POMPA TAS-SĦANA LI JKOLLHOM:

    (a) potenza termika nominali ta’ 6 kW jew inqas: 39 dB;

    (b) potenza termika nominali ta’ iktar minn 6 kW u ta’ 12-il kW jew inqas: 40 dB;

    (c) potenza termika nominali ta’ iktar minn 12-il kW u ta’ 30 kW jew inqas: 41 dB;

    (d) potenza termika nominali ta’ iktar minn 30 kW u ta’ 70 kW jew inqas: 67 dB.

    3. VALUR TA’ REFERENZA GĦAT-TELF KOSTANTI TAT-TANKIJIET TAL-MISĦUN LI JKOLLHOM VOLUM TAL-ĦŻIN, V, MOGĦTI F’LITRI:

    image

    4. VALUR TA’ REFERENZA GĦALL-EMISSJONIJIET TAL-OSSIDI TAN-NITROĠENU TAL-ĦITERS TAL-ILMA KONVENZJONALI LI JAĦDMU BIL-FJUWILS GASSUŻI, MOGĦTI BĦALA AMMONT TA’ DIJOSSIDU TAN-NITROĠENU:

    kontribut tal-fjuwil ta’ 35 mg/kWh f’termini tal-GCV.

    Il-valuri ta’ referenza speċifikati fil-punti 1, 2 u 4 mhux bil-fors ifissru li ħiter tal-ilma partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta’ dawn il-valuri.



    ( 1 ) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

    ( 2 ) Ara paġna 136 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    ( 3 ) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.

    Top