Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024CN0181

    Kawża C-181/24, Genmab: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Marzu 2024 – Genmab A/S

    ĠU C, C/2024/3059, 13.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3059/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3059/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/3059

    13.5.2024

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Marzu 2024 – Genmab A/S

    (Kawża C-181/24, Genmab)

    (C/2024/3059)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Fővárosi Törvényszék

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Genmab A/S

    Parti oħra fil-proċedura: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 3(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq preċedenti għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq imsemmija fit-talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari u li tkun tirreferi għall-istess prodott għandha titqies bħala l-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, inkluż meta din l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq preċedenti tkun ġiet irtirata qabel it-tressiq tat-talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat?


    (1)   ĠU 2009. L 152, p. 1.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3059/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top