Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0247

    Kawża C-247/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Alketa Xhymshiti vs Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach (Ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72 kif ukoll (KE) Nru 859/2003 — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Benefiċċji tal-familja — Ċittadin ta’ Stat terz li jaħdem l-Isvizzera u li jirresjedi flimkien mat-tfal tiegħu fi Stat Membru li tiegħu t-tfal għandhom iċ-ċittadinanza)

    ĠU C 13, 15.1.2011, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 13/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Alketa Xhymshiti vs Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach

    (Kawża C-247/09) (1)

    (Ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72 kif ukoll (KE) Nru 859/2003 - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Benefiċċji tal-familja - Ċittadin ta’ Stat terz li jaħdem l-Isvizzera u li jirresjedi flimkien mat-tfal tiegħu fi Stat Membru li tiegħu t-tfal għandhom iċ-ċittadinanza)

    2011/C 13/18

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Baden-Württemberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Alketa Xhymshiti

    Konvenuta: Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Baden-Württemberg — Interpretazzjoni, minn naħa, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003, tal-14 ta’ Mejju 2003, li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 317) u, min-naħa l-oħra, tal-Artikoli 2, 13 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) kif ukoll tal-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83) — Ċittadin ta’ Stat terz li jaħdem fil-Konfederazzjoni Svizzera u li jirresjedi flimkien ma’ martu u uliedu fi Stat Membru li tiegħu uliedu għandhom iċ-ċittadinanza — Rifjut ta’ għoti tal-allowances tal-familja mill-Istat Membru ta’ residenza — Kompatibbiltà ta’ tali rifjut tal-allowances tal-familja mad-dispożizzjonijiet Komunitarji ċċitati iktar ’il fuq

    Dispożittiv

    (1)

    Fil-każ fejn ċittadin ta’ Stat terz jirresjedi legalment fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u jaħdem l-Isvizzera, dan iċ-ċittadin ma huwiex suġġett, fl-Istat Membru ta’ residenza, għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003, tal-14 ta’ Mejju 2003, li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 u r-Regolament Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom, peress li dan ir-Regolament Nru 859/2003 ma jinsabx indikat fost l-atti Komunitarji msemmija fis-Sezzjoni A tal-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, li l-partijiet għal dan il-ftehim jintrabtu li japplikaw. Konsegwentement, l-obbligu, għall-Istat Membru ta’ residenza, li japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, għal dan l-impjegat u l-konjuġi tiegħu ma jistax jiġi kkonstatat.

    (2)

    L-Artikoli 2, 13 u 76 tar-Regolament Nru 1408/71 kif ukoll l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72 ma humiex applikabbli għal ċittadina ta’ Stat terz fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, u dan sa fejn is-sitwazzjoni tagħha taqa’ taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza. Il-fatt biss li t-tfal ta’ din iċ-ċittadina huma ċittadini tal-Unjoni ma jistax jirrendi illegali r-rifjut li jingħataw allowances tal-familja fl-Istat Membru ta’ residenza meta, kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, il-kundizzjonijiet legali neċessarji għall-finijiet ta’ dan l-għoti ma humiex sodisfatti.


    (1)  ĠU C 233, 26.09.2009.


    Top