This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R2053
Regulation (EU) 2023/2053 of the European Parliament and of the Council of 13 September 2023 establishing a multiannual management plan for bluefin tuna in the eastern Atlantic and the Mediterranean, amending Regulations (EC) No 1936/2001, (EU) 2017/2107, and (EU) 2019/833 and repealing Regulation (EU) 2016/1627
Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627
Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627
PE/52/2023/INIT
ĠU L 238, 27.9.2023, p. 1–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/05/2024
27.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/1 |
REGOLAMENT (UE) 2023/2053 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Settembru 2023
li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Wieħed mill-objettivi tal-politika komuni tas-sajd (PKS) kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huwa li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jipprovdi l-benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (4), l-Unjoni approvat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim fuq l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni ta’ Ħażniet ta’ Ħut Li Jpassi F’Żona Limitata (straddling) u Ħażniet ta’ Ħt Li Jpassi Ħafna (highly migratory), li fihom il-prinċipji u r-regoli għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Fil-kuntest tal-obbligi internazzjonali aktar ġenerali tagħha, l-Unjoni tieħu sehem fl-isforzi li jsiru fl-ibħra internazzjonali għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut. |
(3) |
L-Unjoni hija Parti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (5) (“il-Konvenzjoni”). |
(4) |
Waqt il-21 laqgħa speċjali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (“l-ICCAT”), li ġiet stabbilita mill-Konvenzjoni, adottat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 li tistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (“il-Pjan ta’ Ġestjoni”). Il-Pjan ta’ Ġestjoni jsegwi l-parir tal-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika (“l-SCRS”) tal-ICCAT, li jiddikjara li jenħtieġ li l-ICCAT tistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-istokk fl-2018 minħabba li l-istat attwali tal-istokk ma jidhirx li għadu jeħtieġ il-miżuri ta’ emerġenza li kienu ddaħħlu fil-kuntest tal-pjan għall-irkupru tat-tonn, li kien ġie stabbilit bir-Rakkomandazzjoni 17-07 li temenda r-Rakkomandazzjoni 14-04, iżda mingħajr ma ddgħajjef il-miżuri eżistenti ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll. |
(5) |
Ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT tħassar ir-Rakkomandazzjoni 17-07 li ġiet implimentata fil-liġi tal-Unjoni bir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(6) |
Fis-26 laqgħa regolari tagħha fl-2019, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 19-04 li temenda l-pjan ta’ ġestjoni pluriennali stabbilit bir-Rakkomandazzjoni 18-02. Ir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT tħassar u tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 18-02. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jimplimenta r-Rakkomandazzjoni 19-04 fil-liġi tal-Unjoni. |
(7) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jimplimenta wkoll, kompletament jew parzjalment, meta dan ikun rilevanti r-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, 06-07 dwar it-trobbija tat-tonn, 18-10 dwar l-istandards minimi għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, 96-14 dwar il-konformità fis-sajd tat-tonn u fis-sajd tal-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku, 13-13 dwar l-istabbiliment ta’ Reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti li jkollhom tul totali ta’ 20 metru jew iktar li jkunu awtorizzati jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni u 16-15 dwar it-trasbord. |
(8) |
Il-pożizzjonijiet tal-Unjoni fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd ikunu ġestiti f’konformità mal-objettivi tal-PKS, b’mod partikulari mal-objettiv li jerġgħu jiżdiedu bil-mod il-mod il-popolazzjonijiet tal-istokkijiet tal-ħut u li dawn jinżammu f’livelli tal-bijomassa li jkunu ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (“l-MSY”) u mal-objettiv li jinħolqu l-kundizzjonijiet biex ikun hemm industrija tas-sajd li fiha l-qbid u l-ipproċessar tal-ħut ikunu ekonomikament vijabbli u kompetittivi u attività tas-sajd relatata li ssir fuq l-art li wkoll tkun ekonomikament vijabbli u kompetittiva. Skont ir-rapport maħruġ mis-SCRS f’Ottubru 2018, il-qabdiet tat-tonn b’rata ta’ mortalità mis-sajd ta’ F0.1 huma konformi mar-rata ta’ mortalità mis-sajd li hija konsistenti mal-kisba tal-MSY (Fmsy). Il-bijomassa tal-istokk titqies li hija f’livell li jiżgura l-MSY. Il-valur tal-bijomassa B0.1 ivarja bejn li jkun ’il fuq minn dak il-livell fil-każ ta’ livelli medji u baxxi ta’ reklutaġġ, għal li jkun taħt dak il-livell fil-każ ta’ livell għoli ta’ reklutaġġ. |
(9) |
Il-Pjan ta’ Ġestjoni jqis l-ispeċifiċitajiet tat-tipi ta’ rkaptu u ta’ tekniki tas-sajd differenti. Huma u jimplimentaw il-Pjan ta’ Ġestjoni, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jippromwovu l-attivitajiet tas-sajd ta’ mal-kosta u l-użu ta’ rkaptu u ta’ tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas, b’mod partikulari l-użu ta’ rkaptu u ta’ tekniki li jintużaw fis-sajd tradizzjonali u artiġjanali, biex b’hekk jikkontribwixxu għal livell ġust ta’ għajxien għall-ekonomiji lokali. |
(10) |
Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sajd artiġjanali u fuq skala żgħira. Minbarra d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT li jneħħu l-ostakli għall-parteċipazzjoni tal-bastimenti kostali fuq skala żgħira fis-sajd għat-tonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex jiżguraw tqassim ġust u trasparenti tal-opportunitajiet tas-sajd bejn il-flotot fuq skala żgħira, il-flotot artiġjanali u l-flotot akbar, b’mod konsistenti mal-obbligi tagħhom fl-ambitu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(11) |
Biex tkun żgurata l-konformità mal-PKS, ġew adottati att legali tal-Unjoni sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ infurzar li tinkludi l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU). B’mod partikulari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (7) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-kontroll, għall-ispezzjoni u għall-infurzar permezz ta’ approċċ globali u integrat sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli kollha tal-P KS. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (8) jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (9) jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU. Dawk ir-Regolamenti diġà fihom dispożizzjonijiet li jkopru għadd ta’ miżuri stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, bħal—liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, kif ukoll ċerti regoli dwar is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti. Għalhekk ma hemmx bżonn li dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet li jkopru dawk il-miżuri. |
(12) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi l-kunċett ta’ daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, jenħtieġ li l-kunċett tal-ICCAT ta’ daqs minimu jiddaħħal fil-liġi tal-Unjoni bħala d-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni. |
(13) |
Skont ir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, it-tonn li jkun inqabad u li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ser ikollu jiġi skartat.L-istess japplika għall-qabdiet tat-tonn li jaqbżu l-limiti tal-qabdiet aċċessorji stabbiliti fil-pjanijiet annwali tas-sajd. Għall-finijiet tal-konformità tal-Unjoni mal-obbligi internazzjonali tagħha fil-kuntest tal-ICCAT, l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 (10) jipprevedi derogi mill-obbligu ta’ ħatt l-art għat-tonn skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/98 jimplimenta ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 19-04 li jistabbilixxu l-obbligu li l-bastimenti li jkunu qabżu l-kwota allokata għalihom jew il-livell massimu ta’ qabdiet aċċessorji permessi tagħhom jiskartaw it-tonn. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Delega jinkludi l-bastimenti li jintużaw għas-sajd rikreattiv. Għalhekk ma hemmx bżonn li dan ir-Regolament ikopri t-tali obbligi tal-iskartar u tar-rilaxx u dan ir-Regolament ser ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/98. |
(14) |
Waqt il-laqgħa annwali tal-2018, il-l-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni rrikonoxxew il-ħtieġa li jsaħħu l-kontrolli ta’ ċerti attivitajiet marbutin mat-tonn. Għal dan il-għan, waqt dik il-laqgħa intlaħaq qbil li jenħtieġ li l-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni li huma responsabbli għall-farms tal-ħut jiżguraw it-traċċabbiltà sħiħa tal-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ u li jenħtieġ li dawn iwettqu kontrolli għall-għarrieda bbażati fuq analiżi tar-riskju. |
(15) |
Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jipprevedi dokument elettroniku dwar il-qabdiet tat-tonn (“eBCD”), li jimplimenta r-Rakkomandazzjoni 09-11 tal-ICCAT li temenda r-Rakkomandazzjoni 08-12. Ir-Rakkomandazzjonijiet 17-09 u 11-20 tal-ICCAT dwar l-applikazzjoni tal-eBCD tħassru bir-Rakkomandazzjonijiet 18-12 u 18-13 tal-ICCAT. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 issa m’għadux jgħodd u l-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament ġdid li jimplimenta r-regoli l-aktar reċenti tal-ICCAT dwar l-eBCD. B’hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jirreferix għar-Regolament (UE) Nru 640/2010 iżda jirreferi, b’mod iktar ġenerali, għall-programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid irrakkomandat mill-ICCAT. |
(16) |
Minħabba li ċerti rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT ta’ spiss jiġu emendati mill-Partijiet Kontraenti tal-ICCAT u x’aktarx jiġu emendati aktar fil-ġejjieni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) b’rabta mal-aspetti li ġejjin, sabiex ir-rakkomandazzjonijiet futuri tal-ICCAT li jemendaw jew li jissupplimentaw il-Pjan ta’ Ġestjoni jiddaħħlu malajr fil-liġi tal-Unjoni: skadenzi għar-rappurtar tal-informazzjoni, perjodi taż-żmien għall-istaġuni tas-sajd; derogi mill-projbizzjoni fuq ir-riport tal-kwoti mhux użati; id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni; il-perċentwali u l-parametri, l-informazzjoni li trid tintbagħat lill-Kummissjoni; il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali u tal-osservaturi reġjonali, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għat-trasferiment tal-ħut; ir-raġunijiet għas-sekwestru tal-qabdiet u għall-ordni tar-rilaxx tal-ħut. Barra minn hekk, kull sena, il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fil-laqgħat tal-ICCAT, taqbel ma’ għadd ta’ rakkomandazzjonijiet purament tekniċi tal-ICCAT, b’mod partikulari dwar il-limiti fuq il-kapaċità, ir-rekwiżiti tal-ġurnal ta’ abbord, il-formoli tar-rapport tal-qabdiet, it-trasbord u id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment tal-ICCAT (ITDs), l-informazzjoni minima għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, l-għadd minimu ta’ bastimenti tas-sajd b’rabta mal-iskema tal-ICCAT ta’ Spezzjoni Internazzjonali Konġunta; l-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema ta’ spezzjoni u ta’ osservazzjoni, l-istandards għar-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera, il-protokolli tar-rilaxx, l-istandards għat-trattament tal-ħut mejjet, id-dikjarazzjonijiet dwar it-tqegħid fil-gaġeġ jew l-istandards għas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti, li jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni permezz tal-Annessi I-XV ta’ dan ir-Regolament. Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li għalhekk tiġi ddelegata lill-Kummissjoni wkoll fir-rigward tal-emendar jew is-supplimentar tal-Annessi I–XV ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT emendati jew supplimentati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(17) |
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jirregolaw is-sajd tat-tonn, jiġifieri, attivitajiet marbutin mal-qbid, mat-trasferiment, mat-trasport, mat-tqegħid fil-gaġeġ, mat-trobbija, mal-qtil u mar-riporti, huma dinamiċi ħafna. Hemm żviluppi ġodda kostanti fit-teknoloġiji għall-kontroll u għall-ġestjoni tas-sajd, bħall-kameras sterjoskopiċi u metodi alternattivi, li għandhom jiġu applikati b’mod uniformi mill-Istati Membri. Bl-istess mod, iridu jiġu żviluppati wkoll proċeduri operattivi sabiex jgħinu lill-Istati Membri jikkonformaw mar-regoli tal-ICCAT implimentati fil-liġi tal-Unjoni permezz ta’ dan ir-Regolament, meta jkun hemm bżonn. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni b’rabta mar-regoli ddettaljati għar-riporti tat-tonn ħaj, għall-attivitajiet tat-trasferiment u għall-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
(18) |
L-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni previsti f’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jista’ jkun hemm fil-ġejjieni fil-liġi tal-Unjoni permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. |
(19) |
Billi dan ir-Regolament ser jipprovdi Pjan ta’ ġestjoni ġdid u komprensiv għat-tonn, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar it-tonn stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2017/2107 (14) u (UE) 2019/833 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jitħassru. F’dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2017/2107, il-parti li tikkorrispondi għall-pixxispad tal-Mediterran iddaħħlet fir-Regolament (UE) 2019/1154 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Jenħtieġ ukoll li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 (17) jitħassru. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 jenħtieġ li għalhekk jiġu emendati kif mistħoqq. |
(20) |
Ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT ħassret ir-Rakkomandazzjoni 17-07 minħabba li l-istat tal-istokk ma kienx għadu jeħtieġ il-miżuri ta’ emerġenza previsti fil-pjan għall-irkupru tat-tonn li kien ġie stabbilit b’dik ir-Rakkomandazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 li implimenta dak il-pjan għall-irkupru, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ġenerali għall-implimentazzjoni uniformi u effettiva mill-Unjoni tal-pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn (Thunnus thynnus) fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, kif adottat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (“l-ICCAT”).
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika:
(a) |
għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għall-bastimenti tal-Unjoni li jintużaw għas-sajd rikreattiv:
|
(b) |
għall-farms tal-ħut tal-Unjoni; |
(c) |
għall-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u għall-bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jintużaw għas-sajd rikreattiv li jistadu fl-ibħra tal-Unjoni u li jaqbdu t-tonn fiż-Żona tal-Konvenzjoni; |
(d) |
għall-bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jiġu spezzjonati fil-portijiet tal-Istati Membri u li jkollhom abbord tonn maqbud fiż-Żona tal-Konvenzjoni jew prodotti tas-sajd li joriġinaw mit-tonn maqbud fl-ibħra tal-Unjoni li ma jkunux inħattu l-art jew ġew ittrażbordati fil-portijiet qabel. |
Artikolu 3
Objettiv
L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi implimentat il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn, kif adottat mill-ICCAT, li għandu l-għan li jżomm bijomassa tat-tonn f’livell li jkun ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY.
Artikolu 4
Relazzjoni ma’ attioħrajn tal-Unjoni
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għal atti oħrajn tal-Unjoni li jirregolaw is-settur tas-sajd, b’mod partikulari:
(1) |
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009; |
(2) |
ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008; |
(3) |
ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18); |
(4) |
ir-Regolament (UE) 2017/2107; |
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). |
Artikolu 5
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“ICCAT” tfisser il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku; |
(2) |
“il-Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku; |
(3) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment bil-mutur użat għall-finijiet tal-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn, inklużi l-bastimenti tal-qbid, il-bastimenti tal-ipproċessar tal-ħut, il-bastimenti ta’ appoġġ, il-bastimenti tal-irmunkar, il-bastimenti involuti fit-trażbord u l-bastimenti tat-trasport mgħammra b’tagħmir biex jittrasportaw il-prodotti tat-tonn u l-bastimenti awżiljarji, minbarra l-bastimenti għat-trasport tal-kontejners; |
(4) |
“tonn ħaj” tfisser tonn li jinżamm ħaj għal ċertu perjodu f’tunnara, jew li jiġi ttrasferit ħaj lejn installazzjoni tat-trobbija; |
(5) |
“SCRS” tfisser il-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT; |
(6) |
“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; |
(7) |
“sajd sportiv” tfisser sajd mhux kummerċjali li min jipprattikah ikun jifforma parti minn organizzazzjoni sportiva nazzjonali jew ikun ingħata liċenzja sportiva nazzjonali; |
(8) |
“bastiment tal-irmunkar” tfisser kwalunkwe bastiment li jintuża biex jirmonka l-gaġeġ; |
(9) |
“bastiment tal-ipproċessar” tfisser bastiment li fuqu l-prodotti tas-sajd issirilhom waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin jew aktar qabel ma jiġu ppakkjati; fletti jew tqattigħ, iffriżar u/jew ipproċessar; |
(10) |
“bastiment awżiljarju” tfisser kwalunkwe bastiment li jintuża għat-trasport tat-tonn mejjet (mhux ipproċessat) minn ġo gaġġa tat-trasport jew tat-trobbija tal-ħut, minn ġo tartarun tal-borża jew minn ġo tunnara għal port magħżul u/jew għal bastiment tal-ipproċessar; |
(11) |
“tunnara” tfisser tagħmir fiss immażżrat mal-qiegħ, li s-soltu jkollu xibka li twassal it-tonn għal ġo magħlaq jew għal ġo sensiela ta’ kompartimenti magħluqin fejn jinżamm qabel jinqatel jew jitrabba; |
(12) |
“tartarun tal-borża” tfisser kwalunkwe xibka tat-tidwir li l-parti ta’ taħt tagħha tingħaqad permezz ta’ vajjina li tkun fil-qiegħ nett tax-xibka, li tgħaddi minn sensiela ta’ ħoloq imqabbda mal-ħabel ta’ taħt, li tippermetti x-xibka tinġieb lura u tingħalaq; |
(13) |
“tqegħid fil-gaġeġ” tfisser ir-rilokazzjoni tat-tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport jew mit-tunnara għal ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut jew il-gaġeġ għat-tismin tal-ħut; |
(14) |
“bastiment tal-qbid” tfisser bastiment li jintuża għall-finijiet tal-qbid kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn; |
(15) |
“farm tal-ħut” tfisser żona tal-baħar iddefinita b’mod ċar mill-koordinati ġeografiċi li tintuża għat-tismin jew għat-trobbija tat-tonn maqbud bit-tunnari u/jew bil-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża; farm tal-ħut jista’ jkollu diversi postijiet ta’ trobbija tal-ħut, kollha kemm huma ddefiniti mill-koordinati ġeografiċi b’definizzjoni ċara tal-lonġitudni u tal-latitudni ta’ kull punt tal-poligonu; |
(16) |
“trobbija tal-ħut” jew “tismin” tfisser it-tqegħid tat-tonn fil-gaġeġ fil-farms tal-ħut u, l-għalf sussegwenti tagħhombil-għan li jismen u li tiżdied il-bijomassa totali tiegħu; |
(17) |
“qtil” tfisser il-qtil tat-tonn fil-farms tal-ħut jew fit-tunnari; |
(18) |
“kamera sterjoskopika” tfisser kamera b’żewġ lentijiet jew aktar, li jkollha sensur separat tal-immaġni jew qafas separat tal-films għal kull lenti, li tippermetti li jittieħdu immaġnijiet tridimensjonali biex jitkejjel it-tul tal-ħut u tgħin biex jiġu rfinati l-għadd u l-piż tat-tonn; |
(19) |
“bastiment kostali fuq skala żgħira” tfisser bastiment tal-qbid li jkollu tal-inqas tliet karatteristiċi mill-ħamsa li ġejjin:
|
(20) |
“attività konġunta tas-sajd” tfisser kwalunkwe attività li ssir bejn żewġ bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża jew aktar fejn il-qabda ta’ bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża partikulari tiġi allokata għal bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża wieħed jew aktar skont skema ta’ allokazzjoni miftiehma minn qabel; |
(21) |
“sajd attiv” tfisser, għal kwalunkwe bastiment tal-qbid, il-fatt li dan jintuża għas-sajd għat-tonn matul staġun tas-sajd partikulari; |
(22) |
“BCD” tfisser dokument dwar il-qabdiet tat-tonn; |
(23) |
“eBCD” tfisser dokument elettroniku dwar il-qabdiet tat-tonn; |
(24) |
“Żona tal-Konvenzjoni” tfisser iż-żona ġeografika ddefinita fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni; |
(25) |
“trażbord” tfisser il-ħatt tal-prodotti kollha tas-sajd li jkunu jinsabu abbord bastiment tas-sajd jew ta’ kwalunkwe prodott minnhom għal fuq bastiment ieħor tas-sajd; madankollu, il-ħatt tat-tonn mejjet mix-xibka ta’ bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, mit-tunnara jew minn fuq il-bastiment tal-irmunkar għal fuq bastiment awżiljarju ma għandux jitqies bħala trażbord; |
(26) |
“trasferiment ta’ kontroll” tfisser kwalunkwe trasferiment ieħor li jsir fuq talba tal-operaturi tas-sajd jew tal-operaturi tal-farms tal-ħut jew fuq talba tal-awtoritajiet ta’ kontroll sabiex jiġi vverifikat l-għadd ta’ ħut li jkun qed jiġi ttrasferit; |
(27) |
“kamera ta’ kontroll” tfisser kamera sterjoskopika u/jew vidjokamera normali użata biex jitwettqu l-kontrolli previsti f’dan ir-Regolament; |
(28) |
“PKK” tfisser Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni jew parti, entità jew entità tas-sajd mhux kontraenti tagħha li tikkoopera magħha; |
(29) |
“bastiment kbir tas-sajd bil-konz tal-wiċċ” tfisser bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkollu tul totali ta’ iktar minn 24 metru; |
(30) |
“trasferiment” tfisser kwalunkwe trasferiment:
|
(31) |
“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li tkun qed twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet marbutin ma’ kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tal-kummerċjalizzazzjoni, tad-distribuzzjoni jew tal-ktajjen tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; |
(32) |
“grupp ta’ rkaptu” tfisser grupp ta’ bastimenti tas-sajd li jużaw l-istess irkaptu li għalihom ġiet allokata kwota tal-grupp; |
(33) |
“sforz tas-sajd” tfisser il-prodott tal-kapaċità u l-attività ta’ bastiment tas-sajd; għal grupp ta’ bastimenti tas-sajd tfisser it-total tal-isforz tas-sajd tal-bastimenti kollha fil-grupp; |
(34) |
“Stat Membru responsabbli” tfisser l-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu jkunu jinsabu l-farm tal-ħut jew it-tunnara rilevanti. |
KAPITOLU II
Miżuri ta’ Ġestjoni
Artikolu 6
Kundizzjonijiet relatati mal-miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tal-qbid u tat-tunnari tiegħu jkun proporzjonat mal-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn li huwa jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-miżuri adottati mill-Istati Membri għandhom jinkludu l-istabbiliment ta’ kwoti individwali għall-bastimenti tal-qbid tagħhom li jkollhom tul totali ta’ iktar minn 24-il metru li jkunu inklużi fil-lista tal-bastimenti awtorizzati msemmija fl-Artikolu 26.
2. KullIstat Membru għandu jitlob lill-bastimenti tal-qbid jipproċedu minnufih lejn port magħżul minnhom meta jitqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota individwali tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
3. L-attivitajiet tal-kiri ma għandhomx ikunu permessi fis-sajd għat-tonn.
Artikolu 7
Riporti tat-tonn ħaj mhux maqtul
1. Ir-riport tat-tonn ħaj mhux maqtul minn qabdiet ta’ snin ta’ qabel fi ħdan farm tat-tonn jista’ jkun permess biss jekk l-Istat Membru jiżviluppa sistema msaħħa ta’ kontroll u jirrapporta dan lill-Kummissjoni. Dik is-sistema għandha tifforma parti integrali mill-pjan ta’ spezzjoni annwali tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14 u għandha tinkludi tal-inqas il-miżuri stabbiliti skont l-Artikolu 53 u fl-Artikolu 61.
2. Jekk ikun permess riport f’konformità mal-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-punti li ġejjin:
(a) |
sal-25 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jimlew u jippreżentaw lill-Kummissjoni dikjarazzjoni ta’ riport annwali li għandha tinkludi:
|
(b) |
il-kwantitajiet riportati skont il-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu f’gaġeġ separati jew serje ta’ gaġeġ separati fil-farm tal-ħut skont is-sena tal-qbid. |
3. Qabel ma jibda staġun tas-sajd, l-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li ssir valutazzjoni bir-reqqa ta’ kwalunkwe tonn ħaj li jkun ġie riportat wara l-qtil bl-ingrossa fil-farms tal-ħut li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom. Għal dak il-għan, it-tonn ħaj kollu li jkun ġie riportat mis-sena tal-qbid li fiha sar qtil bl-ingrossa fil-farms tal-ħut għandu jiġi ttrasferit lejn gaġeġ oħrajn bl-użu ta’ sistemi ta’ kameras sterjoskopiċi jew ta’ metodi alternattivi, sakemm dawn ikunu jiżguraw l-istess livell ta’ preċiżjoni u ta’ akkuratezza, skont l-Artikolu 51. Għandha tiġi żgurata f’kull ħin it-traċċabbiltà ddokumentata bis-sħiħ. Ir-riport tat-tonn mis-snin li fihom ma jkunx sar qtil bl-ingrossa għandu jiġi kkontrollat kull sena billi tiġi applikata l-istess proċedura għall-kampjuni xierqa abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.
4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli ddettaljati għall-iżvilupp ta’ sistema msaħħa ta’ kontroll għar-riport tat-tonn ħaj. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68.
Artikolu 8
Riport tal-kwoti mhux użati
Ir-riport tal-kwoti mhux użati m’għandux ikun permess.
Artikolu 9
Trasferimenti tal-kwoti
1. It-Trasferiment tal-kwoti bejn l-Unjoni u l-PKK l-oħrajn għandu jsir biss jekk l-Istati Membri u/jew il-PKK ikkonċernati jkunu awtorizzaw dan minn qabel. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT 48 siegħa qabel kwalunkwe tali trasferiment tal-kwoti.
2. Għandu jkun permess it-trasferiment tal-kwoti fi ħdan il-gruppi tal-irkaptu, il-kwoti għall-qabdiet aċċessorji u l-kwoti tas-sajd individwali ta’ kull Stat Membru, dejjem jekk l-Istati Membri kkonċernati jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-quddiem bit-tali trasferimenti, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT qabel mat-trasferiment jidħol fis-seħħ.
Artikolu 10
Tnaqqis tal-kwoti fil-każ ta’ sajd eċċessiv
Jekkl-Istati Membri jistadu b’mod eċċessiv il-kwoti allokati lilhom u s-sitwazzjoni ma tkunx tista’ titranġa permezz tal-iskambji tal-kwoti skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 11
Pjanijiet annwali tas-sajd
1. Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali tas-sajd. Dak il-pjan għandu jinkludi, tal-inqas, l-informazzjoni li ġejja għall-bastimenti tal-qbid u t-tunnari:
(a) |
il-kwoti allokati għal kull grupp ta’ rkaptu, inklużi l-kwoti għall-qabdiet aċċessorji; |
(b) |
meta dan ikun applikabbli, il-metodu użat għall-allokazzjoni u għall-ġestjoni tal-kwoti; |
(c) |
il-miżuri li jiżguraw li jitħarsu l-kwoti individwali; |
(d) |
l-istaġuni tas-sajd miftuħin għal kull kategorija ta’ rkaptu; |
(e) |
informazzjoni dwar il-portijiet magħżulin; |
(f) |
ir-regoli dwar il-qabdiet aċċessorji; kif ukoll |
(g) |
l-għadd ta’ bastimenti tal-qbid li jkollhom tul totali ta’ iktar minn 24 metru, minbarra l-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ, u ta’ bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. |
2. L-Istati Membri li għandhom bastimenti kostali fuq skala żgħira li jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn għandhom jallokaw kwota settorjali speċifika għal dawk il-bastimenti u għandhom jinkludu t-tali allokazzjoni fil-pjanijiet tas-sajd tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll miżuri addizzjonali biex jimmonitorjaw mill-qrib il-konsum tal-kwoti minn dik il-flotta fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ spezzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għadd differenti ta’ bastimenti biex jużaw bis-sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom, bl-użu tal-parametri msemmijin fil-paragrafu 1.
3. Il-Portugall u Spanja jistgħu jallokaw kwoti settorjali għad-dgħajjes tas-sajd bil-lixka li jistadu fl-ibħra tal-Unjoni tal-arċipelagi tal-Azores, ta’ Madeira u tal-Gżejjer Kanarji. Dawk il-kwoti settorjali għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom u miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ tal-konsum ta’ dawk il-kwoti għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar fil-pjanijiet annwali ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ spezzjoni tagħhom.
4. Meta l-Istati Membri jallokaw il-kwoti settorjali skont il-paragrafu 2 jew 3, ma għandux japplika r-rekwiżit tal-kwota minima ta’ ħames tunnellati stabbilit fl-att applikabbli tal-Unjoni għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.
5. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta kwalunkwe emenda fil-pjan annwali tas-sajd lill-Kummissjoni tal-inqas tlett ijiem tax-xogħol qabel ma tibda l-attività tas-sajd li magħha jkollha x’taqsam l-emenda. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-emenda lis-Segretarjat tal-ICCAT tal-inqas jum tax-xogħol qabel tibda l-attività tas-sajd li magħha jkollha x’taqsam l-emenda.
Artikolu 12
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta’ natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b’mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta, filwaqt li jqisu b’mod speċjali s-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u jipprovdu inċentivi lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b’impatt ambjentali mnaqqas.
Artikolu 13
Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd
Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd. F’dak il-pjan, l-Istat Membru għandu jaġġusta l-għadd ta’ bastimenti tal-qbid u tunnari b’tali mod li jiżgura li l-kapaċità tas-sajd tkun tikkorrispondi mal-opportunitajiet tas-sajd allokati għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari għall-perjodu rilevanti tal-kwota. L-Istat Membru għandu jaġġusta l-kapaċità tas-sajd bl-użu tal-parametri ddefiniti fl-att applikabbli tal-Unjoni għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. L-aġġustament tal-kapaċità tas-sajd tal-Unjoni għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandu jkun limitat għal varjazzjoni massima ta’ 20 % meta mqabbla mal-kapaċità tas-sajd tal-linja bażi tal-2018.
Artikolu 14
Pjanijiet annwali ta’ spezzjoni
Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali ta’ spezzjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jibgħat il-pjan rispettiv tiegħu lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-pjan tiegħu skont:
(a) |
l-objettivi, il-prijoritajiet u l-proċeduri kif ukoll il-parametri referenzjarji għall-attivitajiet ta’ spezzjoni stabbiliti fil-programm ta’ kontroll u spezzjoni speċifiku għat-tonn stabbilit skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
(b) |
il-programm ta’ azzjoni nazzjonali għall-kontroll għat-tonn stabbilit skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 15
Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut
1. Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut.
2. Fil-pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kapaċità totali tal-ħut maqbud u l-kapaċità totali tat-trobbija tal-ħut ikunu jikkorrispondu għall-ammont stmat ta’ tonn disponibbli għat-trobbija.
3. L-Istati Membri għandhom jillimitaw il-kapaċità tagħhom ta’ trobbija tat-tonn għall-kapaċità totali ta’ trobbija rreġistrata fir-“rekord ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” tal-ICCAT jew awtorizzata u ddikjarata lill-ICCAT fl-2018.
4. L-ammont massimu ta’ tonn salvaġġ maqbud li jista’ jiddaħħal fil-farms tal-ħut ta’ Stat Membru għandu jkun limitat għal-livell tal-kwantitajiet imdaħħlin irreġistrati mal-ICCAT fir-“rekord ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” mill-farms tal-ħut ta’ dak l-Istat Membru fl-2005, fl-2006, fl-2007 jew fl-2008.
5. Jekk Stat Membru jkun jeħtieġ iżid l-ammont massimu ta’ tonn salvaġġ maqbud f’farm tat-tonn wieħed jew f’iktar farms tat-tonn tiegħu, dik iż-żieda għandha tkun tikkorrispondi għall-opportunitajiet tas-sajd allokati lil dak l-Istat Membru, u għal kwalunkwe importazzjoni tat-tonn ħaj minn xi Stat Membru ieħor jew minn xi Parti Kontraenti oħra.
6. L-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li x-xjentisti li l-SCRS iqabbad biex jagħmlu provi biex jiġu identifikati r-rati ta’ tkabbir waqt il-perjodu tat-tismin ikollhom aċċess għall-farms tal-ħut u jingħataw l-assistenza li jkollhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.
7. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena, pjanijiet riveduti ta’ ġestjoni tat-trobbija.
Artikolu 16
Trażmissjoni tal-pjanijiet annwali
1. Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jibgħat il-pjanijiet li ġejjin lill-Kummissjoni:
(a) |
il-pjan annwali tas-sajd għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari li jintużaw għas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, stabbilit skont l-Artikolu 11; |
(b) |
il-pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd stabbilit skont l-Artikolu 13; |
(c) |
il-pjan annwali ta’ spezzjoni stabbilit skont l-Artikolu 14; kif ukoll |
(d) |
il-pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut stabbilit skont l-Artikolu 15. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiġbor flimkien il-pjanijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u tużahom biex tistabbilixxi pjan annwali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjan annwali tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena biex l-ICCAT tkun tista’ tiddiskutih u tapprovah.
3. Fil-każ li Stat Membru jonqos milli jippreżenta pjan imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sal-iskadenza stabbilita f’dak il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tibgħat il-pjan tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr il-pjanijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tieħu kont ta’ wieħed mill-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 imressqa wara l-iskadenza stabbilita f’dak il-paragrafu, iżda qabel l-iskadenza prevista fil-paragrafu 2. Jekk pjan imressaq minn Stat Membru ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-pjanijiet annwali tas-sajd, tal-kapaċità, tal-ispezzjoni u tat-trobbija tal-ħut jew ikun fih difett serju li jista’ jwassal biex il-pjan annwali tal-Unjoni ma jiġix approvat mill-Kummissjoni tal-ICCAT, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tibgħat il-pjan annwali tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr il-pjanijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat mill-aktar fis possibbli u għandha tagħmel ħilitha biex tinkludi kwalunkwe pjan rivedut imressaq minn dak l-Istat Membru fil-pjan annwali tal-Unjoni jew f’emendi għall-pjan annwali tal-Unjoni, sakemm dawk il-pjanijiet riveduti jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-pjanijiet annwali tas-sajd, tal-kapaċità, tal-ispezzjoni u tat-trobbija tal-ħut.
KAPITOLU III
Miżuri Tekniċi
Artikolu 17
Staġuni tas-sajd
1. Is-sajd għat-tonn bit-tartaruni tal-borża għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu mis-26 ta’ Mejju sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 11, Ċipru u l-Greċja jistgħu jitolbu li l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li jtajru l-bandiera tagħhom jitħallew jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Mediterran (fiż-żoni tas-sajd 37.3.1 u 37.3.2 tal-FAO) mill-15 ta’ Mejju sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.
3. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-pjan annwali tas-sajd tagħha msemmi fl-Artikolu 11, il-Kroazja tista’ titlob li l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li jtajru l-bandiera tagħha jitħallew jistadu għat-tonn għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut fil-Baħar Adrijatiku (fiż-żona tas-sajd 37.2.1 tal-FAO) mis-26 ta’ Mejju sal-15 ta’ Lulju ta’ kull sena.
4. B’deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jipprovdi evidenza lill-Kummissjoni li, minħabba kundizzjoni tat-temp, xi wħud mill-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tiegħu li jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ma setgħux jużaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom matul sena partikulari, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li, għall-bastimenti tas-sajd individwali bit-tartaruni tal-borża affettwati minn dik is-sitwazzjoni, l-istaġun tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi estiż b’għadd ekwivalenti ta’ jiem mitlufa sa’ għaxart ijiem. In-nuqqas ta’ attività tal-bastimenti kkonċernati u, fil-każ ta’ attività konġunta tas-sajd tal-bastimenti kollha involuti, għandu jkun iġġustifikat kif xieraq permezz tar-rapporti tat-temp u tal-pożizzjonijiet tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS).
5. Is-sajd għat-tonn għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran minn bastimenti kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju.
6. Fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istaġuni tas-sajd għall-flotot tagħhom, minbarra l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u l-bastimenti l-kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.
Artikolu 18
Obbligu ta’ ħatt l-art
‘Dan il-Kapitolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inkluża kwalunkwe deroga applikabbli għalih.
Artikolu 19
Daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni
1. Għandu jkun ipprojbit li jinqabad, jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasferit, jinħatt l-art, jiġi ttrasportat, jinħażen, jinbiegħ, jintwera jew jiġi offrut għall-bejgħ tonn li jkun jiżen inqas minn 30 kg jew li jkollu tul sal-qasma tad-denb ta’ inqas minn 115-il cm, inkluż dak li jkun inqabad bħala qabda aċċessorja jew waqt is-sajd rikreattiv.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għat-tonn ta’ 8 kg jew ta’ 75 cm ta’ tul sal-qasma tad-denb fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
fil-każ tat-tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku mid-dgħajjes tas-sajd bil-lixka u mid-dgħajjes tas-sajd bir-rixa; |
(b) |
fil-każ tat-tonn maqbud fil-Mediterran permezz tas-sajd għall-ħut frisk mill-flotta kostali fuq skala żgħira b’dgħajjes tas-sajd bil-lixka, b’bastimenti tas-sajd bil-konz u b’bastimenti tas-sajd bix-xolfa tal-idejn; kif ukoll |
(c) |
fil-każ tat-tonn maqbud fil-Baħar Adrijatiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Kroazja għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut. |
3. Il-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti fl-Anness I.
4. L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastimenti li jkunu qed jistadu skont id-derogi msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 tal-Anness I. Il-bastimenti kkonċernati għandhom jiġu indikati fil-lista tal-bastimenti tal-qbid imsemmija fl-Artikolu 26.
5. Il-ħut li jkun iżgħar mid-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni stabbiliti f’dan l-Artikolu li jiġi skartat mejjet għandu jingħadd mal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 20
Qabdiet inċidentali ta’ ħut li jkun taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni
1. B’deroga mill-Artikolu 19(1), il-bastimenti tal-qbid u t-tunnari kollha li jistadu b’mod attiv għat-tonn għandhom jitħallew jaqbdu tonn li jkun jiżen bejn 8 kg u 30 kg jew, b’mod alternattiv, li jkollu tul sal-qasma tad-denb ta’ bejn 75 cm u 115-il cm li jkun jammonta għal ammont massimu ta’ 5 % skont l-għadd tal-qabdiet aċċessorji tagħhom.
2. Il-perċentwal ta’ 5 % msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-qabdiet kollha tat-tonn miżmuma abbord il-bastiment jew fit-tunnara, fi kwalunkwe ħin wara kull attività tas-sajd.
3. Il-qabdiet inċidentali għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara.
4. Il-qabdiet inċidentali tat-tonn li jkun taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-Artikoli 31, 33, 34 u 35.
Artikolu 21
Qabdiet aċċessorji
1. Kull Stat Membru għandu jipprevedi qabdiet aċċessorji tat-tonn fil-kwota tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan meta jippreżenta l-pjan tas-sajd tiegħu.
2. Il-livell tal-qabdiet aċċessorji awtorizzati, li ma għandux jaqbeż l-20 % tal-qabdiet totali abbord fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd, kif ukoll il-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati dawk il-qabdiet aċċessorji b’rabta mal-qabda totali abbord, għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar fil-pjan annwali tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 11. Il-perċentwal tal-qabdiet aċċessorji jista’ jiġi kkalkulat skont il-piż jew skont l-għadd ta’ individwi. Il-kalkolu skont l-għadd ta’ individwi għandu japplika biss għat-tonn u għall-ispeċijiet li jixbhuh ġestiti mill-ICCAT. Il-livell tal-qabdiet aċċessorji awtorizzati għall-flotta tal-bastimenti kostali fuq skala żgħira jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi annwali.
3. Il-qabdiet aċċessorji kollha tat-tonn mejjet li huma miżmuma abbord jew skartati għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera u jiġu rreġistrati u rrappurtati lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 31 u 32.
4. Għall-Istati Membri li ma għandhomx kwota għat-tonn, il-qabdiet aċċessorji kkonċernati għandhom jitnaqqsu mill-kwota speċifika tal-Unjoni għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn stabbilita skont l-Artikolu 43(3) TFUE u skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
5. Jekk il-kwota totali allokata lil Stat Membru tkun ġiet eżawrita, ma għandu jiġi permess il-qbid tal-ebda tonn minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura r-rilaxx tat-tonn li jkun inqabad bħala qabda aċċessorja. Jekk il-kwota speċifika tal-Unjoni għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn stabbilita skont l-Artikolu 43(3) TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tkun ġiet eżawrita, m’għandu jkun permess l-ebda qbid tat-tonn mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri li m’għandhomx kwota tat-tonn, u dawk l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rilaxx tat-tonn li jkun inqabad bħala qabda aċċessorja. F’dawk il-każijiet, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn mejjet għandhom ikunu pprojbiti u l-qabdiet kollha għandhom jiġu rreġistrati. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni dwar tali kwantitajiet tal-qabdiet aċċessorji ta’ tonn mejjet fuq bażi annwali lill-Kummissjoni li, min-naħa tagħha, għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.
6. Il-bastimenti li ma jkunux qed jistadu b’mod attiv għat-tonn għandhom jisseparaw b’mod ċar kwalunkwe kwantità ta’ tonn miżmuma abbord minn speċijiet oħrajn biex l-awtoritajiet ta’ kontroll ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformita’ ma’ dan l-Artikolu. Dawk il-qabdiet aċċessorji jistgħu jiġu kkummerċjalizzati jekk ikollhom magħhom l-eBCD.
Artikolu 22
Użu tat-trasport bl-ajru
Għandu jkun ipprojbit li jintuża kwalunkwe trasport bl-ajru, fosthom inġenji tal-ajru, ħelikopters jew kwalunkwe tip ta’ vettura tal-ajru oħra mingħajr bdot abbord, għat-tiftix tat-tonn.
KAPITOLU IV
Sajd rikreattiv
Artikolu 23
Kwota speċifika għas-sajd rikreattiv
1. Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jirregola s-sajd rikreattiv billi jalloka kwota speċifika għall-finijiet ta’ dak it-tip ta’ sajd. It-tonn mejjet li jista’ jkun hemm għandu jitqies fit-tali allokazzjoni, fosthom fil-kuntest tas-sajd ta’ qbid u rilaxx. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwota allokata għas-sajd rikreattiv meta jippreżentaw il-pjanijiet tas-sajd tagħhom.
2. Il-qabdiet tat-tonn mejjet għandhom jiġu rrappurtati u għandhom jingħaddu mal-kwota tal-Istat Membru.
Artikolu 24
Kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd rikreattiv
1. Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn allokata għas-sajd rikreattiv għandu jirregola s-sajd rikreattiv billi joħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti għall-finijiet tas-sajd rikreattiv. Fuq talba tal-ICCAT, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-lista ta’ bastimenti li jintużaw għas-sajd rikreattiv li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni tas-sajd biex jaqbdu t-tonn. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik il-lista lill-ICCAT. Il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull bastiment:
(a) |
l-isem tal-bastiment; |
(b) |
in-numru fir-reġistru; |
(c) |
in-numru fir-reġistru tal-ICCAT (jekk ikun hemm); |
(d) |
kwalunkwe isem ta’ qabel; kif ukoll |
(e) |
l-isem u l-indirizz tas-sid jew tas-sidien u tal-operatur jew tal-operaturi. |
2. Fil-kuntest tas-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta’ iktar minn tonna waħda għal kull bastiment kuljum.
3. Il-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn maqbud waqt is-sajd rikreattiv għandha tkun ipprojbita.
4. Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data dwar il-qabdiet, fosthom il-piż u, fejn possibbli, it-tul ta’ kull tonna maqbuda fis-sajd rikreattiv, u jibgħat id-data għas-sena ta’ qabel lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.
5. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura, sa fejn ikun possibbli, ir-rilaxx tat-tonn, speċjalment dak li jkun għadu żgħir, maqbud ħaj fis-sajd rikreattiv. Kwalunkwe tonn li jinħatt l-art għandu jkun sħiħ, bil-garġi mneħħija u/jew imsewwi.
Artikolu 25
Qbid, tikkettar u rilaxx
1. B’deroga mill-Artikolu 23(1), l-Istati Membri li jawtorizzaw is-sajd “ta’ qbid u rilaxx” fil-Grigal tal-Atlantiku mwettaq biss minn bastimenti li jintużaw għas-sajd sportiv jistgħu jħallu lil għadd limitat ta’ bastimenti li jintużaw għas-sajd sportiv jistadu għat-tonn għall-finijiet tas-sajd ta’ qbid, tikkettar u rilaxx mingħajr il-ħtieġa li jallokaw kwota speċifika lilhom. Dawn il-bastimenti għandhom jaħdmu fil-kuntest ta’ proġett xjentifiku ta’ istitut tar-riċerka integrat fi programm tar-riċerka xjentifika. Ir-riżultati tal-proġett għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera.
2. Il-bastimenti li jwettqu riċerka xjentifika fil-kuntest tal-Programm tar-Riċerka tal-ICCAT dwar it-tonn ma għandhomx jitqiesu li qed iwettqu attivitajiet “ta’ qbid, tikkettar u rilaxx” kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3. L-Istati Membri li jawtorizzaw attivitajiet “ta’ qbid, tikkettar u rilaxx” għandhom:
(a) |
jippreżentaw deskrizzjoni ta’ dawk l-attivitajiet u tal-miżuri applikabbli għalihom bħala parti integrali mill-pjanijiet tas-sajd u ta’ spezzjoni tagħhom imsemmijin fl-Artikoli 12 u 15; |
(b) |
jimmonitorjaw mill-qrib l-attivitajiet tal-bastimenti kkonċernati biex jiżguraw li dawn ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament; |
(c) |
jiżguraw li l-attivitajiet tat-tikkettar u tar-rilaxx jitwettqu minn membri tal-persunal imħarrġa sabiex tiġi żgurata rata għolja ta’ sopravivenza tal-ħut; kif ukoll |
(d) |
jibagħtu rapport annwali lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, dwar l-attivitajiet xjentifiċi li jkunu twettqu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport lis-Segretarjat tal-ICCAT 60 jum qabel il-laqgħa tal-SCRS tas-sena ta’ wara. |
4. Kwalunkwe tonn li jmut waqt l-attivitajiet “ta’ qbid, tikkettar u rilaxx” għandu jiġi rrappurtat u għandu jitnaqqas mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera.
KAPITOLU V
Miżuri ta’ Kontroll
Artikolu 26
Listi u reġistri tal-bastimenti
1. Kull sena, xahar qabel jibda l-perjodu tal-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-listi tal-bastimenti li ġejjin fil-format stabbilit fl-aħħar verżjoni tal-Linji Gwida tal-ICCAT għat-tressiq tad-data u tal-informazzjoni:
(a) |
lista tal-bastimenti kollha tal-qbid awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn; u |
(b) |
lista tal-bastimenti l-oħrajn kollha tas-sajd li jintużaw għall-finijiet tal-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn. |
Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT 15-il jum qabel tibda l-attività tas-sajd, sabiex dawk il-bastimenti jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati u, jekk ikun rilevanti, fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti li jkollhom tul totali ta’ 20 metru jew iktar li jkunu awtorizzati jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni.
2. F’sena kalendarja partikulari, bastiment tas-sajd jista’ jiġi inkluż fiż-żewġ listi msemmijin fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx inkluż fihom it-tnejn fl-istess ħin.
3. L-informazzjoni dwar il-bastimenti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandu jkun fiha isem il-bastiment u n-numru tiegħu tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni (CFR), kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 (20).
4. Il-Kummissjoni ma għandha taċċetta l-ebda tressiq retroattiv tal-listi msemmijin fil-paragrafu 1.
5. Il-bidliet sussegwenti fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 matul sena kalendarja għandhom jiġu aċċettati biss jekk bastiment tas-sajd innotifikat jitwaqqaf milli jipparteċipa fis-sajd minħabba raġunijiet operattivi leġittimi jew forza maġġuri. F’ċirkustanzi bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’dan il-fatt, u għandu jipprovdi:
(a) |
id-dettalji kollha tal-bastiment jew tal-bastimenti tas-sajd maħsubin biex jieħdu post dak il-bastiment tas-sajd; kif ukoll |
(b) |
rendikont komprensiv tar-raġuni li tiġġustifika s-sostituzzjoni u kwalunkwe evidenza jew referenza ta’ appoġġ rilevanti. |
6. Jekk ikun hemm bżonn, matul is-sena l-Kummissjoni għandha temenda l-informazzjoni dwar il-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, billi tipprovdi informazzjoni aġġornata lis-Segretarjat tal-ICCAT skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2017/2403.
Artikolu 27
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti
1. L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti inklużi f’waħda mil-listi msemmija fl-Artikolu 26(1) u (5). L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinkludu, bħala minimu, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII u għandhom jinħarġu fil-format stipulat f’dak l-Anness. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tkun inkluża fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun preċiża u tkun konsistenti ma’ dan ir- Regolament.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(6), il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux imniżżlin fir-reġistri tal-ICCAT imsemmijin fl-Artikolu 26(1) għandhom jitqiesu li mhumiex awtorizzati jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrażbordawh, jittrasportawh, jittrasferixxuh, jipproċessawh jew iħottuh l-art fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn maħruġa għal bastiment u jista’ jitlob lill-bastiment jipproċedi minnufih lejn port magħżul minnu, meta tkun ġiet eżawrita l-kwota individwali assenjata lill-bastiment.
Artikolu 28
Listi u reġistri tat-tunnari awtorizzati għas-sajd tat-tonn
1. Bħala parti mill-pjanijiet tas-sajd tiegħu, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lista tat-tunnari awtorizzati għas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk it-tunnari jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru tal-ICCAT tat-tunnari li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn.
2. L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tunnari li jkunu inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinkludu, bħala minimu, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII u għandhom jagħmlu użu mill-format stipulat f’dak l-Anness. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tkun inkluża fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun preċiża u tkun konsistenti ma’ dan ir-Regolament.
3. It-tunnari tal-Unjoni li ma jkunux imniżżlin fir-reġistru tal-ICCAT tat-tunnari li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn ma għandhomx jitqiesu li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, li jiġi ttrasferit, li jitqiegħed fil-gaġeġ jew li jinħatt l-art it-tonn maqbud minn dawk it-tunnari.
4. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn maħruġa għat-tunnari meta titqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota assenjata lilhom.
Artikolu 29
Informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ sajd
1. Sal-15 ta’ Lulju ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni informazzjoni ddettaljata dwar il-qabdiet tat-tonn li kien hemm fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul is-sena ta’ qabel. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena. Din l-informazzjoni għandha tinkludi:
(a) |
l-isem u n-numru tal-ICCAT ta’ kull bastiment tal-qbid; |
(b) |
il-perjodu tal-awtorizzazzjoni jew tal-awtorizzazzjonijiet għal kull bastiment tal-qbid; |
(c) |
il-qabdiet totali ta’ kull bastiment tal-qbid matul il-perjodu tal-awtorizzazzjoni jew tal-awtorizzazzjonijiet, inkluż meta ma jkunx inqabad ħut; |
(d) |
l-għadd totali ta’ jiem li matulhom kull bastiment tal-qbid ikun stad fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu tal-awtorizzazzjoni jew tal-awtorizzazzjonijiet; kif ukoll |
(e) |
il-qabda totali li kien hemm barra l-perjodu tal-awtorizzazzjoni tagħhom (il-qabda aċċessorja). |
2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li ma kinux awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran iżda li qabdu t-tonn bħala qabda aċċessorja:
(a) |
l-isem tal-bastiment u n-numru tal-ICCAT tiegħu jew in-numru tiegħu fir-reġistru nazzjonali, jekk dan ma jkunx irreġistrat mal-ICCAT; kif ukoll |
(b) |
il-qabdiet totali tat-tonn. |
3. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni dwar kwalunkwe bastiment li ma jkunx inkluż fil-paragrafi 1 u 2, iżda li huwa magħruf jew preżunt li stad għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT malli tkun disponibbli.
Artikolu 30
Attivitajiet konġunti tas-sajd
1. Kwalunkwe attività konġunta tas-sajd għat-tonn għandha tkun permessa biss jekk il-bastimenti parteċipanti jkunu awtorizzati mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri tal-bandiera. Sabiex ikun awtorizzat, kull bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandu jkun mgħammar biex jistad għat-tonn, biex ikollu kwota individwali u biex jikkonforma mal-obbligi tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 32.
2. Il-kwota allokata għal attività konġunta tas-sajd għandha tkun daqs it-total tal-kwoti allokati għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża parteċipanti.
3. Il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tal-Unjoni ma għandhomx iwettqu attivitajiet konġunti tas-sajd ma’ bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża minn PKK oħrajn.
4. Il-formola tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-parteċipazzjoni f’attività konġunta tas-sajd hija stabbilita fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikseb l-informazzjoni li ġejja mingħand il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tiegħu li jkunu qed jipparteċipaw f’attività konġunta tas-sajd:
(a) |
il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni mitlub għall-attività konġunta tas-sajd; |
(b) |
l-identità tal-operaturi involuti fiha; |
(c) |
il-kwoti tal-bastimenti individwali; |
(d) |
l-iskema ta’ allokazzjoni tal-qabdiet involuti bejn il-bastimenti involuti; kif ukoll |
(e) |
informazzjoni dwar il-farms tal-ħut destinatarji. |
5. Tal-inqas għaxart ijiem qabel ma tibda l-attività konġunta tas-sajd, kull Stat Membru għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-Kummissjoni fil-format stabbilit fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastimenti l-oħrajn tas-sajd li jkunu qed jieħdu sehem fl-attività konġunta tas-sajd, tal-inqas ħamest ijiem qabel ma tibda l-attività tas-sajd.
6. Fil-każ ta’ forza maġġuri, l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 5 ma għandhomx japplikaw għall-informazzjoni dwar il-farms tal-ħut destinatarji. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jibagħtu aġġornament dwar dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-avvenimenti li kienu jikkostitwixxu forza maġġuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.
Artikolu 31
Rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni
1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord tas-sajd dwar l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-Artikoli 14, 15, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u mat-Taqsima A tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kaptani tal-bastimenti tal-irmunkar, tal-bastimenti awżiljarji u tal-bastimenti tal-ipproċessar tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet B, Ċ u D tal-Anness II.
Artikolu 32
Rapporti tal-qabdiet mibgħuta mill-kaptani u mill-operaturi tat-tunnari
1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jistadu attivament għandhom jibagħtu lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom rapporti ta’ kuljum dwar il-qabdiet matul il-perjodu kollu li fih huma awtorizzati jistadu għat-tonn. Dawk ir-rapporti ma għandhomx ikunu obbligatorji għall-bastimenti li jkunu jinsabu fil-port, ħlief jekk dawn ikunu involuti f’attività konġunta tas-sajd. Id-data fir-rapporti għandha tittieħed mill-ġurnali ta’ abbord u għandha tinkludi d-data, il-ħin, il-post (il-latitudni u l-lonġitudni) u l-piż u l-għadd tat-tonn maqbud fiż-Żona tal-Konvenzjoni, inklużi r-rilaxxi u l-iskartar tal-ħut mejjet. Il-kaptani għandhom jibagħtu r-rapporti fil-format stabbilit fl-Anness III jew f’format meħtieġ mill-Istat Membru.
2. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandhom joħorġu r-rapporti ta’ kuljum dwar il-qabdiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għal kull attività tas-sajd, inklużi l-attivitajiet li matulhom ma jkunu qabdu xejn. Il-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu għandhom jibagħtu r-rapporti lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu sad-9.00 GMT għall-jum ta’ qabel.
3. L-operaturi tat-tunnari li jintużaw għas-sajd attiv tat-tonn jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom joħorġu rapporti ta’ kuljum u għandhom jintbagħtuhom lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom fi żmien kull 48 siegħa matul il-perjodu kollu li fih ikunu awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu n-numru tar-reġistru tal-ICCAT tat-tunnara, id-data u l-ħin tal-qabda, il-piż u l-għadd tat-tonn maqbud, inkluż meta ma jkun inqabad xejn, ir-rilaxxi u l-iskartar tal-ħut mejjet. L-operaturi għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni fil-format stabbilit fl-Anness III.
4. Il-kaptani ta’ bastimenti tal-qbid minbarra l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandhom jibagħtu r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom sat-Tlieta f’12:00 GMT għall-ġimgħa ta’ qabel li tintemm il-Ħadd.
Artikolu 33
Portijiet magħżula
1. Kull Stat Membru li jkun ġie allokat kwota għat-tonn għandu jagħżel il-portijiet fejn ikunu awtorizzati l-attivitajiet ta’ ħatt l-art tat-tonn jew tat-trażbord tiegħu. L-informazzjoni dwar il-portijiet magħżulin għandha tiġi inkluża fil-pjan annwali tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 11. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe emenda tal-informazzjoni dwar il-portijiet magħżulin. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien.
2. Biex port jiġi stabbilit bħala port magħżul, l-Istat Membru tal-port għandu jiżgura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-ħinijiet ta’ ħatt l-art u tat-trażbord huma stabbiliti; |
(b) |
il-postijiet ta’ ħatt l-art u tat-trażbord huma stabbiliti; kif ukoll |
(c) |
il-proċeduri ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza li jiżguraw kopertura tal-ispezzjoni matul il-ħinijiet kollha ta’ ħatt l-art u tat-trażbord u fil-postijiet kollha ta’ ħatt l-art u tat-trażbord f’konformità mal-Artikolu 35 huma stabbiliti. |
3. Għandu jkun ipprojbit li wieħed iħott l-art jew jittrażborda mill-bastimenti tal-qbid, kif ukoll mill-bastimenti tal-ipproċessar u mill-bastimenti awżiljarji, kwalunkwe kwantità ta’ tonn mistada fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran f’postijiet oħrajn minbarra l-portijiet magħżulin mill-PKK u mill-Istati Membri. B’mod eċċezzjonali, it-tonn mejjet li jkun inqatel fit-tunnara jew fil-gaġġa jista’ jiġi ttrasportat għal fuq bastiment tal-ipproċessar bl-użu ta’ bastiment awżiljarju, dejjem jekk tali trasport isir fil-preżenza tal-awtorità ta’ kontroll.
Artikolu 34
Notifika minn qabel tal-ħatt l-art
1. L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom tul totali ta’ 12-il metru jew iktar li huma inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 26. In-notifika minn qabel skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew tal-PKK li l-portijiet jew il-faċilità ta’ ħatt l-art tagħha huma jkunu jixtiequ jużaw.
2. Tal-inqas erba’ sigħat qabel il-ħin smat tal-wasla fil-port, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom tul totali ta’ inqas minn 12-il metru, inkluż tal-bastimenti tal-ipproċessar u tal-bastimenti awżiljarji inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 26, jew ir-rappreżentanti ta’ tali bastimenti, għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew tal-PKK li l-portijiet jew il-faċilità ta’ ħatt l-art tagħha huma jkunu jixtiequ jużaw, b’tal-inqas l-informazzjoni li ġejja,:
(a) |
il-ħin stmat tal-wasla tagħhom; |
(b) |
il-kwantità stmata ta’ tonn miżmum abbord; |
(c) |
informazzjoni dwar iż-żona ġeografika fejn ikunu saru l-qabdiet; |
(d) |
in-numru ta’ identifikazzjoni estern u isem il-bastiment tas-sajd. |
3. Meta l-Istati Membri jkunu awtorizzati, skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni, japplikaw perjodu ta’ notifika iqsar mill-perjodu ta’ erba’ sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla, il-kwantitajiet stmati ta’ tonn miżmum abbord jistgħu jiġu nnotifikati fil-ħin applikabbli tan-notifika qabel il-wasla. Jekk il-post għas-sajd ikun inqas minn erba’ sigħat mill-port, il-kwantitajiet stmati ta’ tonn miżmum abbord jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe ħin qabel il-wasla.
4. L-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-port għandhom iżommu reġistru tan-notifiki kollha minn qabel li jsiru għas-sena attwali.
5. Il-qabdiet kollha li jinħattu l-art fl-Unjoni għandhom jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet ta’ kontroll rilevanti tal-Istat Membru tal-port u għandu jiġi spezzjonat perċentwal tagħhom abbażi ta’ sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju li tinvolvi l-kwoti, id-daqs tal-flotta u l-isforz tas-sajd. Id-dettalji kollha tat-tali sistema ta’ kontroll adottata minn kull Stat Membru għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan annwali ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 14.
6. Fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt l-art, il-kaptani ta’ bastimenti tal-qbid tal-Unjoni, ikun xi jkun it-tul totali tal-bastiment, għandhom jibagħtu dikjarazzjoni ta’ ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK fejn ikun sar il-ħatt l-art u lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid tal-Unjoni għandu jkun responsabbli għall-kompletezza u għall-akkuratezza tad-dikjarazzjoni u għandu jiċċertifika dan. Id-dikjarazzjoni ta’ ħatt l-art għandha tindika, bħala minimu, il-kwantitajiet ta’ tonn li nħattu l-art u ż-żona minn fejn inqabdu. Il-qabdiet kollha li jinħattu l-art għandhom jintiżnu. L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat rekord tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK, 48 siegħa wara li jitlesta l-ħatt l-art.
Artikolu 35
Trażbord
1. It-trażbord fuq il-baħar minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom abbord it-tonn, jew minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi fl-ibħra tal-Unjoni, għandu jkun ipprojbit fiċ-ċirkustanzi kollha.
2. Mingħajr preġudizzju għal-Artikolu 52(2) u (3), fl-Artikolu 54 u fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2017/2107, il-bastimenti tas-sajd għandhom jittrażbordaw biss il-qabdiet tat-tonn fil-portijiet magħżulin kif imsemmi fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd li jkun qed jirċievi l-ħut jew ir-rappreżentant tal-kaptan, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat tal-port, tal-inqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni mniżżla fil-mudell tad-dikjarazzjoni tat-trażbord stabbilit fl-Anness V. Għal kwalunkwe trażbord għandha tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru tal-bandiera jew mill-PKK tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat li jkun qed jittrażborda l-ħut. Barra minn hekk, meta jkun qed isir it-trażbord, il-kaptan tal-bastiment li jkun qed jittrażborda l-ħut għandu jgħarraf lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu jew lill-PKK tal-bandiera tiegħu bid-dati meħtieġa skont l-Anness V.
4. L-Istat Membru tal-port għandu jispezzjona l-bastiment li jkun irċieva l-ħut hekk kif dan jasal fil-port u għandu jivverifika l-kwantitajiet u d-dokumentazzjoni marbuta mal-attività tat-trażbord.
5. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni impenjati f’attivitajiet ta’ trażbord għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT u jibagħtuha lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom fi żmien 15-il jum minn meta jitlesta t-trażbord. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jittrażbordaw il-ħut għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT f’konformità mal-Anness V. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tinkludi n-numru ta’ referenza tal-eBCD sabiex tiffaċilita l-kontroverifika tad-data li jkun fiha.
6. L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat rekord tat-trażbord lill-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK tal-bastiment tas-sajd li jkun ittrażborda l-ħut fi żmien ħamest ijiem minn meta jitlesta t-trażbord.
7. Kull trażbord għandu jiġi spezzjonat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-portijiet magħżulin.
Artikolu 36
Rapporti ta’ kull ġimgħa dwar il-kwantitajiet
Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti ta’ kull ġimgħa dwar il-qabdiet. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu d-data meħtieġa skont l-Artikolu 32 fir-rigward ta’ nases, bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u bastimenti oħra tal-qbid. L-informazzjoni għandha tkun imqassma skont it-tip ta’ rkaptu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT minnufih.
Artikolu 37
Tagħrif dwar l-eżawriment tal-kwoti
1. Minbarra li jikkonforma mal-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni meta jqis li l-kwota allokata għal grupp ta’ rkaptu tkun laħqet it-80 %.
2. Minbarra li jikkonforma mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni meta jqis li l-kwota allokata għal grupp ta’ rkaptu jew għal attività konġunta tas-sajd jew għal bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tkun ġiet eżawrita. Ma’ dik l-informazzjoni għandha tintbagħat id-dokumentazzjoni uffiċjali li tagħti provi tas-sejħa għall-waqfien mis-sajd jew għal ritorn fil-port li l-Istat Membru ħareġ għall-flotta, għall-grupp tal-irkaptu, għall-attività konġunta tas-sajd jew għall-bastimenti li għandhom kwota individwali, u li tinkludi indikazzjoni ċara tad-data u tal-ħin tal-għeluq tas-sajd.
3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT bid-dati meta l-kwota tal-Unjoni għat-tonn tkun ġiet eżawrita.
Artikolu 38
Programm ta’ osservaturi nazzjonali
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-assenjar ta’ osservaturi nazzjonali li jkun inħarġilhom dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali għal fuq bastimenti tas-sajd u tunnari li jkunu attivi fis-sajd għat-tonn ikun ikopri tal-inqas:
(a) |
20 % tal-bastimenti attivi tat-tkarkir pelaġiku tiegħu (li jkun fihom iktar minn 15-il metru); |
(b) |
20 % tal-bastimenti attivi tas-sajd bil-konz tiegħu (li jkun fihom iktar minn 15-il metru); |
(c) |
20 % tad-dgħajjes attivi tas-sajd bil-lixka tiegħu (li jkun fihom iktar minn 15-il metru); |
(d) |
100 % tal-bastimenti tal-irmunkar; |
(e) |
100 % tal-attivitajiet tal-qtil fit-tunnari. |
L-Istati Membri li għandhom inqas minn ħames bastimenti tal-qbid tal-kategoriji mniżżlin fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu li huma awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn għandhom jiżguraw li l-assenjar tal-osservaturi nazzjonali jkun ikopri tal-inqas 20 % tal-ħin li matulu l-bastimenti jkunu qed jistadu b’mod attiv għat-tonn.
2. Il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali għandhom ikunu, b’mod partikulari, dawn li ġejjin:
(a) |
li jimmonitorjaw il-konformità tal-bastimenti tas-sajd u tat-tunnari ma’ dan ir-Regolament; |
(b) |
li jirreġistraw l-attività tas-sajd u jagħmlu rapport dwarha li jkun jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(c) |
li jivverifikaw id-data mdaħħla fil-ġurnal ta’ abbord; |
(d) |
li josservaw il-bastimenti li jistgħu jkunu qed jistadu b’mod li jmur kontra l-miżuri ta’ konservazzjoni tal-ICCAT u jirreġistrawhom. |
3. Minbarra l-kompiti msemmijin fil-paragrafu 2, l-osservaturi nazzjonali għandhom iwettqu wkoll ħidma xjentifika, inkluż il-ġbir tad-data meħtieġa, abbażi tal-linji gwida tal-SCRS.
4. Id-data u l-informazzjoni li jinġabru fil-kuntest tal-programm tal-osservaturi ta’ kull Stat Membru għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik id-data u dik l-informazzjoni lill-SCRS jew lis-Segretarjat tal-ICCAT, kif xieraq.
5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 3, kull Stat Membru għandu jiżgura:
(a) |
kopertura temporali u spazjali rappreżentattiva sabiex jiżgura li l-Kummissjoni tirċievi data u informazzjoni xierqa u adegwati dwar il-qabdiet, dwar l-isforz u dwar aspetti xjentifiċi u ta’ ġestjoni oħrajn, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-flotot u tal-attivitajiet tas-sajd; |
(b) |
li jkun hemm protokolli sodi tal-ġbir tad-data; |
(c) |
li l-osservaturi jkunu mħarrġa u approvati kif suppost qabel ma jintbagħtu fuq ħidma; |
(d) |
sa fejn ikun prattikabbli, tfixkil mill-inqas għall-ħidma tat-tunnari u tal-bastimenti li jkunu qed jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni. |
Artikolu 39
Programm ta’ osservaturi reġjonali tal-ICCAT
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-programm ta’ osservaturi reġjonali tal-ICCAT kif stabbilit f’dan l-Artikolu u fl-Anness VIII.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li osservatur reġjonali tal-ICCAT ikun preżenti:
(a) |
fuq kull bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li huwa awtorizzat jistad għat-tonn; |
(b) |
waqt kull trasferiment tat-tonn minn fuq il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża; |
(c) |
waqt kull trasferiment tat-tonn minn ġot-tunnari għal ġol-gaġeġ tat-trasport; |
(d) |
waqt kull trasferiment tat-tonn minn farm tal-ħut għal ieħor; |
(e) |
waqt kull attività ta’ tqegħid tat-tonn fil-gaġeġ fil-farms tal-ħut; |
(f) |
waqt il-qtil kollu tat-tonn fil-farms tal-ħut; kif ukoll |
(g) |
waqt ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut għal ġol-baħar. |
3. Il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li ma jkollhomx osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord ma għandhomx ikunu awtorizzati jistadu għat-tonn.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi assenjat osservatur reġjonali wieħed tal-ICCAT għal kull farm tal-ħut għall-perjodu kollu tal-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ. Fil-każi ta’ forza maġġuri, u wara li l-Istat Membru tat-trobbija jikkonferma dawk iċ-ċirkustanzi li jikkostitwixxu forza maġġuri, osservatur reġjonali tal-ICCAT jista’ jiġi assenjat għal iktar minn farm tal-ħut wieħed sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tat-trobbija tal-ħut, jekk ikun żgurat li l-kompiti tal-osservatur jitwettqu kif xieraq. Madankollu, l-Istat Membru li jkun responsabbli għall-farms tal-ħut għandu jitlob minnufih li jiġi assenjat osservatur reġjonali ieħor.
5. Il-kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu, b’mod partikulari, li:
(a) |
josservaw u jimmonitorjaw l-attivitajiet tas-sajd u tat-trobbija tal-ħut f’konformità mal-miżuri rilevanti ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-ICCAT, inkluż permezz tal-aċċess għall-filmat meħud bil-kameras sterjoskopiċi fil-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ, li jippermetti li jitkejjel it-tul u li tingħata stima tal-piż korrispondenti; |
(b) |
jiffirmaw l-ITDs u l-BCDs meta l-informazzjoni mogħtija fihom tkun konsistenti mal-osservazzjonijiet tagħhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jindikaw fuq l-ITDs u fuq il-BCDs li huma kienu preżenti u jagħtu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ qbil tagħhom billi jikkwotaw b’mod speċifiku r-regola jew ir-regoli jew il-proċedura jew il-proċeduri li ma tħarsux; |
(c) |
iwettqu ħidma xjentifika, inkluż il-ġbir ta’ kampjuni, abbażi tal-linji gwida tal-SCRS. |
6. Il-kaptani, l-ekwipaġġ u l-operaturi tal-farms tal-ħut, tat-tunnari u tal-bastimenti ma għandhomx ifixklu, jintimidaw, jindaħlu jew jinfluwenzaw bi kwalunkwe mezz lill-osservaturi reġjonali fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Artikolu 40
Awtorizzazzjoni tat-trasferiment
1. Qabel kwalunkwe attività ta’ trasferiment, il-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew tal-irmunkar jew ir-rappreżentanti tal-kaptan jew l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara minn fejn joriġina t-trasferiment, għandhom jibagħtu notifika minn qabel tat-trasferiment lill-Istat Membru tal-bandiera jew lill-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut jew għat-tunnara, li jkun fiha:
(a) |
isem il-bastiment tal-qbid jew il-farm tal-ħut jew it-tunnara u n-numru tagħhom fir-reġistru tal-ICCAT; |
(b) |
il-ħin stmat tat-trasferiment; |
(c) |
il-kwantità stmata ta’ tonn li għandu jiġi ttrasferit; |
(d) |
informazzjoni dwar il-pożizzjoni fejn ikun ser isir it-trasferiment (il-latitudni/il-lonġitudni) u n-numri ta’ identifikazzjoni tal-gaġeġ; |
(e) |
l-isem il-bastiment tal-irmunkar, l-għadd ta’ gaġeġ irmunkati u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT, fejn ikun xieraq; kif ukoll |
(f) |
il-port, il-farm tal-ħut jew il-gaġġa fejn ikun ser jittieħed it-tonn. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu numru uniku lil kull gaġġa tat-trasport. Jekk ikun hemm bżonn jintużaw diversi gaġeġ tat-trasport meta tiġi ttrasferita l-qabda li tikkorrispondi għal attività waħda tas-sajd, trid tintbagħat ITD waħda biss, iżda fl-ITD għandhom jitniżżlu n-numri ta’ kull gaġġa tat-trasport użata, filwaqt li jiġi indikat b’mod ċar il-kwantità tat-tonn ittrasportata f’kull gaġġa.
3. In-numri tal-gaġeġ għandhom jinħarġu permezz ta’ sistema ta’ numerazzjoni unika li tinkludi tal-inqas il-kodiċi alfa-3 li jikkorrispondi għall-Istat Membru tas-sajd, segwit minn tliet numri. In-numri uniċi tal-gaġeġ għandhom ikunu permanenti u ma għandhomx ikunu trasferibbli minn gaġġa għal oħra.
4. L-Istat Membru li lilu ntbagħtet notifika tat-trasferiment skont il-paragrafu 1 għandu jagħti numru tal-awtorizzazzjoni lil kull attività ta’ trasferiment u għandu jibagħtu lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd jew lill-operatur tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut, skont il-każ. In-numru tal-awtorizzazzjoni għandu jinkludi l-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, erba’ numri li juru s-sena u tliet ittri li jindikaw awtorizzazzjoni pożittiva (AUT) jew negattiva (NEG), segwiti minn numri sekwenzjali.
5. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jawtorizza t-trasferiment jew jirrifjuta li jawtorizzah fi żmien 48 siegħa minn meta tintbagħat in-notifika minn qabel tat-trasferiment. L-attività tat-trasferiment ma għandhiex tibda mingħajr l-awtorizzazzjoni pożittiva maħruġa minn qabel.
6. L-awtorizzazzjoni tat-trasferiment ma għandhiex tippreġudika l-konferma tal-attività tat-tqegħid fil-gaġeġ.
Artikolu 41
Ċaħda tal-awtorizzazzjoni tat-trasferiment u r-rilaxx tat-tonn
1. L-Istat Membru li lilu tkun intbagħtet notifika tat-trasferiment minn qabel skont l-Artikolu 40(1) għandu jirrifjuta li jawtorizza t-trasferiment jekk, malli jirċievi n-notifika minn qabel tat-trasferiment, huwa jqis li:
(a) |
il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut ma kellhomx kwota biżżejjed; |
(b) |
il-kwantità ta’ ħut ma ġietx irrappurtata kif suppost mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara, jew ma kinitx awtorizzata biex titqiegħed fil-gaġeġ; |
(c) |
il-bastiment tal-qbid li ġie ddikjarat li qabad il-ħut ma kellux awtorizzazzjoni valida biex jistad għat-tonn maħruġa skont l-Artikolu 27; jew |
(d) |
il-bastiment tal-irmunkar li ġie ddikjarat li ser jirċievi l-ħut ittrasferit mhuwiex irreġistrat fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħrajn tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 26, jew mhuwiex mgħammar b’VMS li tiffunzjona għalkollox jew b’apparat ta’ lokalizzazzjoni ekwivalenti. |
2. Jekk l-Istat Membru li lilu tkun intbagħtet notifika tat-trasferiment skont l-Artikolu 40(1) jirrifjuta it-trasferiment, huwagħandu joħroġ minnufih ordni tar-rilaxx lill-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew tal-bastiment tal-irmunkar jew lill-operatur tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut, skont il-każ, biex jgħarrafhom li t-trasferiment mhuwiex awtorizzat u jitlobhom jirrilaxxaw il-ħut fil-baħar skont l-Anness XII.
3. F’każ ta’ ħsara teknika fil-VMS tiegħu matul it-trasport lejn il-farm tal-ħut, il-bastiment tal-irmunkar għandu jiġi sostitwit b’bastiment ieħor tal-irmunkar li jkollu VMS li tiffunzjona għalkollox, jew inkella għandha tiġi installata jew użata VMS ġdida li taħdem malli dan ikun fattibbli u sa mhux aktar minn 72 siegħa wara dik il-ħsara teknika. Dak il-perjodu ta’ 72 siegħa jista’ jiġi estiż b’mod eċċezzjonali fil-każ ta’ forza maġġuri jew ta’ restrizzjonijiet operattivi leġittimi. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa minnufih bil-ħsara teknika u, min-naħa tagħha, għandha tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT b’dan. Minn x’ħin tiġi nnutata l-ħsara teknika sa ma din tissewwa, kull erba’ sigħat il-kaptan jew ir-rappreżentant tal-kaptan għandu jibgħat lill-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat Membru tal-bandiera l-koordinati ġeografiċi aġġornati tal-bastiment tas-sajd bil-mezzi tat-telekomunikazzjoni x-xierqa.
Artikolu 42
Dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT
1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid jew tal-irmunkar jew l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandhom jimlew l-ITD fi tmiem l-attività tat-trasferiment, f’konformità mal-format stabbilit fl-Anness VI, u jibagħtuha lill-Istat Membru responsabbli.
2. L-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun responsabbli għall-bastiment tas-sajd, għall-farm tal-ħut jew għat-tunnara minn fejn joriġina t-trasferiment għandhom jinnumeraw il-formoli tal-ITD. In-numru tal-formola tal-ITD għandu jinkludi l-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, segwit minn erba’ numri li juru s-sena u tliet numri sekwenzjali segwiti mit-tliet ittri “ITD” (SM-20**/xxx/ITD).
3. L-ITD oriġinali għandha takkumpanja t-trasferiment tal-ħut. Il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara u l-bastimenti tal-irmonk għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni.
4. Il-kaptani tal-bastimenti li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet ta’ trasferiment għandhom jirrappurtaw l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-Anness II.
5. L-informazzjoni dwar il-ħut mejjet għandha tiġi rreġistrata skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness XIII.
Artikolu 43
Monitoraġġ permezz ta’ vidjokamera
1. Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew tal-irmunkar jew l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandu jiżgura li t-trasferiment jiġi mmonitorjat permezz ta’ vidjokamera fl-ilma sabiex jiġi vverifikat l-għadd ta’ ħut li jkun qed jiġi ttrasferit. Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha ssir skont l-istandards minimi u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness X.
2. Meta l-SCRS jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi kopji tar-reġistrazzjonijiet bil-vidjo, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dawk il-kopji lill-Kummissjoni, li għandha tibgħathom lill-SCRS.
Artikolu 44
Verifika mill-osservaturi reġjonali tal-ICCAT u t-twettiq tal-investigazzjonijiet
1. L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tal-qbid u t-tunnara, kif imsemmi fl-Artikolu 39 u fl-Anness VIII, għandhom:
(a) |
jirreġistraw l-attivitajiet ta’ trasferiment imwettqin u jagħmlu rapport dwarhom; |
(b) |
josservaw il-qabdiet ittrasferiti u jagħmlu stima tagħhom; kif ukoll |
(c) |
jivverifikaw id-data mdaħħla fl-awtorizzazzjoni tat-trasferiment minn qabel, kif imsemmi fl-Artikolu 40, u fid-dikjarazzjoni tal-ITD, kif imsemmi fl-Artikolu 42. |
2. F’każijiet fejn ikun hemm differenza ta’ aktar minn 10 % fl-għadd tal-individwi tat-tonn tal-istimi magħmulin mill-osservatur reġjonali, mill-awtoritajiet ta’ kontroll rilevanti jew mill-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew tal-irmunkar jew mill-operatur tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut, l-Istat Membru responsabbli għandu jagħti bidu għal investigazzjoni dwar dan. It-tali investigazzjoni għandha tintemm qabel il-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ fil-farm tal-ħut u fi kwalunkwe każ fi żmien 96 siegħa minn meta tinbeda, ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri. Sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjoni, ma għandux ikun awtorizzat it-tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsima rilevanti tal-BCD ma għandhiex tiġi vvalidata.
3. Madankollu, fil-każi li r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta’ kwalità tajba biżżejjed jew ma tkunx ċara biżżejjed biex jiġu stmati l-kwantitajiet ittrasferiti, il-kaptan tal-bastiment jew l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara jista’ jitlob lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli jawtorizzawh iwettaq trasferiment ġdid u jibgħat ir-reġistrazzjoni korrispondenti bil-vidjokamera lill-osservatur reġjonali. Jekk dak il-kontroll volontarju tat-trasferiment ma jsirx b’riżultati sodisfaċenti, l-Istat Membru responsabbli għandu jagħti bidu għal investigazzjoni dwar dan. Jekk wara dik l-investigazzjoni, jiġi kkonfermat li r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta’ kwalità tajba biżżejjed jew ma tkunx ċara biżżejjed biex jiġu stmati l-kwantitajiet ittrasferiti, l-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat Membru responsabbli għandhom jordnaw li jsir trasferiment ta’ kontroll ieħor u għandhom jipprovdu r-reġistrazzjoni korrispondenti bil-vidjokamera lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT. It-trasferimenti l-ġodda għandhom isiru bħala trasferimenti ta’ kontroll sakemm il-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera hija tali li tippermetti li tittieħed stima tal-kwantitajiet ittrasferiti.
4. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqin mill-ispetturi, l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jiffirmaw l-ITD biss fejn l-osservazzjonijiet tagħhom ikunu konformi mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-ICCAT u meta l-informazzjoni li tkun tinsab fl-ITD tkun konsistenti mal-osservazzjonijiet tagħhom u tkun tinkludi reġistrazzjoni konformi bil-vidjokamera skont il-paragrafi 1, 2 u 3. L-osservaturi tal-ICCAT għandhom jivverifikaw ukoll li l-ITD tintbagħat lill-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar jew lill-operatur tal-farm tal-ħut jew lir-rappreżentant tat-tunnara, meta dan ikun applikabbli. Jekk l-osservaturi tal-ICCAT ma jaqblux mal-ITD, l-osservaturi tal-ICCAT għandhom jindikaw fuq l-ITD u fuq il-BCDs li huma kienu preżenti u jagħtu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ qbil tagħhom billi jikkwotaw b’mod partikulari r-regola jew ir-regoli jew il-proċedura jew il-proċeduri li ma tħarsux.
5. Il-kaptan tal-bastimenti tal-qbid jew tal-irmunkar jew l-operaturi tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandhom jimlew l-ITD fi tmiem l-attività tat-trasferiment, f’konformità mal-format stabbilit fl-Anness VI, u jibagħtuha lill-Istat Membru responsabbli. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-ITD lill-Kummissjoni.
Artikolu 45
Atti ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68.
Artikolu 46
Awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ u ċaħda possibbli ta’ awtorizzazzjoni
1. Qabel ma jibdew l-attivitajiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ, għal kull gaġġa tat-trasport għandu jiġi pprojbit li l-gaġeġ tat-trasport jiġu mmażżrati f’żona ta’ 0,5 mil nawtiku mill-faċilitajiet tal-farm tal-ħut. Għal dak il-għan, fil-pjanijiet għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut imsemmijin fl-Artikolu 15 għandhom ikunu disponibbli l-koordinati ġeografiċi li jikkorrispondu għall-poligonu fejn jinsab il-farm tal-ħut.
2. Qabel kwalunkwe attività ta’ tqegħid fil-gaġeġ, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jitlob lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara li qabdu t-tonn li għandu jitqiegħed fil-gaġeġ japprovaw it-tqegħid fil-gaġeġ.
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandha tirrifjuta li tapprova t-tqegħid fil-gaġeġ jekk tqis li:
(a) |
il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li qabdu l-ħut ma kellhomx kwota biżżejjed għat-tonn; |
(b) |
il-kwantità ta’ ħut ma ġietx irrappurtata kif suppost mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara,jew |
(c) |
il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut ma għandhomx awtorizzazzjoni valida biex jistadu għat-tonn, maħruġa skont l-Artikolu 27. |
4. Jekk l-Istat Membru li jkun responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara jirrifjuta li japprova t-tqegħid fil-gaġeġ, huwa għandu:
(a) |
jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-farm tal-ħut b’dan; kif ukoll |
(b) |
jitlob lil dik l-awtorità kompetenti tipproċedi għas-sekwestru tal-qabdiet u għar-rilaxx tal-ħut fil-baħar. |
5. It-tqegħid fil-gaġeġ ma għandux jibda mingħajr l-approvazzjoni, li għandha tinħareġ fi żmien jum tax-xogħol minn meta ssir it-talba, tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-bastimenti tal-qbid jew għat-tunnara, jew inkella tal-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-bastimenti tal-qbid jew għat-tunnara. Jekk, fi żmien jum tax-xogħol wieħed, ma tasal l-ebda tweġiba mingħand l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut jistgħu jawtorizzaw l-attivita’ ta’ tqegħid fil-gaġeġ.
6. Il-ħut għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel it-22 ta’ Awwissu ta’ kull sena, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-farm tal-ħut ma jipprovdux raġunijiet validi għal dan, inkluża forza maġġuri, li għandhom jingħataw mar-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ meta dan jitressaq. Fi kwalunkwe każ, il-ħut ma għandux jitqiegħed fil-gaġeġ wara s-7 ta’ Settembru ta’ kull sena.
Artikolu 47
Dokumentazzjoni dwar il-qabdiet tat-tonn
1. Għandu jkun ipprojbit għall-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut li jqiegħdu fil-gaġeġ it-tonn li ma jkunx akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa mill-ICCAT fil-qafas tal-programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 640/2010. Id-dokumentazzjoni għandha tkun preċiża u kompluta, u għandha tiġi vvalidata mill-Istat Membru jew mill-PKK responsabbli għall-bastimenti tal-qbid jew għat-tunnari.
2. L-Istati Membri ma għandhomx iqiegħdu t-tonn f’farm tal-ħut li ma jkunx awtorizzat mill-Istat Membru jew mill-PKK, jew inkella li ma jkunx elenkat fir-reġistru tal-ICCAT ta’ faċilitajiet tat-trobbija.
3. L-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li l-qabdiet tat-tonn jitqiegħdu f’gaġeġ jew f’sensiela ta’ gaġeġ separati u mqassmin abbażi tal-Istat Membru tal-bandiera jew il-PKK ta’ oriġini. B’deroga, jekk it-tonn jinqabad fil-kuntest ta’ attivita’ konġunta tas-sajd bejn Stati Membri differenti, l-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li t-tonn jitqiegħed f’gaġeġ jew f’sensiela ta’ gaġeġ separati u mqassmin abbażi tal-attivitajiet konġunti tas-sajd u tas-sena tal-qbid.
Artikolu 48
Spezzjonijiet
L-Istati Membri li huma responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jispezzjonaw kull attività ta’ tqegħid fil-gaġeġ li ssir fil-farms tal-ħut.
Artikolu 49
Monitoraġġ permezz ta’ vidjokamera
L-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ kontroll tagħhom jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ permezz ta’ vidjokamera fl-ilma. Għandha ssir reġistrazzjoni waħda bil-vidjokamera għal kull attività ta’ tqegħid fil-gaġeġ skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness X.
Artikolu 50
Tnedija tal-investigazzjonijiet u twettiq tagħhom
Meta jkun hemm differenza ta’ aktar minn 10 % fl-għadd tal-istimi magħmulin mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT, mill-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istati Membri rilevanti u/jew mill-operatur tal-farm tal-ħut, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jagħti bidu għal investigazzjoni dwar dan b’kooperazzjoni mal-Istat Membru jew mal-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid u/jew għat-tunnara. L-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-investigazzjonijiet jista’ juża l-informazzjoni l-oħra li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, inklużi r-riżultati tal-programmi tat-tqegħid fil-gaġeġ imsemmijin fl-Artikolu 51.
Artikolu 51
Miżuri u programmi biex jiġu stmati l-għadd ta’ tonn li għandu jitqiegħed fil-gaġeġ u l-piż tiegħu
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li programm li juża sistemi ta’ kamera sterjoskopiċi jew metodi alternattivi li jiżguraw l-istess livell ta’ preċiżjoni u ta’ akkuratezza jkun ikopri 100 % tal-attivitajiet kollha tat-tqegħid fil-gaġeġ, sabiex jiġu stmati l-għadd ta’ ħut u l-piż tiegħu.
2. Dak il-programm għandu jitwettaq skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness XI. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi biss jekk l-ICCAT tkun approvathom matul il-laqgħa annwali tagħha.
3. L-Istati Membri responsabbli għall-farm tal-ħut għandhom jibagħtu r-riżultati tal-programm lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għall-bastimenti tal-qbid, u lill-entità li topera l-programm tal-osservaturi reġjonali f’isem l-ICCAT.
4. Meta, għal operazzjoni waħda tal-qbid, ir-riżultati tal-programm jindikaw li l-għadd ta’ individwi tat-tonn fil-gaġeġ ikun differenti b’aktar minn 10 % mill-kwantitajiet irrappurtati maqbuda u/jew trasferiti, l-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandu jniedi investigazzjoni biex jiddetermina l-piż preċiż tal-qbid li għandu jitnaqqas mill-kwota nazzjonali tat-tonn, f’konformità mal-paragrafu 9.
5. Meta l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara tniedi investigazzjoni, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jikkoopera bis-sħiħ u għandu jipprovdi lill-Istat Membru investigattiv jew lill-PKK bl-informazzjoni komplementari kollha mitluba, inkluż ir-riżultati tal-analiżi tal-filmat ikkonċernat, u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih.
6. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inkluż dawk li l-bastimenti tagħhom kienu involuti fit-trasport tal-ħut, għandhom jikkooperaw b’mod attiv, inkluż permezz tal-iskambju tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħhom.
7. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandha tikkonkludi l-investigazzjoni fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tar-riżultati tat-tqegħid fil-gaġeġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut.
8. Differenza akbar minn 10 % bejn l-għadd ta’ tonn irrapportat maqbud mill-bastiment jew mit-tunnara kkonċernat u l-għadd iddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara bħala riżultat tal-investigazzjoni għandha tikkostitwixxi nuqqas potenzjali ta’ konformità tal-bastiment jew tat-tunnara kkonċernata.
9. Fejn investigazzjoni tikkonkludi li l-individwi tat-tonn huma nieqsa, il-piż tal-ħut nieqes għandu jitnaqqas mill-kwota tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara, kif applikabbli, billi jiġi applikat il-piż individwali medju waqt it-tqegħid fil-gaġeġ ikkomunikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut, għall-għadd ta’ tonn fil-qabda kif iddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tas-sajd jew għat-tunnara li jirriżulta mill-analiżi tagħha tal-ewwel filmat bil-vidjo tat-trasferiment fil-kuntest tal-investigazzjoni.
10. Minkejja l-paragrafu 9, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-bastiment tas-sajd involut fit-trasport tal-ħut lejn il-farm tal-ħut fejn ikun ittieħed, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara u l-Kummissjoni jistgħu jiddeċiedu li ma jnaqqsux mill-kwota nazzjonali l-ħut stabbilit fl-investigazzjoni bħala mitluf, meta l-ħut nieqes ikun ġie ddokumentat kif xieraq bħala każ ta’ force majeure mill-operatur, l-informazzjoni rilevanti tkun ġiet ikkomunikata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-operatur u lill-Kummissjoni minnufih wara l-avveniment u l-ħut nieqes ma jkunx irriżulta f’mortalità magħrufa.
11. L-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandu joħroġ ordni ta’ rilaxx, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness XII, għall-kwantitajiet imqegħdin fil-gaġeġ li jaqbżu l-kwantitajiet iddikjarati bħala maqbudin u ttrasferiti:
(a) |
jekk l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ma tintemmx fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta jkunu ntbagħtu r-riżultati tal-programm, għal attività waħda ta’ tqegħid fil-gaġeġ, jew għall-attivitajiet kollha ta’ tqegħid fil-gaġeġ fil-każ ta’ attività konġunta tas-sajd; jew |
(b) |
jekk l-eżitu tal-investigazzjoni juri li l-għadd ta’ tonn u/jew il-piż medju tiegħu huwa aktar minn dak iddikjarat bħala maqbud u ttrasferit; |
L-ammont żejjed għandu jiġi rrilaxxat fil-preżenza tal-awtoritajiet ta’ kontroll.
12. Ir-riżultati tal-programm għandhom jintużaw biex jiġi deċiż jekk hemmx bżonn isiru r-rilaxxi u d-dikjarazzjonijiet dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsimiet rilevanti tal-BCD għandhom jimtlew kif xieraq. Meta tkun inħarġet ordni ta’ rilaxx, l-operatur tal-farm tal-ħut għandu jitlob li awtorità nazzjonali ta’ kontroll u osservatur reġjonali tal-ICCAT jkunu preżenti biex jimmonitorjaw ir-rilaxx.
13. L-Istati Membri għandhom jibagħtu r-riżultati tal-programm lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Settembru ta’ kull sena. Fil-każ ta’ forza maġġuri fit-tqegħid fil-gaġeġ, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw dawk ir-riżultati qabel it-12 ta’ Settembru ta’ kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-SCRS sal-15 ta’ Settembru ta’ kull sena għall-evalwazzjoni.
14. It-trasferiment tat-tonn ħaj minn ġo gaġġa tat-trobbija tal-ħut għal ġo gaġġa oħra tat-trobbija tal-ħut ma għandux iseħħ jekk ma jkunx hemm l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-farm tal-ħut għal dan u jekk dawn l-awtoritajiet ma jkunux preżenti waqt it-trasferiment. Kull trasferiment għandu jiġi rreġistrat biex jiġi kkontrollat l-għadd ta’ individwi. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll għandhom jimmonitorjaw dawk it-trasferimenti u jiżguraw li kull trasferiment li jsir ġol-farm tal-ħut jiġi rreġistrat fis-sistema tal-eBCD.
Artikolu 52
Dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ
1. Fi żmien 72 siegħa wara t-tmiem ta’ kull attività tat-tqegħid fil-gaġeġ, operatur tal-farm għandu jibgħat dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ kif previst fl-Anness XIV lill-awtorità kompetenti tiegħu.
2. Minbarra d-dikjarazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ imsemmija fil-paragrafu 1, ġimgħa wara t-tlestija tal-attività tat-tqegħid fil-gaġeġ, Stat Membru responsabbli għall-farm għandu jibgħat rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ li jkun fih l-elementi stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness XI lill-Istat Membru jew lill-PKK li l-bastimenti jew it-tunnara tagħhom ikunu qabdu t-tonn, u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, attività ta’ tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex titqies li tkun tlestiet qabel ma tiġi konkluża kwalunkwe investigazzjoni li tkun tnediet u qabel ma titlesta kwalunkwe attività tar-rilaxx li dwarha tkun inħarġet ordni.
Artikolu 53
Trasferimenti ġewwa l-farms tal-ħut u kontrolli għall-għarrieda
1. L-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jimplimenta sistema ta’ traċċabbiltà, inkluża r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tat-trasferimenti interni.
2. L-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat Membru responsabbli għall-farms tal-ħut għandu iwettaq kontroll għall-għarrieda, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, fuq it-tonn miżmum fil-gaġeġ tal-farm tal-ħut bejn iż-żmien tat-tlestija tal-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ f’sena partikulari u l-ewwel tqegħid fil-gaġeġ fis-sena ta’ wara.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istat Membru responsabbli għalfarm tal-ħut għandu jistabbilixxi perċentwal minimu ta’ ħut li għandu jiġi kkontrollat. Dak il-perċentwal għandu jiġi stabbilit fil-pjan annwali ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 14. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni r-riżultati tal-kontrolli għall-għarrieda li jkun wettaq kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk ir-riżultati lis-Segretarjat tal-ICCAT f’April tas-sena ta’ wara l-perjodu tal-kwota rilevanti.
Artikolu 54
Aċċess għar-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera u rekwiżiti għalihom
1. L-Istat Membru li huwa responsabbli għalfarm tal-ħut għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera msemmijin fl-Artikoli 49 u 51 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispetturi nazzjonali, kif ukoll tal-ispetturi reġjonali u tal-ICCAT u tal-osservaturi tal-ICCAT u dawk nazzjonali.
2. L-Istat Membru li huwa responsabbli għalfarm tal-ħut għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jevita kwalunkwe tibdil, editjar jew manipulazzjoni tar-reġistrazzjonijiet oriġinali bil-vidjokamera.
Artikolu 55
Rapport annwali dwar it-tqegħid fil-gaġeġ
Kull sena sal-31 ta’ Lulju, l-Istati Membri li huma suġġetti għall-obbligu li jippreżentaw dikjarazzjonijiet u rapporti dwar it-tqegħid fil-gaġeġ skont l-Artikolu 52 għandhom jibagħtu rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ lill-Kummissjoni b’rabta mas-sena ta’ qabel. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT qabel il-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-ammont totali ta’ tonn imqiegħed fil-gaġeġ għal kull farm tal-ħut, inkluż, għal kull farm tal-ħut, it-telf fl-għadd u fil-piż li jseħħ matul it-trasport lejn il-gaġeġ imwettaq mill-bastimenti tas-sajd u mit-tunnari; |
(b) |
il-lista tal-bastimenti li jistadu għat-tonn għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut, li jipprovdu dan it-tip ta’ tonn jew li jittrasportawh (isem il-bastiment, il-bandiera, in-numru tal-liċenzja u t-tip ta’ rkaptu) u l-lista tat-tunnari; |
(c) |
ir-riżultati tal-programm ta’ teħid tal-kampjuni għall-istima tal-għadd skont id-daqs tat-tonn maqbud, kif ukoll id-data, il-ħin u ż-żona tal-qabda u l-metodu tas-sajd użat, sabiex tittejjeb l-istatistika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-istokk; Il-programm ta’ teħid tal-kampjuni jirrikjedi li t-teħid tal-kampjuni skont id-daqs (it-tul jew il-piż) fil-gaġeġ isir fuq kampjun wieħed (= 100 individwu) għal kull 100 tunnellata ta’ ħut ħaj, jew fuq kampjun ta’ 10 % tal-għadd totali ta’ ħut miżmum fil-gaġeġ. Il-kampjuni tad-daqs ser jinġabru waqt il-qtil fil-farm tal-ħut u mill-ħut li jkun miet matul it-trasport, skont il-Linji Gwida tal-ICCAT għat-tressiq tad-data u tal-informazzjoni. Għall-ħut li jitrabba fil-farm tal-ħut għal iktar minn sena, għandhom jiġu stabbiliti metodi addizzjonali oħrajn għat-teħid tal-kampjuni. Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul kull qtil u għandhom ikopru l-gaġeġ kollha; |
(d) |
il-kwantitajiet ta’ tonn imqegħdin fil-gaġġa u stima tat-tkabbir u tal-mortalità tat-tonn waqt li dan ikun fil-magħluq, kif ukoll tal-ammonti mibjugħa f’tunnellati. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovdutha għal kull farm tal-ħut; |
(e) |
il-kwantitajiet ta’ tonn li jkunu tqiegħdu fil-gaġeġ matul is-sena ta’ qabel; u |
(f) |
il-kwantitajiet ikkummerċjalizzati matul is-sena ta’ qabel, imqassmin skont l-oriġini tagħhom. |
Artikolu 56
Atti ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68.
Artikolu 57
Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti
1. B’deroga mill-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri tal-bandiera għandhom jimplimentaw VMS għall-bastimenti tas-sajd tagħhom li jkollhom tul totali ta’ 12-il metru jew iktar skont l-Anness XV.
2. Il-bastimenti tas-sajd li jkollhom tul totali ta’iktar minn 15-il metru li huma inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 26(1), punt (a) jew (b), għandhom jibdew jibagħtu d-data tal-VMS lill-ICCAT tal-inqas ħamest ijiem qabel il-perjodu tal-awtorizzazzjoni tagħhom u għandhom ikomplu jagħmlu dan għal tal-inqas ħamest ijiem wara l-perjodu tal-awtorizzazzjoni tagħhom, sakemm ma tintbagħatx talba minn qabel lill-Kummissjoni biex il-bastiment jitneħħa mir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT.
3. Għall-finijiet tal-kontroll, il-kaptan jew ir-rappreżentant tal-kaptan għandu jiżgura li t-trażmissjoni tad-data tal-VMS mill-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn ma tiġix interrotta meta l-bastimenti jkunu fil-port, kemm-il darba ma jkunx hemm sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ dħul u ta’ ħruġ mill-port.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċentri tal-monitoraġġ tas-sajd tagħhom jgħaddu l-messaġġi tal-VMS li jirċievu mingħand il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom lill-Kummissjoni u lil korp magħżul minnha, f’ħin reali u billi jużaw il-format “https data feed”. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-messaġġi lis-Segretarjat tal-ICCAT.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw:
(a) |
li l-messaġġi tal-VMS mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jintbagħtu lill-Kummissjoni tal-inqas kull sagħtejn; |
(b) |
li, f’każ ta’ ħsara teknika fil-VMS, il-messaġġi alternattivi mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li jaslu skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa minn meta jaslu fiċ-ċentri tal-monitoraġġ tas-sajd tagħhom; |
(c) |
li l-messaġġi li jintbagħtu lill-Kummissjoni jingħataw numru sekwenzjali (b’identifikatur uniku) sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni; |
(d) |
li l-messaġġi li jintbagħtu lill-Kummissjoni jkunu skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. |
6. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-messaġġi kollha li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-bastimenti ta’ spezzjoni tiegħu jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali u jkunu limitati għall-attivitajiet ta’ spezzjoni fuq il-baħar.
Artikolu 58
Skema tal-ICCAT ta’ Spezzjoni Internazzjonali Konġunta
1. L-attivitajiet ta’ spezzjoni internazzjonali konġunta għandhom jitwettqu skont l-Iskema tal-ICCAT ta’ Spezzjoni Internazzjonali Konġunta (“l-iskema tal-ICCAT”) għall-kontrolli internazzjonali fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali, kif stabbilit fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom huma awtorizzati jistadu għat-tonn għandhom jaħtru spetturi u jwettqu spezzjonijiet fuq il-baħar fil-kuntest tal-iskema tal-ICCAT.
3. Meta, fi kwalunkwe ħin, ikun hemm iktar minn 15-il bastiment tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru partikulari li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd għat-tonn fiż-Żona tal-Konvenzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, bastiment ta’ spezzjoni għall-finijiet tal-ispezzjoni u tal-kontroll fuq il-baħar fiż-Żona tal-Konvenzjoni għall-perjodu kollu li matulu dawk il-bastimenti jkunu hemmhekk. Dak l-obbligu għandu jitqies li jkun tħares f’każijiet fejn l-Istati Membri jikkooperaw biex jibagħtu bastiment ta’ spezzjoni jew f’każijiet fejn jintbagħat bastiment ta’ spezzjoni tal-Unjoni fiż-Żona tal-Konvenzjoni.
4. Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha jistgħu jaħtru spetturi tal-Unjoni għall-iskema tal-ICCAT.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ spezzjoni għall-Unjoni. Flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tfassal programmi ta’ spezzjoni konġunta biex l-Unjoni tkun tista’ twettaq l-obbligu tagħha fil-kuntest tal-iskema tal-ICCAT. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu qed jistadu għat-tonn għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perjodi meta dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw u maż-żoni ġeografiċi fejn dawn għandhom jintużaw.
6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ April ta’ kull sena, bl-ismijiet tal-ispetturi u tal-bastimenti ta’ spezzjoni li beħsiebhom jassenjaw għall-iskema tal-ICCAT matul is-sena. Permezz ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tfassal, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, pjan għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-iskema tal-ICCAT kull sena, li hija għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istati Membri.
Artikolu 59
Spezzjonijiet fil-każ ta’ ksur
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li ssir spezzjoni fiżika ta’ bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu taħt l-awtorità tiegħu fil-portijiet tiegħu, jew minn spettur maħtur minnu meta l-bastiment tas-sajd ma jkunx jinsab f’wieħed mill-portijiet tiegħu, jekk il-bastiment tas-sajd:
(a) |
ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 31 u 32; jew |
(b) |
ikun kiser dan ir-Regolament jew wettaq ksur serju msemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 60
Kontroverifiki
1. Kull Stat Membru għandu jivverifika l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti ta’ spezzjoni u fir-rapporti tal-osservaturi, fid-data tal-VMS u, fejn ikun xieraq, fl-eBCDs, fil-ġurnali ta’ abbord tal-bastimenti tas-sajd tiegħu, fid-dokumenti dwar it-trasferiment u t-trażbord u fid-dokumenti dwar il-qabdiet, kif ukoll il-fatt li dawn jintbagħtu fil-ħin, f’konformità mal-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
2. Kull Stat Membru għandu jwettaq kontroverifiki fuq il-ħatt l-art kollu, it-trażbord kollu jew it-tqegħid kollu fil-gaġeġ bejn il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment tas-sajd jew il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fid-dikjarazzjoni tat-trażbord u l-kwantitajiet irreġistrati fid-dikjarazzjoni ta’ ħatt l-art jew fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, u fi kwalunkwe dokument rilevanti ieħor, bħall-fatturi jew in-noti tal-bejgħ.
Artikolu 61
Infurzar
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 89 sa 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u b’mod partikulari, għad-dmir tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri x-xierqa ta’ infurzar b’rabta ma’ bastiment tas-sajd, l-Istat Membru responsabbli għal farm tat-tonn għandu jieħu l-miżuri x-xierqa ta’ infurzar b’rabta mal-farm tal-ħut, meta jkun ġie stabbilit, skont il-liġi nazzjonali li l-farm tal-ħut ma jkunx konformi ma l-Artikoli 46 sa 56 ta’ dan ir-Regolament. Skont kemm ikun gravi r-reat u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġijiet nazzjonali, dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, multi jew it-tnejn. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kwalunkwe sospensjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tinnotifikaha lis-Segretarjat tal-ICCAT bil-ħsieb li timmodifika r-“rekord ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” kif xieraq.
KAPITOLU VI
Kummerċjalizzazzjoni
Artikolu 62
Miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009 u (KE) Nru 1005/2008 u għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-esportazzjoni mill-ġdid u t-trażbord tat-tonn li ma jkollux miegħu d-dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata kif meħtieġ taħt dan ir-Regolament jew taħt atti legali tal-Unjoni oħra li jimplimentaw ir-regoli tal-ICCAT dwar il-programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn.
2. Għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, l-importazzjoni, il-ħatt l-art, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-ipproċessar, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid u t-trażbord tat-tonn meta:
(a) |
it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f’tunnari li l-Istat tal-bandiera tagħhom ma jkollux kwota, jew limitu fuq il-qbid għat-tonn skont it-termini tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-ICCAT; jew |
(b) |
it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f’tunnari li l-kwoti individwali tagħhom ikunu eżawriti fil-ħin tal-qabda jew li l-Istat tagħhom ikun eżawrixxa l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu fil-ħin tal-qabda. |
3. Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009, (KE) Nru 1005/2008 u (UE) Nru 1379/2013, għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, l-importazzjoni, il-ħatt l-art, l-ipproċessar u l-esportazzjoni tat-tonn minn farms tat-trobbija jew tat-tismin tal-ħut li ma jkunux konformi mar-Regolamenti msemmijin fil-paragrafu 1.
KAPITOLU VII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 63
Evalwazzjoni
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtulha, mingħajr dewmien, rapport iddettaljat dwar l-implimentazzjoni tagħhom ta’ dan ir-Regolament. Abbażi tal-informazzjoni li l-Istati Membri jkunu bagħtulha, il-Kummissjoni għandha tibgħat, sad-data deċiża mill-ICCAT, rapport iddettaljat lis-Segretarjat tal-ICCAT dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT.
Artikolu 64
Finanzjament
Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), dan ir-Regolament għandu jitqies li huwa pjan pluriennali skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 65
Kunfidenzjalità
Id-data li tinġabar u li tiġi skambjata fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata skont ir-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità skont l-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 66
Proċedura għall-emendi
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 67 dwar emendi ta’ dan ir-Regolament sabiex tadattah għall-miżuri adottati mill-ICCAT li jorbtu lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha b’rabta mal-affarijiet li ġejjin:
(a) |
derogi mill-projbizzjoni taħt l-Artikolu 8 dwar ir-riport ta’ kwoti mhux użati; |
(b) |
l-iskadenzi għar-rappurtar tal-informazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 24(4), fl-Artikolu 26(1), fl-Artikolu 29(1), fl-Artikolu 32(2) u (3), fl-Artikolu 35(5) u (6), fl-Artikolu 36, fl-Artikolu 41(3), fl-Artikolu 44(2), fl-Artikolu 51(13), fl-Artikolu 52(2), fl-Artikolu 55, fl-Artikolu 57(5), punt (b), u fl-Artikolu 58(6); |
(c) |
il-perjodi taż-żmien għall-istaġuni tas-sajd kif previst fl-Artikolu 17(1) u (4); |
(d) |
id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni stabbilit fl-Artikolu 19(1) u (2) u fl-Artikolu 20(1); |
(e) |
il-perċentwali u l-parametri ta’ referenza stabbiliti fl-Artikolu 13, fl-Artikolu 15(3) u (4), fl-Artikolu 20(1), fl-Artikolu 21(2), fl-Artikolu 38(1), fl-Artikolu 44(2), fl-Artikolu 50 u fl-Artikolu 51(8); |
(f) |
l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 11(1), fl-Artikolu 24(1), fl-Artikolu 25(3), fl-Artikolu 29(1), fl-Artikolu 30(4), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 40(1) u fl-Artikolu 55; |
(g) |
il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali u tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT kif previst fl-Artikolu 38(2) u fl-Artikolu 39(5) rispettivament; |
(h) |
ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tat-trasferiment stabbiliti fl-Artikolu 41(1); |
(i) |
ir-raġunijiet għas-sekwestru tal-qabdiet u għall-ordni tar-rilaxx tal-ħut imsemmijin fl-Artikolu 46(4); |
(j) |
l-għadd ta’ bastimenti stabbiliti fl-Artikolu 58(3); |
(k) |
l-Annessi I sa XV. |
2. Kull emenda li tiġi adottata skont il-paragrafu 1 għandha tkun strettament limitata għall-implimentazzjoni tal-emendi tar-rakkomandazzjonijiet rispettivi tal-ICCAT li huma vinkolanti għall-Unjoni u/jew taż-żidiet għalihom.
Artikolu 67
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 66 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-17 ta’ Ottubru 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 66 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 66 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsilljew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 68
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit permezz tal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 69
Emendi fir-Regolament (KE) Nru 1936/2001
Ir-Regolament (KE) Nru 1936/2001 huwa emendat kif ġej:
(a) |
jitħassru l-Artikolu 3, punti (g) sa (j), l-Artikoli 4a, 4b u 4c u l-Anness Ia; |
(b) |
fl-Annessi I jitħassar l-inċiż “Tonn bluefin: Thunnus thynnus”; |
(c) |
fl-Anness II, titħassar ir-ringiela “Thunnus thynnus: Tonn bluefin”. |
Artikolu 70
Emenda fir-Regolament (UE) 2017/2107
Fir-Regolament (UE) 2017/2107 jitħassar l-Artikolu 43.
Artikolu 71
Emenda fir-Regolament (UE) 2019/833
Fir-Regolament (UE) 2019/833 jitħassar l-Artikolu 53.
Artikolu 72
Tħassir
1. Ir-Regolament (UE) 2016/1627 jitħassar.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 73
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Settembru 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
J. M. ALBARES BUENO
(1) ĠU C 232, 14.7.2020, p. 36.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-26 ta’ Ġunju 2023 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta’ Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta’ Lulju 1994 li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).
(5) Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ĠU L 162, 18.6.1986, p. 34).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(10) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 23).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 (ĠU L 194, 24.7.2010, p. 1).
(12) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(14) Ir-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007 (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) 2019/1154 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 u r-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 1).
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 tas-27 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).
(19) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 tas-6 ta’ Frar 2017 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni (ĠU L 34, 9.2.2017, p. 9).
(21) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
(22) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
ANNESS I
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JAPPLIKAW GĦALL-BASTIMENTI TAL-QBID LI JKUNU QED JISTADU SKONT L-ARTIKOLU 19
1.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li jitħarsu l-limiti fuq il-kapaċità li ġejjin:
(a) |
l-għadd massimu ta’ dgħajjes tas-sajd bil-lixka u ta’ dgħajjes tas-sajd bir-rixa tiegħu li huma awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn ma għandux jaqbeż l-għadd ta’ bastimenti li jkunu ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2006. |
(b) |
l-għadd massimu ta’ bastimenti tal-flotta artiġjanali tiegħu li huma awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn fil-Mediterran ma għandux jaqbeż l-għadd ta’ bastimenti li jkunu ħadu sehem fis-sajd għat-tonn fl-2008. |
(c) |
l-għadd massimu ta’ bastimenti tal-qbid tiegħu li huma awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku ma għandux jaqbeż l-għadd ta’ bastimenti li jkunu ħadu sehem fis-sajd għat-tonn fl-2008. |
Kull Stat Membru għandu jalloka kwoti individwali għall-bastimenti kkonċernati.
2.
Kull Stat Membru jista’ jalloka:
— |
mhux iktar minn 7 % tal-kwota tiegħu għat-tonn fost id-dgħajjes tas-sajd bil-lixka u d-dgħajjes tas-sajd bir-rixa tiegħu. Fil-każ ta’ Franza, il-bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża li jkollhom tul totali ta’ inqas minn 17-il metru u li jistadu fil-Golf tal-Biskalja jistgħu jaqbdu massimu ta’ 100 tunnellata tonn li jkun jiżen tal-inqas 6,4 kg jew li jkun twil tal-inqas 70 cm sal-qasma tad-denb. |
— |
mhux iktar minn 2 % tal-kwota tiegħu għat-tonn fost il-bastimenti tal-flotta artiġjanali kostali tiegħu li jistadu għall-ħut frisk fil-Mediterran. |
— |
mhux iktar minn 90 % tal-kwota tiegħu għat-tonn fost il-bastimenti tal-qbid tiegħu fl-Adrijatiku għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut. |
3.
Għal massimu ta’ 7 % tal-piż ta’ individwi ta’ tonn maqbud fl-Adrijatiku għall-finijiet ta’ trobbija tal-ħut mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha, il-Kroazja tista’ tapplika piż minimu ta’ 6,4 kilogrammi jew 66 cm tul sal-qasma tad-denb.
4.
Stati Membri li d-dgħajjes tas-sajd bil-lixka tagħhom, il-bastimenti tas-sajd bil-konz tagħhom, il-bastimenti tas-sajd bix-xolfa tal-idejn tagħhom u d-dgħajjes tas-sajd bir-rixa tagħhom huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandhom jistabbilixxu rekwiżiti għat-tikkettar tad-denb kif ġej:
— |
għandhom jitwaħħlu tikketti fuq denb it-tonn kollu maqbud minnufih malli jiġi ttrażbordat; |
— |
kull tikketta mwaħħla fuq denb it-tonn għandu jkollha numru uniku ta’ identifikazzjoni li jkun inkluż fid-dokumenti dwar il-qabdiet tat-tonn u jkun miktub b’mod li jinqara u li ma jistax jitħassar fuq barra ta’ kwalunkwe pakkett li jkun fih it-tonn. |
ANNESS II
REKWIŻITI TAL-ĠURNAL TA’ ABBORD
A. BASTIMENTI TAL-QBID
Speċifikazzjonijiet minimi għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd:
1. |
Kull folja tal-ġurnal ta’ abbord għandu jkollha numru. |
2. |
Il-ġurnal ta’ abbord għandu jimtela kuljum (f’nofsillejl) jew qabel il-wasla fil-port. |
3. |
Il-ġurnal ta’ abbord għandu jimtela f’każ ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar. |
4. |
Kopja waħda tal-folji għandha tibqa’ mehmuża mal-ġurnal ta’ abbord. |
5. |
Il-ġurnali ta’ abbord għandhom jinżammu abbord il-bastiment biex ikopru perjodu ta’ sena waħda ta’ ħidma. |
Tagħrif minimu standard għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd:
1. |
Isem il-kaptan u l-indirizz tiegħu. |
2. |
Id-dati u l-portijiet tat-tluq u d-dati u l-portijiet tal-wasla. |
3. |
Isem il-bastiment, in-numru tiegħu fir-reġistru, in-numru tal-ICCAT tiegħu, il-kodiċi internazzjonali tar-radju u n-numru tal-OMI (jekk dan ikun disponibbli). |
4. |
L-irkaptu tas-sajd:
|
5. |
L-attivitajiet fuq il-baħar, b’linja waħda (mill-inqas) għal kull jum tal-vjaġġ, li tkun tinkludi t-tagħrif li ġej:
|
6. |
Il-firma tal-kaptan. |
7. |
Il-mezz tal-użin: stima, użin abbord. |
8. |
Fil-ġurnal ta’ abbord, il-piż tal-ħut għandu jingħata f’ammont li jkun ekwivalenti għall-piż tal-ħut ħaj u għandhom jissemmew il-fatturi ta’ konverżjoni użati fl-evalwazzjoni. |
Tagħrif minimu għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd fil-każ ta’ ħatt l-art jew tat-trażbord:
1. |
Id-dati ta’ ħatt l-art jew tat-trażbord u l-port fejn dan iseħħ. |
2. |
Il-prodotti:
|
3. |
Il-firma tal-kaptan jew tal-aġent tal-bastiment. |
4. |
Fil-każ tat-trażbord: isem il-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu. |
Tagħrif minimu għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd fil-każ tat-trasferiment għal ġol-gaġeġ:
1. |
Id-data u l-ħin tat-trasferiment u l-pożizzjoni (il-latitudni/il-lonġitudni) fejn dan iseħħ. |
2. |
Il-prodotti:
|
3. |
Isem il-bastiment tal-irmunkar, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu. |
4. |
Isem il-farm tal-ħut destinatarju u n-numru tal-ICCAT tiegħu. |
5. |
Fil-każ ta’ attività konġunta tas-sajd, minbarra t-tagħrif imniżżel fil-punti 1 sa 4, il-kaptani għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord tagħhom:
|
B. BASTIMENTI TAL-IRMUNKAR
1. |
Il-kaptan ta’ bastiment tal-irmunkar għandu jirreġistra fil-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum id-data u l-ħin tat-trasferiment u l-pożizzjoni fejn dan iseħħ, il-kwantitajiet ta’ ħut ittrasferiti (l-għadd ta’ ħut u l-kwantità tiegħu f’kilogrammi), in-numru tal-gaġġa, kif ukoll isem il-bastiment tal-qbid, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu, l-ismijiet tal-bastimenti l-oħrajn involuti u n-numri tal-ICCAT tagħhom, il-farm tal-ħut destinatarju u n-numru tal-ICCAT tiegħu u n-numru tal-ITD. |
2. |
It-trasferimenti l-oħrajn tal-ħut għal fuq bastimenti awżiljarji jew għal fuq bastimenti oħrajn tal-irmunkar għandhom jiġu rrappurtati billi jingħata l-istess tagħrif bħal dak imsemmi fil-punt 1, kif ukoll billi jingħataw isem il-bastiment awżiljarju jew il-bastiment tal-irmunkar, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu u n-numru tal-ITD. |
3. |
Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum għandu jinkludi d-dettalji tat-trasferimenti kollha mwettqin matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum għandu jinżamm abbord il-bastiment u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta’ kontroll. |
C. BASTIMENTI AWŻILJARJI
1. |
Il-kaptan ta’ bastiment awżiljarju għandu jirreġistra l-attivitajiet fil-ġurnal ta’ abbord kuljum u għandu jinkludi d-data, il-ħin u l-pożizzjonijiet, il-kwantitajiet ta’ tonn imtella’ abbord, u isem il-bastiment tas-sajd, il-farm tal-ħut jew it-tunnara li l-kaptan ta’ bastiment awżiljarju jkun qed jaħdem magħha. |
2. |
Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum għandu jinkludi d-dettalji tal-attivitajiet kollha mwettqin matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum għandu jinżamm abbord il-bastiment u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta’ kontroll. |
D. BASTIMENTI TAL-IPPROĊESSAR
1. |
Fil-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum, il-kaptan ta’ bastiment tal-ipproċessar għandu jdaħħal id-data u l-ħin li fihom saru l-attivitajiet u l-pożizzjoni fejn dawn saru, il-kwantitajiet ittrażbordati u l-għadd ta’ tonn li wasal mill-farms tal-ħut, mit-tunnari jew mill-bastimenti tal-qbid, fejn dan ikun applikabbli, u l-piż tiegħu. Il-kaptan għandu jdaħħal ukoll l-ismijiet u n-numri tal-ICCAT ta’ dawk il-farms tal-ħut, it-tunnari jew il-bastimenti tal-qbid. |
2. |
Il-kaptan ta’ bastiment tal-ipproċessar għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tal-ipproċessar ta’ kuljum li jispeċifika l-piż sħiħ tal-ħut ittrasferit jew ittrażbordat u l-għadd tiegħu, il-fattur ta’ konverżjoni użat, u l-piżijiet u l-kwantitajiet mogħtija skont il-preżentazzjoni tal-prodotti. |
3. |
Il-kaptan ta’ bastiment tal-ipproċessar għandu jżomm pjan tal-istivar li juri l-post u l-kwantitajiet ta’ kull speċi u l-preżentazzjoni tagħhom. |
4. |
Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum għandu jinkludi d-dettalji tat-trażbord kollu mwettaq matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum, il-ġurnal ta’ abbord tal-ipproċessar, il-pjan tal-istivar u d-dikjarazzjonijiet oriġinali tat-trażbord tal-ICCAT għandhom jinżammu abbord il-bastiment u għandhom ikunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta’ kontroll. |
ANNESS III
FORMOLA TAR-RAPPORT TAL-QABDIET
Formola tar-rapport tal-qabdiet |
||||||||||||
Bandiera |
Numru tal-ICCAT |
Isem il-bastiment |
Data tal-bidu tar-rapport |
Data ta’ tmiem ir-rapport |
Tul ta’ żmien tar-rapport (f’jiem) |
Data tal-qabda |
Post fejn inqabad il-ħut |
Qabdiet |
Il-piż allokat fil-każ ta’ attività konġunta tas-sajd (f’kilogrammi) |
|||
Latitudni |
Lonġitudni |
Piż (f’kilogrammi) |
Għadd ta’ ħut |
Piż medju (f’kilogrammi) |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS IV
FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TAL-PARTEĊIPAZZJONI F’ATTIVITÀ KONĠUNTA TAS-SAJD
Attività konġunta tas-sajd |
||||||||
Stat tal-bandiera |
Isem il-bastiment |
Numru tal-ICCAT |
Tul ta’ żmien tal-attività |
Identità tal-operaturi |
Kwota individwali tal-bastiment |
Skema ta’ allokazzjoni għal kull bastiment |
Farm tat-tismin u tat-trobbija tal-ħut destinatarju |
|
PKK |
Numru tal-ICCAT |
|||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Data: …
Validazzjoni tal-Istat tal-bandiera: …
ANNESS V
DIKJARAZZJONI TAT-TRAŻBORD TAL-ICCAT
ANNESS VI
DIKJARAZZJONI TAT-TRASFERIMENT TAL-ICCAT
ANNESS VII
TAGĦRIF MINIMU GĦALL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD (1)
A. IDENTIFIKAZZJONI
1. |
Numru ta’ reġistrazzjoni tal-ICCAT |
2. |
Isem il-bastiment tas-sajd |
3. |
Numru estern tar-reġistrazzjoni (ittri u numri) |
B. KUNDIZZJONIJIET TAS-SAJD
1. |
Data tal-ħruġ |
2. |
Perjodu tal-validità |
3. |
Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, inklużi, fejn dan ikun xieraq, l-ispeċi, iż-żona, l-irkaptu tas-sajd u kwalunkwe kundizzjoni oħra applikabbli li toħroġ minn dan ir-Regolament u/jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
|
(1) Dan jinsab fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
ANNESS VIII
PROGRAMM TA’ OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
ĦATRA TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
1. |
Kull osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jkollu l-kwalifiki li ġejjin biex iwettaq il-kompiti tiegħu:
|
OBBLIGI TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
2. |
L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom:
|
KOMPITI TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
3. |
Il-kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu:
|
4. |
L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jittratta t-tagħrif kollu dwar l-attivitajiet tas-sajd u tat-trasferiment tal-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u tal-farms tal-ħut bħala tagħrif kunfidenzjali u għandu jaċċetta dak ir-rekwiżit bil-miktub biex jinħatar bħala osservatur reġjonali tal-ICCAT. |
5. |
L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti tal-Istat tal-bandiera jew tal-Istat tal-farm tal-ħut li taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jkun jaqa’ l-bastiment jew il-farm tal-ħut li għalih l-osservatur reġjonali tal-ICCAT ikun assenjat. |
6. |
L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jirrispetta l-ġerarkija u jħares ir-regoli ġenerali tal-imġiba li japplikaw għall-persunal kollu li jaħdem fuq il-bastiment u fil-farm tal-ħut, dejjem jekk dawn ir-regoli ma jxekklux id-dmirijiet tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT fil-kuntest ta’ dan il-programm u l-obbligi tal-persunal tal-bastimenti u tal-farms tal-ħut mogħtija fil-punt 7 ta’ dan l-Anness u fl-Artikolu 39. |
OBBLIGI TAL-ISTATI MEMBRI TAL-BANDIERA FIL-KONFRONT TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
7. |
L-Istati Membri responsabbli għall-bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, għall-farm tal-ħut jew għat-tunnara għandhom jiżguraw li l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT:
|
SPEJJEŻ LI ĠEJJIN MILL-PROGRAMM TA’ OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
8. |
L-operaturi tal-farms tal-ħut jew sidien il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandhom iħallsu l-ispejjeż kollha li ġejjin mill-attivitajiet tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT. |
ANNESS IX
SKEMA TAL-ICCAT TA’ SPEZZJONI INTERNAZZJONALI KONĠUNTA
Waqt ir-Raba’ Laqgħa Regolari tagħha (li saret f’Madrid f’Novembru tal-1975) u waqt il-Laqgħa Annwali tagħha tal-2008 li saret f’Marrakesh, l-ICCAT qablet dwar dan li ġej:
Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni tal-ICCAT tirrakkomanda li jiġu stabbiliti l-arranġamenti li ġejjin għall-kontrolli internazzjonali fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali, biex ikun żgurat li l-Konvenzjoni u l-miżuri li huma fis-seħħ abbażi tagħha jiġu applikati:
I. KSUR SERJU
1. |
Għall-finijiet ta’ dawn il-proċeduri, ksur serju jfisser il-ksur li ġej tad-dispożizzjonijiet tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-ICCAT adottati minn din il-Kummissjoni:
|
2. |
Fil-każ ta’ kwalunkwe tlugħ abbord bastiment tas-sajd u spezzjoni tiegħu li matulha l-ispettur awtorizzat josserva attività jew kundizzjoni li tista’ tikkostitwixxi ksur serju, kif iddefinit fil-punt 1, l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastimenti ta’ spezzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd b’dan, kemm b’mod dirett u kemm permezz tas-Segretarjat tal-ICCAT. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-ispettur għandu jgħarraf ukoll lil kwalunkwe bastiment ta’ spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun jaf li jinsab fil-qrib. |
3. |
L-ispettur tal-ICCAT għandu jirreġistra, fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment tas-sajd, l-ispezzjonijiet li jwettaq u kwalunkwe ksur li jidentifika matulhom. |
4. |
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l-ispezzjoni msemmija fil-punt 2, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf kull attività tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni. |
5. |
Jekk il-bastiment ma jintalabx jipproċedi lejn il-port, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa għal dan fil-ħin lill-Kummissjoni, li għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT, li għandu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn, jekk dawn jitolbu dan. |
II. TWETTIQ TAL-ISPEZZJONIJIET
6. |
L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu minn spetturi maħturin mill-Partijiet Kontraenti. L-ismijiet tal-aġenziji tal-gvern awtorizzati u ta’ kull spettur maħtur għal dak il-għan mill-gvernijiet rispettivi tagħhom għandhom jintbagħtu lill-ICCAT. |
7. |
Il-bastimenti li jwettqu dmirijiet ta’ imbarkazzjoni u ta’ spezzjoni internazzjonali skont dan l-Anness għandhom itajru bandiera jew fjamma speċjali approvata mill-Kummissjoni tal-ICCAT u maħruġa mis-Segretarjat tal-ICCAT. L-ismijiet tal-bastimenti li jintużaw b’dan il-mod għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat tal-ICCAT malli jkun jista’ jsir dan qabel jibdew l-attivitajiet ta’ spezzjoni. Is-Segretarjat tal-ICCAT għandu jqiegħed it-tagħrif dwar il-bastimenti ta’ spezzjoni maħturin għad-dispożizzjoni tal-PKK kollha, fosthom billi jpoġġi dan it-tagħrif fuq is-sit elettroniku tiegħu li huwa protett b’password. |
8. |
Kull spettur għandu jġorr dokument tal-identità xieraq maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera, li għandu jkun fil-forma murija fil-punt 21 ta’ dan l-Anness. |
9. |
Suġġett għall-arranġamenti miftiehma fil-kuntest tal-punt 16, bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Parti Kontraenti u li jkun qed jistad għat-tonn jew għall-ħut li jixbhu fiż-Żona tal-Konvenzjoni barra l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tiegħu għandu jieqaf meta jingħata s-sinjal ix-xieraq tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali minn bastiment li jtajjar il-fjamma tal-ICCAT deskritta fil-punt 7 u li jkollu spettur abbord, sakemm il-bastiment ma jkunx qed iwettaq attivitajiet tas-sajd dak il-ħin stess, f’liema każ għandu jieqaf minnufih hekk kif itemm it-tali attivitajiet. Kif speċifikat fil-punt 10, il-kaptan tal-bastiment għandu jippermetti lit-tim tal-ispezzjoni jitla’ abbord u għandu jipprovdilu sellum biex jitla’ abbord. Il-kaptan għandu jippermetti lit-tim tal-ispezzjoni jagħmel dawk l-eżamijiet tat-tagħmir, tal-qabda jew tal-irkaptu u ta’ kwalunkwe dokument rilevanti li l-ispettur iqis li jkunu meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun qed jiġi spezzjonat. Barra minn hekk, l-ispettur jista’ jitlob kwalunkwe spjegazzjoni li huwa jqis li tkun meħtieġa. |
10. |
L-uffiċjal kmandant tal-bastiment tal-ispezzjoni għandu jiddeċiedi kemm għandu jkun kbir it-tim tal-ispezzjoni filwaqt li jqis iċ-ċirkustanzi rilevanti. It-tim tal-ispezzjoni għandu jkun żgħir kemm jista’ jkun sabiex iwettaq b’sikurezza u sigurtà d-dmirijiet mogħtija f’dan l-Anness. |
11. |
Meta jitla’ abbord il-bastiment, l-ispettur għandu jipprovdi d-dokument tal-identità deskritt fil-punt 8. L-ispettur għandu jħares ir-regoli, il-proċeduri u l-prattiki internazzjonali aċċettati b’mod ġenerali li għandhom x’jaqsmu mas-sikurezza tal-bastiment li qed jiġi spezzjonat u tal-ekwipaġġ tiegħu, u għandu jnaqqas kemm jista’ jkun l-interferenza fl-attivitajiet tas-sajd jew fl-istivar tal-prodotti u, sa fejn ikun prattikabbli, għandu jevita li jieħu azzjonijiet li jistgħu jaffettwaw ħażin il-kwalità tal-qabda li jkun hemm abbord.
Kull spettur għandu jillimita l-inkjesti tiegħu għall-aċċertazzjoni ta’ jekk humiex imħarsa r-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat. Huwa u jwettaq l-ispezzjoni, spettur jista’ jistaqsi lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd għal kwalunkwe għajnuna li tista’ tkun meħtieġa. L-ispettur għandu jħejji rapport tal-ispezzjoni f’forma approvata mill-Kummissjoni tal-ICCAT. L-ispettur għandu jiffirma r-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment, li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li l-kaptan tal-bastiment jaħseb li hija xierqa, jew li jitlob li din tiżdied mar-rapport, u li għandu jiffirma ħdejn it-tali osservazzjonijiet. |
12. |
Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-gvern tat-tim tal-ispezzjoni, li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi kopji tiegħu lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-Kummissjoni tal-ICCAT. Meta jiġi nnutat kwalunkwe ksur tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, l-ispettur għandu jgħarraf b’dan ukoll lil kwalunkwe bastiment ta’ spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun jaf li jinsab fil-qrib, meta dan ikun possibbli. |
13. |
L-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat għandu jittratta l-fatt li jkun hemm reżistenza għal spettur jew li ma jkunx hemm konformità mal-istruzzjonijiet tal-ispettur bl-istess mod li bih jittratta t-tali aġir meta dan isir fil-konfront ta’ spettur nazzjonali. |
14. |
L-ispetturi għandhom jaqdu dmirijiethom fil-kuntest ta’ dawn l-arranġamenti skont ir-regoli mogħtija f’dan ir-Regolament, iżda għandhom jibqgħu taħt il-kontroll operattiv tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom u għandhom ikunu responsabbli lejhom. |
15. |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom iqisu r-rapporti ta’ spezzjoni, il-folji tat-tagħrif dwar il-lemħ skont ir-Rakkomandazzjoni 94-09 tal-ICCAT u d-dikjarazzjonijiet li jkunu ġejjin minn spezzjonijiet tad-dokumenti magħmulin minn spetturi barranin fil-kuntest ta’ dawn l-arranġamenti u jaġixxu fuqhom bl-istess mod li bih iqisu r-rapporti tal-ispetturi nazzjonali, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Dan il-punt ma għandu jimponi l-ebda obbligu fuq xi Parti Kontraenti li tagħti lir-rapport ta’ spettur barrani valur ogħla bħala prova milli kien ikollu fil-pajjiż tal-ispettur stess. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkollaboraw bejniethom biex jiffaċilitaw il-proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti oħrajn li jkun hemm minħabba rapport ta’ spettur li jkun sar fil-kuntest ta’ dawn l-arranġamenti. |
16. |
|
17. |
|
18. |
L-ispettur għandu jwaħħal marka tal-identifikazzjoni approvata mill-Kummissjoni tal-ICCAT ma’ kwalunkwe rkaptu tas-sajd spezzjonat li jidher li jkun qed jikser ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat u għandu jirreġistra dan il-fatt fir-rapport tal-ispezzjoni. |
19. |
L-ispettur jista’ jieħu ritratti tal-irkaptu, tat-tagħmir, tad-dokumentazzjoni u ta’ kwalunkwe element ieħor li l-ispettur iqis li jkun meħtieġ, b’tali mod li jiġu żvelati dawk il-karatteristiċi li, fl-opinjoni tiegħu, mhumiex konformi mar-regolament fis-seħħ, f’liema każ l-oġġetti li jitteħdilhom ritratt għandhom jitniżżlu fir-rapport u kopji tar-ritratti għandhom jinhemżu mal-kopja tar-rapport maħsuba għall-Istat tal-bandiera. |
20. |
L-ispettur għandu jispezzjona l-qabda kollha abbord, skont il-bżonn, sabiex jistabbilixxi l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. |
21. |
Il-mudell tal-karta tal-identità tal-ispetturi huwa mogħti hawn taħt:
|
ANNESS X
STANDARDS MINIMI GĦALL-PROĊEDURI GĦAR-REĠISTRAZZJONI BIL-VIDJOKAMERA
Attivitajiet ta’ trasferiment
1. |
L-apparat elettroniku għall-ħżin li jkun fih ir-reġistrazzjoni oriġinali bil-vidjokamera għandu jingħata lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT malajr kemm jista’ jkun wara li tintemm l-attività tat-trasferiment, u dan għandu jpoġġi l-inizjali tiegħu fuqu minnufih biex jiġi evitat li jkun hemm iktar manipulazzjoni. |
2. |
Ir-reġistrazzjoni oriġinali għandha tinżamm abbord il-bastiment tal-qbid jew mill-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara, fejn dan ikun xieraq, għall-perjodu kollu tal-awtorizzazzjoni. |
3. |
Għandhom jiġu prodotti żewġ kopji identiċi tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera. Kopja waħda għandha tintbagħat lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u l-kopja l-oħra għandha tintbagħat, flimkien mal-ITD u mal-qabdiet assoċjati li magħhom għandha x’taqsam, lill-osservatur nazzjonali abbord il-bastiment tal-irmunkar. Dik il-proċedura għandha tapplika biss għall-osservaturi nazzjonali fil-każ ta’ trasferimenti bejn il-bastimenti tal-irmunkar. |
4. |
Għandu jidher in-numru tal-awtorizzazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT fil-bidu ta’ kull vidjow jew fi tmiemu, jew it-tnejn,. |
5. |
Il-ħin u d-data tal-vidjow għandhom jidhru b’mod kontinwu matul kull reġistrazzjoni bil-vidjokamera. |
6. |
Qabel ma jibda t-trasferiment, il-vidjow għandu jinkludi l-ftuħ u l-għeluq tax-xibka jew tal-bieb u filmat li juri jekk il-gaġeġ li minnhom ikun ser jinħareġ it-tonn u li fihom ikun ser jiddaħħal ikunx diġà fihom it-tonn jew le. |
7. |
Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun kontinwa, mingħajr interruzzjonijiet jew qtugħ, u għandha tkopri l-attività kollha tat-trasferiment. |
8. |
Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta’ tonn li jkun qed jiġi ttrasferit. |
9. |
Jekk ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta’ tonn li jkun qed jiġi ttrasferit, għandu jsir trasferiment ta’ kontroll. L-operatur jista’ jitlob lill-awtoritajiet tal-bandiera tal-bastiment jew tat-tunnara jwettqu trasferiment ta’ kontroll. Fil-każ li l-operatur ma jitlobx tali trasferiment ta’ kontroll jew ir-riżultat ta’ dak it-trasferiment volontarju ma jkunx sodisfaċenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll għandhom jitolbu trasferimenti ta’ kontroll daqskemm ikun meħtieġ sa meta issir disponibbli reġistrazzjoni bil-vidjokamera ta’ kwalità suffiċjenti. Tali trasferiment ta’ kontroll għandu jinkludi trasferiment tat-tonn kollu ta’ ġol-gaġġa li fiha jkun iddaħħal it-tonn għal ġo gaġġa oħra li għandha tkun vojta. Meta l-oriġini tal-ħut tkun tunnara, it-tonn li jkun diġà ġie trasferit mit-tunnara għall-gaġġa li jiddaħħal fiha jista’ jintbagħat lura lejn it-tunnara, u f’dan il-każ, it-trasferiment ta’ kontroll għandu jiġi kkanċellat taħt is-superviżjoni tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT. |
Attivitajiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ
1. |
L-apparat elettroniku għall-ħżin li jkun fih ir-reġistrazzjoni oriġinali bil-vidjokamera għandu jingħata lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT malajr kemm jista’ jkun wara li tintemm l-attività ta’ tqegħid fil-gaġeġ, u dan għandu jpoġġi l-inizjali tiegħu fuqu minnufih biex jiġi evitat li jkun hemm iktar manipulazzjoni. |
2. |
Ir-reġistrazzjoni oriġinali għandha tinżamm mill-farm tal-ħut, fejn dan ikun applikabbli, għall-perjodu kollu tal-awtorizzazzjoni. |
3. |
Għandhom jiġu prodotti żewġ kopji identiċi tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera. Kopja waħda għandha tintbagħat lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT li jkun hemm fil-farm tal-ħut. |
4. |
Għandu jidher in-numru tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ tal-ICCAT fil-bidu ta’ kull vidjow jew fi tmiemu, jew it-tnejn,. |
5. |
Il-ħin u d-data tal-vidjow għandhom jidhru b’mod kontinwu matul kull reġistrazzjoni bil-vidjokamera. |
6. |
Qabel ma jibda t-tqegħid fil-gaġeġ, il-vidjow għandu jinkludi l-ftuħ u l-għeluq tax-xibka jew tal-bieb u għandu juri jekk il-gaġeġ li minnhom ikun ser jinħareġ it-tonn u li fihom ikun ser jiddaħħal ikunx diġà fihom it-tonn jew le. |
7. |
Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun kontinwa, mingħajr interruzzjonijiet jew qtugħ, u għandha tkopri l-attività kollha tat-tqegħid fil-gaġeġ. |
8. |
Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta’ tonn li jkun qed jiġi ttrasferit. |
9. |
Jekk ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta’ tonn li jkun qed jiġi ttrasferit, l-awtoritajiet ta’ kontroll għandhom jitolbu li ssir attività ġdida ta’ tqegħid fil-gaġeġ. Matul l-attività l-ġdida ta’ tqegħid fil-gaġeġ, it-tonn kollu ta’ ġol-gaġġa tal-farm tal-ħut li fiha jkun iddaħħal it-tonn għandu jiġi ttrasferit għal ġo gaġġa oħra tal-farm tal-ħut li trid tkun vojta. |
ANNESS XI
STANDARDS U PROĊEDURI GĦAS-SISTEMI TAL-KAMERA STERJOSKOPIĊI FIL-KUNTEST TAL-ATTIVITAJIET TA’ TQEGĦID FIL-GAĠEĠ
A. Użu tas-sistemi tal-kamera sterjoskopiċi
L-użu tas-sistemi tal-kamera sterjoskopiċi fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ, kif mitlub mill-Artikolu 51, għandu jsir skont dan li ġej:
1. |
Għall-kampjuni tal-ħut ħaj, ma għandux jittieħed perċentwal ta’ inqas minn 20 % tal-ammont ta’ ħut li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ. Fejn dan ikun teknikament possibbli, il-kampjuni tal-ħut ħaj għandhom jittieħdu f’sekwenza, jiġifieri trid titkejjel ħuta waħda minn kull ħamsa; il-ħut meqjus fit-tali kampjuni għandu jitkejjel f’distanza ta’ bejn żewġ u tmien metri ’l bogħod mill-kamera. |
2. |
Id-daqs tal-bieb ta’ trasferiment li jgħaqqad il-gaġġa li minnha jkun ser jinħareġ il-ħut mal-gaġġa li fiha jkun ser jiddaħħal ma għandux ikun wiesa’ iktar minn 10 metri u għoli iktar minn 10 metri. |
3. |
Fejn ikun hemm distribuzzjoni multimodali tal-kejl tat-tul tal-ħut (jiġifieri jkun hemm żewġ koorti jew iktar ta’ daqsijiet differenti), wieħed għandu jkun jista’ juża iktar minn algoritmu ta’ konverżjoni wieħed għall-istess attività ta’ tqegħid fil-gaġeġ; għandhom jintużaw l-iktar algoritmi reċenti stabbiliti mill-SCRS biex it-tulijiet sal-qasma tad-denb jinqalbu f’piżijiet totali, skont il-kategorija tad-daqs tal-ħut imkejjel matul l-attività ta’ tqegħid fil-gaġeġ. |
4. |
Il-kejl sterjoskopiku tat-tul għandu jiġi vvalidat qabel kull attività ta’ tqegħid fil-gaġeġ billi tintuża skala grafika f’distanza ta’ bejn żewġ u tmien metri. |
5. |
Fejn jintbagħtu r-riżultati tal-programm sterjoskopiku, għandu jintbagħat ukoll tagħrif dwar il-marġni ta’ żball inerenti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema ta’ kamera sterjoskopiċi, li ma għandux jaqbeż firxa ta’ +/- 5 %. |
6. |
Ir-rapport dwar ir-riżultati tal-programm sterjoskopiku għandu jinkludi dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha msemmijin hawn fuq, fosthom l-intensità tat-teħid tal-kampjuni, il-metodu tat-teħid tal-kampjuni, id-distanza mill-kamera, id-daqs tal-bieb ta’ trasferiment u l-algoritmi (ir-relazzjoni bejn it-tul u l-piż). L-SCRS għandu jeżamina mill-ġdid dawk l-ispeċifikazzjonijiet u għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex dawn jinbidlu, jekk ikun hemm bżonn. |
7. |
F’każijiet fejn il-filmat meħud bil-kamera sterjoskopika ma jkunx ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat il-piż tat-tonn li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ, l-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għall-farm tal-ħut jew għat-tunnara għandhom jordnaw li ssir attività ġdida ta’ tqegħid fil-gaġeġ. |
B. Preżentazzjoni tar-riżultati tal-programmi u l-użu tagħhom
1. |
Id-deċiżjonijiet dwar id-differenzi li jkun hemm bejn ir-rapport tal-qabdiet u r-riżultati li joħorġu mill-programm tas-sistema sterjoskopika għandhom jittieħdu fil-livell tal-qabdiet tal-attività konġunta tas-sajd jew tal-qabdiet totali fit-tunnara fil-każ tal-qabdiet tal-attivitajiet konġunti tas-sajd u tal-qabdiet fit-tunnari li jkunu maħsubin biex jintbagħtu f’faċilità ta’ farm tal-ħut li jkunu jinvolvu PKK waħda u/jew Stat Membru wieħed. Id-deċiżjoni dwar id-differenzi li jkun hemm bejn ir-rapport tal-qabdiet u r-riżultati li joħorġu mill-programm tas-sistema sterjoskopika għandha tittieħed fil-livell tal-attivitajiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ fil-każ tal-attivitajiet konġunti tas-sajd li jkunu jinvolvu iktar minn PKK waħda u/jew Stat Membru wieħed, sakemm l-awtoritajiet tal-PKK u/jew tal-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti tal-qbid involuti fl-attività konġunta tas-sajd ma jiftehmux kollha mod ieħor bejniethom. |
2. |
Fi żmien 15-il jum mid-data tat-tqegħid f’gaġġa, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jibgħat rapport lill-Istat Membru jew lill-PKK li jkunu responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara u lill-Kummissjoni, li għandu jinkludi d-dokumenti li ġejjin:
|
3. |
Meta jirċievu r-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skont is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
4. |
Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla rilevanti fil-BCD, iċ-ċifri (għall-għadd u għall-piż) imniżżlin fit-Taqsima 2 għandhom ikunu l-istess bħal dawk imniżżlin fit-Taqsima 6, u ċ-ċifri mniżżlin fit-Taqsimiet 3, 4 u 6 ma għandhomx ikunu ogħla minn dawk imniżżlin fit-Taqsima 2. |
5. |
Fil-każ ta’ kumpens tad-differenzi li nstabu fir-rapporti individwali dwar it-tqegħid fil-gaġeġ fl-attivitajiet kollha ta’ tqegħid fil-gaġeġ ta’ attività konġunta tas-sajd jew ta’ tunnara, kemm jekk ikun hemm bżonn issir attività ta’ rilaxx u kemm jekk le, il-BCDs rilevanti kollha għandhom jinbidlu abbażi tal-iktar medda baxxa tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika. Il-BCDs marbutin mal-kwantitajiet ta’ tonn mitluq il-baħar ukoll għandhom jinbidlu biex ikunu jirriflettu l-piż jew l-għadd ta’ tonn mitluq il-baħar. Il-BCDs marbutin mal-kwantitajiet ta’ tonn li ma jkunx intelaq il-baħar iżda li r-riżultati dwaru li jkunu ħarġu mis-sistemi sterjoskopiċi jew mill-użu ta’ tekniki alternattivi jkunu jvarjaw mill-kwantitajiet tiegħu ddikjarati bħala maqbudin u ttrasferiti wkoll għandhom jiġu emendati biex ikunu jirriflettu dawk id-differenzi.
Il-BCDs marbutin mal-qabdiet li minnhom ikun intelaq it-tonn il-baħar ukoll għandhom jinbidlu biex ikunu jirriflettu l-piż jew l-għadd ta’ tonn mitluq il-baħar. |
ANNESS XII
PROTOKOLL TAR-RILAXX
1.
Ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut għal ġol-baħar għandu jiġi rreġistrat b’vidjokamera u jiġi osservat minn osservatur reġjonali tal-ICCAT li għandu jħejji rapport u jibagħtu, flimkien mar-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera, lis-Segretarjat tal-ICCAT.
2.
Fejn tkun inħarġet ordni tar-rilaxx, l-operatur tal-farm tal-ħut għandu jitlob li jiġi assenjat osservatur reġjonali tal-ICCAT għal dak il-farm tal-ħut.
3.
Ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trasport jew minn ġot-tunnari għal ġol-baħar għandu jiġi osservat minn osservatur nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-irmunkar jew għat-tunnara, li għandu jħejji rapport u jibagħtu lill-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat Membru responsabbli.
4.
Qabel ma sseħħ attività ta’ rilaxx, l-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istati Membri jistgħu jordnaw li jsir trasferiment ta’ kontroll bl-użu ta’ kameras standard u/jew sterjoskopiċi biex jiġu stmati l-għadd ta’ ħut li jrid jintelaq il-baħar u l-piż tiegħu.
5.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimplimentaw kull miżura oħra li huma jqisu li hija meħtieġa biex ikun żgurat li l-attivitajiet ta’ rilaxx jitwettqu fiż-żmien u fil-post l-aktar xierqa biex tiżdied il-probabbiltà li l-ħut wara jmur lura fil-ġliba. L-operatur għandu jkun responsabbli għas-sopravivenza tal-ħut sakemm dan jintelaq il-baħar. Dawk l-attivitajiet ta’ rilaxx għandhom iseħħu fi żmien tliet ġimgħat minn meta jitlestew l-attivitajiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ.
6.
Wara li jitlestew l-attivitajiet tal-qtil, il-ħut li jkun għad baqa’ fil-farm tal-ħut li ma jkunx kopert mill-BCD għandu jintelaq il-baħar skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 41(2) u f’dan l-Anness.
ANNESS XIII
TRATTAMENT TAL-ĦUT MEJJET
Matul l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, il-kwantitajiet ta’ ħut li jinstab mejjet fit-tartarun għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment tas-sajd u għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru kif xieraq.
Reġistrazzjoni u trattament tal-ħut mejjet waqt l-ewwel trasferiment:
1. |
Il-BCD għandu jingħata lill-operatur tal-bastiment tal-irmunkar bit-Taqsimiet 2, 3 u 4 (intitolati “Il-qabda totali”, “Il-kummerċ tal-ħut ħaj” u “It-trasferiment, inkluż il-ħut ‘mejjet’” rispettivament) mimlijin. Il-kwantitajiet totali mniżżlin fit-Taqsimiet 3 u 4 għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet imniżżlin fit-Taqsima 2. Mal-BCD għandu jkun hemm l-ITD oriġinali f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-kwantitajiet imniżżlin fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT (ta’ ħut ittrasferit ħaj) għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet imniżżlin fit-Taqsima 3 tal-BCD marbut magħha. |
2. |
Il-parti tal-BCD li tkun tinkludi t-Taqsima 8 (intitolata “Tagħrif dwar il-kummerċ”) għandha timtela u tingħata lill-operatur tal-bastiment awżiljarju li jkun qed iġorr it-tonn mejjet lejn l-art (jew inkella din għandha tinżamm abbord il-bastiment tal-qbid jekk dan it-tonn jinħatt direttament l-art). Ma’ dik il-parti tal-BCD u ma’ dak il-ħut mejjet għandu jkun hemm kopja tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT. |
3. |
Il-kwantitajiet ta’ ħut mejjet għandhom jitniżżlu fil-BCD tal-bastiment tal-qbid li jkun qabadhom jew, fil-każ tal-attivitajiet konġunti tas-sajd, fil-BCD tal-bastimenti tal-qbid jew ta’ bastiment li jtajjar bandiera oħra li jkun qed jieħu sehem fl-attività konġunta tas-sajd. |
ANNESS XIV
DIKJARAZZJONI TAL-ICCAT DWAR IT-TQEGĦID FIL-GAĠEĠ (1)
Isem il-bastiment |
Bandiera |
Numru ta’ reġistrazzjoni/Numru identifikabbli tal-gaġġa |
Data meta nqabad il-ħut |
Post fejn inqabad il-ħut (il-lonġitudni u l-latitudni) |
Numru tal-eBCD |
Data tal-eBCD |
Data tat-tqegħid fil-gaġeġ |
Kwantità ta’ ħut imqiegħda fil-gaġġa (f’tunnellati) |
Għadd ta’ ħut imqiegħed fil-gaġġa għall-finijiet tat-tismin |
Kompożizzjoni tad-daqsijiet |
Faċilità tat-trobbija (*1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Din hija d-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ li tinsab fir-Rakkomandazzjoni 06-07 tal-ICCAT.
(*1) Faċilità awtorizzata biex topera għat-tismin tat-tonn maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni.
ANNESS XV
STANDARDS MINIMI GĦALL-ISTABBILIMENT TA’ VMS FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-ICCAT (1)
1.
Minkejja kwalunkwe rekwiżit iktar strett li jaf ikun japplika għal tipi speċifiċi ta’ sajd tal-ICCAT, kull Stat Membru tal-bandiera għandu jimplimenta VMS għall-bastimenti tas-sajd tiegħu li jkollhom tul totali ta’iktar minn 15-il metru li jkunu awtorizzati jistadu f’ilmijiet lil hinn mill-ġuriżdizzjoni tiegħu u għandu:
(a) |
jitlob lill-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammrin b’sistema awtonoma li tkun kapaċi turi kull tbagħbis u li tibgħat messaġġi b’mod awtomatiku u kontinwu u mingħajr ebda intervent min-naħa tal-bastiment liċ-ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd (“iċ-ĊMS") tal-Istat Membru tal-bandiera biex dan ikun jista’ jimmonitorja l-pożizzjoni, ir-rotta u l-veloċità tagħhom; |
(b) |
jiżgura li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd jiġbor id-data li ġejja u jittrażmettiha b’mod kontinwu liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera:
|
(c) |
jiżgura li ċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera jiġi mgħarraf b’mod awtomatiku f’każ li tiġi interrotta l-komunikazzjoni bejnu u bejn l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita; |
(d) |
b’kooperazzjoni mal-Istat kostali, jiżgura li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jittrażmettu meta jkunu qed jistadu fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ dak l-Istat kostali jiġu trażmessi b’mod awtomatiku u f’ħin reali wkoll liċ-ĊMS tal-Istat kostali li jkun awtorizza dik l-attività. Hija u tiġi implimentata din id-dispożizzjoni, għandu jitqies kif xieraq il-fatt li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-ispejjeż operattivi, id-diffikultajiet tekniċi u l-piż amministrattiv marbutin mat-trażmissjoni ta’ dawn il-messaġġi; u |
(e) |
jiżgura li jiġu ffaċilitati t-trażmissjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni, kif deskritt fil-punt (d), iċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Istat kostali għandhom jiskambjaw id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom bejniethom u għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih b’kwalunkwe bidla f’dawn id-dettalji. Iċ-ĊMS tal-Istat kostali għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera jew liċ-ĊMS tal-PKK tal-bandiera b’kwalunkwe interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu trażmessi bejn iċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera jew iċ-ĊMS tal-PKK tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Istat kostali b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura tal-komunikazzjoni. |
2.
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex jiżgura li l-messaġġi tal-VMS jintbagħtu u jaslu kif speċifikat fil-paragrafu 1 u għandu juża din l-informazzjoni biex jimmonitorja b’mod kontinwu l-pożizzjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.
3.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jiżguraw li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jkun qed jaħdem b’mod kontinwu l-ħin kollu u li l-informazzjoni identifikata fil-paragrafu 1, punt (b), tinġabar u tiġi trażmessa tal-inqas darba fis-siegħa għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u tal-inqas darba kull sagħtejn għall-bastimenti l-oħrajn kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi tal-bastimenti tagħhom jiżguraw:
(a) |
li ma jkun hemm l-ebda tbagħbis fl-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita; |
(b) |
li d-data tal-VMS ma tinbidel bl-ebda mod; |
(c) |
li l-antenni li jkunu mqabbdin mal-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma jkunu mfixkla bl-ebda mod; |
(d) |
li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jkun integrat fil-bastiment tas-sajd u li l-provvista tal-enerġija ma tkun interrotta b’mod intenzjonali bl-ebda mod; kif ukoll |
(e) |
li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma jitneħħiex minn fuq il-bastiment ħlief biex jissewwa jew biex jinbidel. |
4.
F’każ ta’ ħsara teknika fl-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita installat abbord bastiment tas-sajd jew f’każ li dan ma jkunx qed jaħdem, dan għandu jissewwa jew jinbidel fi żmien xahar minn meta sseħħ il-ħsara jew minn meta ma jibqax jaħdem, sakemm il-bastiment ma jkunx tneħħa mil-lista tal-bastimenti l-kbar tas-sajd awtorizzati, meta dan ikun applikabbli, jew għall-bastimenti li ma għandhomx bżonn jitniżżlu fil-lista tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati, ma jkunx għadha tapplika l-awtorizzazzjoni tas-sajd f’żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni tal-PKK tal-bandiera. Il-bastiment ma għandux ikun awtorizzat jibda vjaġġ tas-sajd b’apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita li jkun difettuż. Barra minn hekk, meta apparat jieqaf jaħdem jew ikollu ħsara teknika waqt vjaġġ tas-sajd, dan għandu jissewwa jew jinbidel malli l-bastiment jidħol fil-port; il-bastiment tas-sajd ma għandux ikun awtorizzat jibda vjaġġ tas-sajd qabel ma l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jkun issewwa jew ikun inbidel.
5.
L-Istati Membri jew il-PKK kollha għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd b’apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita li jkun difettuż għandhom jibagħtu rapporti bl-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-inqas darba kuljum liċ-ĊMS b’mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni (permezz tar-radju, tar-rappurtar abbażi tal-Internet, tal-posta elettronika, tal-faks jew tat-teleks).
6.
L-Istati Membri jew il-PKKs jistgħu jħallu lil bastiment jitfi l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita tiegħu biss jekk dan ma jkunx ser jintuża għas-sajd għal żmien twil (pereżempju meta jkun qed jissewwa f’baċir imbattal mill-ilma), u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK tal-bandiera tiegħu jkunu ġew avżati minn qabel b’dan. L-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita għandu jerġa’ jitqabbad, u jiġbor u jittrażmetti tal-inqas rapport wieħed qabel ma l-bastiment iħalli l-port.
(1) Dawn jinsabu fir-Rakkomandazzjoni 18-10 tal-ICCAT dwar l-Istandards Minimi għas-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.
ANNESS XVI
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI BEJN IR-REGOLAMENT (UE) 2016/1627 U DAN IR-REGOLAMENT
Regolament (UE) 2016/1627 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 1 |
Artikolu 3 |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
– |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 11 |
Artikolu 7 |
Artikolu 12 |
Artikolu 8 |
Artikolu 13 |
Artikolu 9 |
Artikolu 14 |
Artikolu 10 |
Artikolu 16 |
Artikolu 11 |
Artikolu 17 u l-Anness I |
Artikolu 12 |
Artikolu 17 u l-Anness I |
Artikolu 13 |
Artikolu 18 |
Artikolu 14 |
Artikolu 19 |
Artikolu 15 |
Artikolu 20 |
Artikolu 16 |
Artikolu 21 |
Artikolu 17 |
Artikolu 25 |
Artikolu 18 |
Artikolu 22 |
Artikolu 19 |
Artikolu 23 |
Artikolu 20 |
Artikolu 26 |
Artikolu 21 |
Artikolu 4 |
Artikolu 22 |
Artikolu 27 |
Artikolu 23 |
Artikolu 28 |
Artikolu 24 |
Artikolu 30 |
Artikolu 25 |
Artikolu 31 |
Artikolu 26 |
Artikolu 32 |
Artikolu 27 |
Artikolu 36 |
Artikolu 28 |
Artikolu 37 |
Artikolu 29 |
Artikolu 29 |
Artikolu 30 |
Artikolu 33 |
Artikolu 31 |
Artikolu 34 |
Artikolu 32 |
Artikolu 35 |
Artikolu 33 |
Artikolu 40 |
Artikolu 34 |
Artikolu 41 |
Artikolu 35 |
Artikolu 43 |
Artikolu 36 |
Artikolu 44 |
Artikolu 37 |
Artikolu 51 |
Artikolu 38 |
Artikolu 42 |
Artikolu 39 |
Artikolu 45 |
Artikolu 40 |
Artikolu 46 |
Artikolu 41 |
Artikolu 46 |
Artikolu 42 |
Artikolu 47 |
Artikolu 43 |
Artikolu 48 |
Artikolu 44 |
Artikolu 49 |
Artikolu 45 |
Artikolu 50 |
Artikolu 46 |
Artikolu 51 |
Artikolu 47 |
Artikolu 55 |
Artikolu 48 |
Artikolu 56 |
Artikolu 49 |
Artikolu 57 |
Artikolu 50 |
Artikolu 38 |
Artikolu 51 |
Artikolu 39 |
Artikolu 52 |
Artikolu 58 |
Artikolu 53 |
Artikolu 15 |
Artikolu 54 |
Artikolu 59 |
Artikolu 55 |
Artikolu 60 |
Artikolu 56 |
Artikolu 62 |
Artikolu 57 |
Artikolu 63 |
Artikolu 58 |
Artikolu 64 |
Artikolu 59 |
Artikolu 68 |
Artikolu 60 |
Artikolu 70 |
Artikolu 61 |
Artikolu 71 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
Anness III |
Anness V |
Anness IV |
Anness VI |
Anness V |
Anness III |
Anness VI |
Anness IV |
Anness VII |
Anness VIII |
Anness VIII |
Anness IX |
Anness IX |
Anness X |
Anness X |
Anness XI |
Anness XI |
Anness XII |
Anness XII |
Anness XIII |