This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R2002
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/2002 of 7 December 2020 laying down rules for the application of Regulation (EU) 2016/429 of the European Parliament and of the Council with regard to Union notification and Union reporting of listed diseases, to formats and procedures for submission and reporting of Union surveillance programmes and of eradication programmes and for application for recognition of disease-free status, and to the computerised information system (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/8487
ĠU L 412, 8.12.2020, p. 1–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/07/2023
8.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 412/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2002
tas-7 ta’ Diċembru 2020
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23, l-Artikolu 30(1)(b) u l-Artikoli 35 u 40 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli għal mard tal-annimali li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inkluż dispożizzjonijiet għan-notifika u għar-rapportar tal-mard, tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni, tal-programmi ta’ eradikazzjoni u tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard tal-annimali elenkat u emerġenti. L-informazzjoni, il-formati u r-rekwiżiti proċedurali għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(3) |
Il-mard elenkat, kif definit fl-Artikolu 4(18) tar-Regolament (UE) 2016/429, huwa elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament. Minħabba l-profil tal-mard differenti tagħhom, it-tifqigħat ta’ wħud mill-mard elenkat jenħtieġ li jkunu soġġetti għal notifika immedjata tal-Unjoni, filwaqt li t-tifqigħat tal-oħrajn jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rapportar tal-Unjoni. |
(4) |
B’kont meħud tal-profil tal-mard u tal-istatus tas-saħħa ta’ Stat Membru, żona jew kompartiment partikolari, jenħtieġ li tkun meħtieġa notifika immedjata tal-Unjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar tifqigħa ta’ wħud mill-mard elenkat sabiex tkun tista’ ssir implimentazzjoni f’waqtha tal-miżuri meħtieġa ta’ mmaniġġjar tar-riskji. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu stabbiliti lista apposta ta’ dak il-mard elenkat, li għalih hija meħtieġa notifika immedjata tal-Unjoni, kif ukoll l-iskeda ta’ żmien għal tali notifika immedjata. |
(5) |
Il-garanziji tas-saħħa tal-annimali japplikaw għal Stati Membri, żoni u kompartimenti ħielsa mill-mard għall-mard elenkat fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429. Minħabba li r-rapportar dwar is-sorveljanza mwettaq biex jinżamm l-istatus ta’ ħelsien mill-mard mhuwiex obbligatorju, l-obbligu li jiġu nnotifikati t-tifqigħat primarji ta’ dak il-mard fi żmien 24 siegħa mill-konferma huwa ġġustifikat. |
(6) |
F’każ ta’ tifqigħat sekondarji tal-mard elenkat, soġġetti għal notifika, l-użu stabbilit sew ta’ notifiki ta’ kull ġimgħa raggruppati huwa xieraq, b’kunsiderazzjoni tal-profil tal-marda u skont l-istatus tas-saħħa ta’ Stat Membru, żona jew kompartiment. |
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3) jiddetermina l-applikazzjoni ta’ regoli għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard għall-kategoriji tal-mard elenkat għall-ispeċijiet elenkati jew għall-gruppi ta’ speċijiet elenkati. L-obbligu tal-Istati Membri għal rapportar tal-Unjoni dwar id-detezzjoni ta’ mard tal-kategorija E skont dak ir-Regolament għall-ispeċijiet elenkati jew gruppi ta’ speċijiet elenkati rilevanti, ir-rekwiżiti proċedurali u l-informazzjoni għal rapportar bħal dan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(8) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tan-notifika u r-rapportar tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli biex tiġi stabbilita l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta, ir-regoli biex jiġu stabbiliti l-proċeduri, il-formati, id-data meħtieġa u r-regoli għall-elenkar tar-reġjuni ta’ notifika u rapportar. |
(9) |
Għall-finijiet tal-informazzjoni li trid tiġi trażmessa meta ssir notifika tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/429, xi wħud mir-rekwiżiti tal-informazzjoni jenħtieġ li jkunu dettaljati aktar biex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-dispożizzjoni u jiffaċilitaw id-dħul ta’ data fis-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament (Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS)). |
(10) |
Għall-finijiet tar-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2016/429, il-livell ta’ informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar id-detezzjoni tal-mard elenkat u dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni jenħtieġ li jiġi speċifikat f’dan ir-Regolament. |
(11) |
L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/429 jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu reġjuni ta’ notifika u rapportar. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza fin-notifika u r-rapportar tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jelenka t-tipi ta’ reġjuni ta’ notifika u rapportar. |
(12) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti proċeduri u formati armonizzati biex jiġi żgurat rapportar uniformi tar-riżultati tal-programmi ta’ sorveljanza u l-programmi ta’ eradikazzjoni tal-Unjoni fl-ADIS. |
(13) |
L-informazzjoni pprovduta dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli fl-ADIS biex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-progress tal-programmi ta’ eradikazzjoni li għaddejjin bħalissa tal-Istati Membri. Tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi ssupplimentata b’informazzjoni addizzjonali għall-finijiet ta’ rikonoxximent ta’ status ta’ ħelsien mill-mard ladarba tkun inkisbet l-eradikazzjoni. |
(14) |
Għal mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-istatus tas-saħħa fi ħdan territorju ta’ Stat Membru jista’ jkun differenti bejn parti tat-territorju rikonoxxuta bħala ħielsa mill-mard u partijiet oħra tat-territorju bi jew mingħajr programm approvat ta’ eradikazzjoni għall-istess marda. L-ADIS jenħtieġ li tippermetti l-kumpilazzjoni tad-data u, fejn rilevanti, l-integrazzjoni b’data addizzjonali dwar l-għadd totali ta’ tifqigħat u l-ispeċijiet elenkati affettwati jew gruppi ta’ speċijiet elenkati. |
(15) |
L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2016/429 jeħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni lill-Kummissjoni. L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2016/429 jeħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji u fakultattivi għal mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu stabbiliti format u proċedura komuni għal dawk is-sottomissjonijiet. |
(16) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni ta’ status ta’ ħelsien mill-mard għal mard tal-kategorija B u għal mard tal-kategorija C. Sabiex tiġi żgurata s-sottomissjoni uniformi ta’ dawn l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri, huwa xieraq li jiġu speċifikati l-informazzjoni, il-format u l-mezz ta’ trasferiment ta’ data meħtieġa għal dawn l-applikazzjonijiet. |
(17) |
Billi r-Regolament (UE) 2016/429 jibda japplika mill-21 ta’ April 2021, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika wkoll minn din id-data. |
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw:
(1) |
mard tal-kategorija E rilevanti għan-notifika tal-Unjoni tat-tifqigħat u l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri għan-notifika u r-rapportar tal-Unjoni fir-rigward tad-detezzjoni ta’ mard tal-kategorija E; |
(2) |
l-iskadenzi u l-frekwenzi tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni dwar il-mard; |
(3) |
il-format u l-proċedura għar-rapportar lill-Kummissjoni tar-riżultati tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u l-informazzjoni, il-format u l-proċedura għar-rapportar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni; |
(4) |
il-format u l-istruttura tad-data msemmija fil-punti 1 u 3 li trid tiddaħħal fis-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata għan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni dwar il-mard; |
(5) |
l-elenkar ta’ reġjuni ta’ notifika u rapportar; |
(6) |
il-format u l-proċedura għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra; |
(7) |
l-informazzjoni, il-format u r-rekwiżiti proċedurali fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ abbozzi ta’ programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji u abbozzi ta’ programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u fir-rigward tal-indikaturi tal-prestazzjoni meħtieġa biex tiġi evalwata l-effettività tal-applikazzjoni ta’ dawn il-programmi, kif ukoll il-formati u l-proċeduri għal applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard fit-territorju kollu tal-Istati Membri, jew żoni u kompartimenti tagħhom u għal skambji ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar Stati Membri, jew żoni u kompartimenti tagħhom ħielsa mill-mard; |
(8) |
il-proċeduri għall-istabbiliment u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS). |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“marda tal-kategorija B” tfisser marda elenkata li trid tiġi kkontrollata fl-Istati Membri kollha bil-għan li tinqered fl-Unjoni kollha, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(2) |
“marda tal-kategorija C” tfisser marda elenkata li hija ta’ rilevanza għal xi Stati Membri u li għaliha huma meħtieġa miżuri biex ma titħalliex tinfirex lejn partijiet tal-Unjoni li huma uffiċjalment ħielsa mill-mard jew li għandhom programmi ta’ eradikazzjoni għall-marda elenkata kkonċernata, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(3) |
“marda tal-kategorija E” tfisser marda elenkata li għaliha hemm bżonn ta’ sorveljanza fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(4) |
“tifqigħa primarja” tfisser tifqigħa mhux relatata b’mod epidemjoloġiku ma’ tifqigħa preċedenti fl-istess reġjun ta’ notifika u rapportar ta’ Stat Membru jew l-ewwel tifqigħa f’reġjun ta’ notifika u rapportar differenti tal-istess Stat Membru; |
(5) |
“tifqigħa sekondarja” tfisser tifqigħa li mhix waħda primarja; |
(6) |
“Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS)” tfisser is-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata għan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni dwar il-mard imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/429 li trid tiġi stabbilita u ġestita mill-Kummissjoni; |
(7) |
“kamp ta’ applikazzjoni territorjali” tfisser it-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fir-rigward tal-annimali terrestri u f’konformità mal-Artikolu 47 ta’ dak ir-Regolament Delegat fir-rigward tal-annimali akkwatiċi; |
(8) |
“durata tal-programm ta’ eradikazzjoni” tfisser il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fir-rigward tal-annimali terrestri u f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dak ir-Regolament Delegat fir-rigward tal-annimali akkwatiċi. |
Artikolu 3
Notifika tal-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta’ kwalunkwe tifqigħa primarja fit-territorju tagħhom ta’ marda elenkata msemmija:
(a) |
fil-punti 1 u 2 tal-Anness I; |
(b) |
fil-punt 3 tal-Anness I, jekk it-tifqigħa primarja tkun instabet fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti fi Stat Membru jew żona ħielsa mill-mard; |
(c) |
fil-punti 4 u 5 tal-Anness I, jekk it-tifqigħa primarja tkun instabet fi Stat Membru, żona jew, fejn rilevanti, kompartiment ħieles mill-mard. |
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li tkopri l-ġimgħa ta’ qabel, minn 0.00 it-Tnejn sa 24.00 il-Ħadd, tifqigħat sekondarji fit-territorju tagħhom ta’ marda elenkata msemmija:
(a) |
fil-punti 1 u 2 tal-Anness I; |
(b) |
fil-punt 3 tal-Anness I, jekk tifqigħat sekondarji bħal dawn instabu fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti fi Stat Membru jew żona ħielsa mill-mard; |
(c) |
fil-punti 4 u 5 tal-Anness I, jekk tifqigħat sekondarji bħal dawn instabu fi Stat Membru, żona jew, fejn rilevanti, kompartiment ħieles mill-mard. |
Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda informazzjoni, dan jitqies li jfisser li l-ebda tifqigħa sekondarja ma ġiet ikkonfermata matul il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.
3. In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fihom l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II u għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.
Artikolu 4
Rapportar tal-Unjoni dwar id-detezzjoni tal-mard elenkat
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sat-30 ta’ April ta’ kull sena, li tkopri s-sena kalendarja preċedenti, dwar id-detezzjoni ta’ mard tal-kategorija E li ġie kkonfermat fit-territorju tagħhom fi speċijiet elenkati u fi gruppi ta’ speċijiet elenkati msemmija fit-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.
2. L-ewwel rapport imsemmi fil-punt 1 irid jasal sat-30 ta’ April 2022.
3. Ir-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III u għandu jiġi sottomess b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.
Artikolu 5
Reġjuni ta’ notifika u rapportar
Ir-reġjuni ta’ notifika u rapportar stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/429 huma elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, li tkopri s-sena kalendarja preċedenti, data dwar ir-riżultati tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni.
2. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.
Artikolu 7
Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati annwali tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni approvati
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April ta’ kull sena rapporti dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni approvati tagħhom li għadhom għaddejjin bħalissa.
2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom:
(a) |
għal kull sena, li tkopri s-sena kalendarja preċedenti, l-informazzjoni speċifikata:
|
(b) |
għal kull sitt snin wara l-approvazzjoni inizjali tal-programmi ta’ eradikazzjoni, li jkopru s-sitt snin kalendarji preċedenti, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni pprovduta preċedentement fir-rapporti msemmija fil-punt (a), l-informazzjoni speċifikata:
|
3. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.
Artikolu 8
Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati finali tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni approvati
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapport finali tal-programmi ta’ eradikazzjoni approvati tagħhom fi żmien erba’ xhur mit-tlestija tagħhom.
2. Ir-rapport finali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri:
(a) |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji, il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-programmi mill-aħħar rapport sottomess f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 7(2) sat-tlestija; |
(b) |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi, il-perjodu sħiħ ta’ applikazzjoni mill-approvazzjoni sat-tlestija. |
3. Ir-rapport finali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fil-punti (e) sa (n) tal-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 11(2), kif rilevanti, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni pprovduta preċedentement fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7(1), meta l-Istati Membri jitolbu:
(a) |
ir-rikonoxximent ta’ status ta’ ħelsien mill-mard; jew |
(b) |
l-estensjoni tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni f’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jew it-tieni sentenza tal-Artikolu 49(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat. |
4. Meta l-Istat Membru ma jitlobx ir-rikonoxximent għal marda tal-kategorija C ta’ status ta’ ħelsien mill-mard jew l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3, l-Istat Membru ma għandux jissottometti r-rapport finali msemmi fil-paragrafu 1. Minflok, l-Istat Membru għandu jissottometti dikjarazzjoni lill-Kummissjoni li tikkonferma li l-programm ta’ eradikazzjoni ma kisibx l-eradikazzjoni tal-marda u li l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu mhijiex mitluba.
5. Ir-rapport finali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sottomess b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.
Artikolu 9
Sottomissjoni u modifiki sostanzjali tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni tagħhom sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel is-sena tal-bidu tal-applikazzjoni tagħhom.
2. Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
(a) |
jinkludu tal-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689; |
(b) |
jiġu sottomessi b’mod elettroniku, permezz tal-mudelli elettroniċi standard ipprovduti għal dan l-iskop. |
3. Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 li ġew sottomessi lill-Kummissjoni bħala l-parti teknika tal-applikazzjonijiet għal finanzjament mill-Unjoni huma kkunsidrati li tressqu f’konformità mal-paragrafu 1.
4. F’każ ta’ modifiki sostanzjali tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni li jkunu għaddejjin, l-Istati Membri għandhom jaġġornawhom u jerġgħu jissottomettuhom.
Artikolu 10
Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu b’mod elettroniku lill-Kummissjoni, billi jużaw il-mudelli elettroniċi standard ipprovduti għal dan l-iskop, għall-approvazzjoni:
(a) |
il-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji tagħhom sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel is-sena tal-bidu tal-applikazzjoni tagħhom; |
(b) |
il-programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi tagħhom, fi kwalunkwe ħin. |
2. Il-programmi ta’ eradikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti stabbilita:
(a) |
fit-Taqsima 1 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategorija B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħelsien mill-mard fil-livell ta’ stabbiliment; |
(b) |
fit-Taqsima 2 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV; |
(c) |
fit-Taqsima 3 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV; |
(d) |
fit-Taqsima 4 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategorija B u C ta’ annimali akkwatiċi. |
Artikolu 11
Applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stati Membri u żoni fir-rigward ta’ mard ta’ annimali terrestri u akkwatiċi u tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti fir-rigward ta’ mard ta’ annimali akkwatiċi
1. L-Istati Membri għandhom, meta japplikaw għand il-Kummissjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard f’konformità mat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, jinkludu fl-applikazzjonijiet tagħhom l-informazzjoni rilevanti speċifikata:
(a) |
fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq l-assenza ta’ speċijiet elenkati; |
(b) |
fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda; |
(c) |
fit-Taqsimiet 1 u 4 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza ta’ vetturi elenkati għal mard elenkat ta’ annimali terrestri; |
(d) |
fit-Taqsimiet 1 u 5 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq data storika u ta’ sorveljanza; |
(e) |
fit-Taqsima 1 u fil-punt 1 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fir-rigward ta’ annimali bovini miżmuma; |
(f) |
fit-Taqsima 1 u fil-punt 2 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma; |
(g) |
fit-Taqsima 1 u fil-punt 3 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-MTBC; |
(h) |
fit-Taqsima 1 u fil-punt 4 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal-lewkożi enzootika bovina (EBL); |
(i) |
fit-Taqsima 1 u fil-punt 5 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV); |
(j) |
fit-Taqsima 1 u l-punt 6 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV); |
(k) |
fit-Taqsima 1 u fil-punt 7 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għad-dijarea virali bovina (BVD); |
(l) |
fit-Taqsima 1 u fil-punt 8 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV; |
(m) |
fit-Taqsima 1 u fil-punt 9 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV; |
(n) |
fit-Taqsima 1 u, fejn rilevanti, fil-punt 10 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal mard ta’ annimali akkwatiċi. |
2. L-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti għandu jkun fihom, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-punt (n) tal-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
fil-każ ta’ kompartimenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, id-dokumentazzjoni li tissostanzja l-konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 79(3), (4) u (5) ta’ dak ir-Regolament Delegat; |
(b) |
fil-każ ta’ kompartimenti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, il-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 73(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat u d-dettalji ta’ kwalunkwe miżura, li ddaħħlu fis-seħħ biex jipprevjenu l-introduzzjoni tal-marda kkonċernata fil-kompartiment kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 73(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat. |
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe każ ikkonfermat tal-marda rilevanti li jinstab fit-territorju kkonċernat wara d-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u qabel id-data ta’ rikonoxximent ta’ dan l-istatus.
4. L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.
Artikolu 12
Skambju ta’ informazzjoni dwar Stati Membri, jew iż-żoni u l-kompartimenti tagħhom ħielsa mill-mard
1. Il-lista ta’ territorji, żoni jew kompartimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard kif imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2016/429 għandha tiġi kkumpilata permezz tal-mudell elettroniku standard ipprovdut fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-lista msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien jumejn ta’ xogħol, jekk l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tat-territorju, taż-żoni jew tal-kompartimenti jinbidel minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għaż-żamma ta’ dan l-istatus.
3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dikjarazzjonijiet provviżorji għal żoni jew kompartimenti għal ċertu mard tal-annimali akkwatiċi kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 permezz tal-mudell elettroniku standard ipprovdut fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
Artikolu 13
Proċeduri għall-istabbiliment u għall-użu tal-ADIS
L-Istati Membri għandhom jużaw l-ADIS jew kwalunkwe parti minnha għad-dħul u t-trasferiment ta’ data f’konformità ma’ dan ir-Regolament mid-data kkomunikata lilhom mill-Kummissjoni.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
ANNESS I
MARD ELENKAT SOĠĠETT GĦAL NOTIFIKA TAL-UNJONI
1. Mard elenkat tal-annimali terrestri soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (a) tal-Artikolu 3(2)
— |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
— |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
— |
Infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
— |
Infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda |
— |
Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) |
— |
Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż |
— |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar |
— |
Plewropulmonite kaprina li tittieħed |
— |
Marda Afrikana taż-żwiemel |
— |
Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders) |
— |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
— |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
— |
Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja |
— |
Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, ħlief meta ssir dijanjożi tagħha fi:
|
— |
Infezzjoni bil-virus tar-rabja |
— |
Infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika |
— |
Antraċe |
— |
Surra (Trypanosoma evansi) |
— |
Marda tal-virus tal-Ebola |
— |
Anemija ekwina infettiva |
— |
Durina |
— |
Enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela |
— |
Infestazzjoni b’Aethina tumida (Ħanfusa żgħira tal-ġabsala) |
— |
Infestazzjoni bit-Tropilaelaps spp. |
— |
Infezzjoni bil-Batrachochytrium salamandrivorans |
— |
Enċefalite Ġappuniża |
— |
Deni tal-Punent tan-Nil |
— |
Enċefalomijelite ekwina (tal-Lvant u tal-Punent) |
2. Mard elenkat tal-annimali akkwatiċi soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (a) tal-Artikolu 3(2)
— |
Nekrożi ematopojetika epiżootika |
— |
Infezzjoni bil-Mikrocytos mackini |
— |
Infezzjoni bil-Perkinsus marinus |
— |
Infezzjoni bil-virus tas-sindromu ta’ Taura |
— |
Infezzjoni bil-virus tal-marda tar-ras safra |
3. Mard elenkat tal-annimali terrestri soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (b) tal-Artikolu 3(2)
— |
Infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis, B. suis |
— |
Infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae, M. tuberculosis) (MTBC) |
— |
Rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV) |
— |
Dijarea virali bovina (BVD) |
— |
Lewkożi enzootika bovina (EBL) |
— |
Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV) |
4. Mard elenkat tal-annimali terrestri soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (c) tal-Artikolu 3(2)
— |
Infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (“infezzjoni b’BTV”) skont is-serotip |
— |
Infestazzjoni bil-Varroa spp. |
— |
Infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis |
5. Mard elenkat tal-annimali akkwatiċi soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (c) tal-Artikolu 3(2)
— |
Settiċimija emorraġika virali |
— |
Nekrożi ematopojetika infettiva |
— |
Infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun b’delezzjoni f’HPR |
— |
Infezzjoni bil-Marteilia refringens |
— |
Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa |
— |
Infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
— |
Infezzjoni bil-virus tas-sindromu tal-ponot bojod (“infezzjoni bid-WSSV”) |
ANNESS II
INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPROVDUTA GĦAL NOTIFIKA TAL-UNJONI DWAR TIFQIGĦAT TA’ MARD ELENKAT F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 3(3)
1.
Data tad-dispaċċ.
2.
Ħin tad-dispaċċ.
3.
Isem tal-pajjiż.
4.
Isem tal-marda u t-tip ta’ patoġenu, fejn ikun xieraq.
5.
Numru tas-serje tat-tifqigħa.
6.
Tip ta’ tifqigħa (tifqigħa primarja/sekondarja).
7.
Numru ta’ referenza tat-tifqigħa marbut ma’ din it-tifqigħa (fejn ikun applikabbli).
8.
Reġjun u pożizzjoni ġeografika tat-tifqigħa.
9.
Data tas-suspett.
10.
Data tal-konferma.
11.
Metodi dijanjostiċi użati.
12.
Oriġini tal-marda.
13.
Miżuri ta’ kontroll meħuda.
14.
Annimali involuti fit-tifqigħa:
(a) |
Annimali terrestri (skont l-ispeċi) ħlief in-naħal tal-għasel u n-naħal bagħli:
|
(b) |
Naħal tal-għasel u naħal bagħli:
|
(c) |
Annimali akkwatiċi (skont l-ispeċi):
|
15.
Data ta’ tindif u diżinfettar preliminari (fejn ikun applikabbli).
ANNESS III
INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPROVDUTA GĦAR-RAPPORTAR TAL-UNJONI DWAR ID-DETEZZJONI TAL-MARD ELENKAT F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 4(3)
1.
Data tar-rapport.
2.
Perjodu ta’ rappurtar.
3.
Isem tal-pajjiż.
4.
Isem tal-marda u t-tip ta’ patoġenu, fejn ikun xieraq.
5.
Għadd ta’ tifqigħat ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati jew ta’ gruppi ta’ speċijiet matul il-perjodu ta’ rapportar.
6.
Data tal-konferma tal-aħħar tifqigħa.
ANNESS IV
REĠJUNI FL-ISTATI MEMBRI GĦALL-FINI TA’ NOTIFIKA U RAPPURTAR F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 5
Stat Membru: |
Reġjuni ta’ notifika u rapportar: |
Il-Belġju |
provinċja — provincie |
Il-Bulgarija |
област |
Iċ-Ċekja |
okres |
Id-Danimarka |
unitajiet jew muniċipalitajiet veterinarji |
Il-Ġermanja |
Kreis, Regierungsbezirk oder Bundesland |
L-Estonja |
maakond |
L-Irlanda |
kontea |
Il-Greċja |
περιφερειακή ενότητα |
Spanja |
provincia |
Franza |
département |
Il-Kroazja |
županija |
L-Italja |
provincia |
Ċipru |
επαρχία |
Il-Latvja |
novads |
Il-Litwanja |
apskritis |
Il-Lussemburgu |
il-pajjiż kollu |
L-Ungerija |
megye |
Malta |
il-pajjiż kollu |
In-Netherlands |
gemeente |
L-Awstrija |
Bezirk |
Il-Polonja |
powiat |
Il-Portugall |
il-pajjiż kontinentali: distrito partijiet oħra tat-territorju: região autónoma |
Ir-Rumanija |
județ |
Is-Slovenja |
območni urad |
Is-Slovakkja |
kraj |
Il-Finlandja |
maakunta/landskap |
L-Iżvezja |
kommun |
ANNESS V
INFORMAZZJONI DWAR IR-RIŻULTATI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI OBBLIGATORJI U FAKULTATTIVI LI JRIDU JIĠU PPROVDUTI F’KONFORMITÀ MAL-PUNT (A) TAL-ARTIKOLU 7(2)
TAQSIMA 1
Riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategorija B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti:
1. |
Data tar-rapport. |
2. |
Perjodu ta’ rappurtar. |
3. |
Isem tal-pajjiż. |
4. |
Isem tal-marda. |
5. |
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 4 tat-Taqsima 1 tal-Anness VII). |
6. |
Informazzjoni dwar l-istabbilimenti u l-annimali kkonċernati li jinsabu fit-territorju f’konformità mal-punt 5, skont iż-żona jew ir-reġjun jekk hemm aktar minn reġjun wieħed inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
TAQSIMA 2
Ir-riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV:
1. |
Data tar-rapport. |
2. |
Perjodu ta’ rappurtar. |
3. |
Isem tal-pajjiż. |
4. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 3 tat-Taqsima 2 tal-Anness VII). |
5. |
Informazzjoni dwar is-sorveljanza għal kull żona jew reġjun jekk ikun hemm aktar minn reġjun wieħed inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm, inkluż mill-inqas mapep bid-data ta’:
|
6. |
Informazzjoni dwar it-tilqim ta’ annimali selvaġġi, għal kull żona jew reġjun jekk ikun hemm aktar minn reġjun wieħed inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
TAQSIMA 3
Riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV:
1. |
Data tar-rapport. |
2. |
Perjodu ta’ rappurtar. |
3. |
Isem tal-pajjiż. |
4. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 3 tat-Taqsima 3 tal-Anness VII). |
5. |
Informazzjoni dwar is-sorveljanza fit-territorju f’konformità mal-punt 4, skont iż-żona jew ir-reġjun jekk ikun hemm aktar minn reġjun wieħed inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
TAQSIMA 4
Riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi:
1. |
Data tar-rapport. |
2. |
Perjodu ta’ rappurtar. |
3. |
Isem tal-pajjiż. |
4. |
Isem tal-marda. |
5. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 4 tat-Taqsima 4 tal-Anness VII). |
6. |
Informazzjoni dwar l-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-annimali kkonċernati li jinsabu fit-territorju msemmi fil-punt 5 skont il-kompartiment, iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p.. 211).
ANNESS VI
INFORMAZZJONI DWAR IR-RIŻULTATI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI OBBLIGATORJI U FAKULTATTIVI LI TRID TIĠI PPROVDUTA F’KONFORMITÀ MAL-PUNT B TAL-ARTIKOLU 7(2) U INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI INKLUŻA FL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAR-RIKONOXXIMENT TA’ STATUS TA’ ĦIELSA MILL-MARD TA’ STATI MEMBRI JEW ŻONI FIR-RIGWARD TA’ MARD TA’ ANNIMALI TERRESTRI U AKKWATIĊI U FL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAR-RIKONOXXIMENT TA’ STATUS TA’ ĦIELSA MILL-MARD TA’ KOMPARTIMENTI FIR-RIGWARD TA’ MARD TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 11
TAQSIMA 1
Konformità mal-kriterji ġenerali
Informazzjoni ġenerali li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard:
1. |
Data tal-applikazzjoni. |
2. |
Isem tal-pajjiż. |
3. |
Isem tal-marda. |
4. |
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard. |
5. |
Dikjarazzjoni li tikkonferma l-konformità mal-kriterji ġenerali rilevanti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-Istati Membri jew għaż-żoni, jew mal-punt (a) tal-Artikolu 73(1) ta’ dan ir-Regolament Delegat għall-kompartimenti akkwatiċi. |
TAQSIMA 2
Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq in-nuqqas ta’ speċijiet elenkati
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq in-nuqqas ta’ speċijiet elenkati:
Dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 67(2) jew 74(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
TAQSIMA 3
Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità tal-aġent tal-marda li jgħix
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità tal-aġent tal-marda li jgħix:
Dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 68(2) jew 75(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
TAQSIMA 4
Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza ta’ vetturi elenkati għal mard elenkat ta’ annimali terrestri
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza ta’ vetturi elenkati għal mard elenkat ta’ annimali terrestri:
Dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 69(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
TAQSIMA 5
Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza
1. |
Informazzjoni li trid tiġi inkluża mill-awtorità kompetenti fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza, dment li l-marda qatt ma tkun ġiet irrapportata fit-territorju kkonċernat jew tkun ġiet eradikata u ma ġietx irrapportata għal mill-inqas 25 sena qabel l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard f’dan it-territorju:
|
2. |
Informazzjoni li tkopri mill-inqas l-10 snin ta’ qabel li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħielsa mill-BVD ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza, meta ġiet irrappurtata f’dawn l-aħħar 25 sena u ġiet eradikata mit-territorju kkonċernat:
|
3. |
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza jekk jintalab rikonoxximent tal-istatus ta’ ħielsa minn infezzjoni tal-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim:
evidenza dokumentata dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tat-Taqsima 1 tal-Parti IV tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. |
TAQSIMA 6
Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni, skont is-sena kalendarja:
1. |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fir-rigward ta’ annimali bovini miżmuma skont iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
2. |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni b’Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma, skont iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
3. |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni b’MTBC, skont iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
4. |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-EBL, skont iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
5. |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-IBR/IPV, skont iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
6. |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-ADV, skont iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
7. |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-BVD, skont iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
8. |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV, skont iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm, informazzjoni dwar:
|
9. |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-BTV:
|
10. |
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal mard ta’ annimali akkwatiċi tal-kategoriji B u C, skont iż-żona, il-kompartiment, jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali:
|
(1) Infettat, mhux infettat, mhux magħruf.
ANNESS VII
INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAS-SOTTOMISSJONI TA’ PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 10
TAQSIMA 1
Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti:
1. |
Data tas-sottomissjoni. |
2. |
Isem tal-pajjiż. |
3. |
Isem tal-marda. |
4. |
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm. |
5. |
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika għal kull żona jew reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
6. |
Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689, inkluż mill-inqas:
|
7. |
Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:
|
8. |
It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni. |
9. |
Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni li jinkludu mill-inqas:
|
TAQSIMA 2
Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV:
1. |
Data tas-sottomissjoni. |
2. |
Isem tal-pajjiż. |
3. |
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm. |
4. |
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika matul mill-anqas l-aħħar ħames snin, inkluż:
|
5. |
Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689:
|
6. |
Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:
|
7. |
It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni. |
8. |
Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni li jinkludu mill-inqas:
|
TAQSIMA 3
Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV:
1. |
Data tas-sottomissjoni. |
2. |
Isem tal-pajjiż. |
3. |
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm: u r-raġunijiet għall-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 37(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fejn ikun rilevanti. |
4. |
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika għal kull żona jew reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
5. |
Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 inkluż mill-inqas:
|
6. |
Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:
|
7. |
It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni. |
8. |
Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni li jinkludu mill-inqas:
|
TAQSIMA 4
Sottomissjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi:
1. |
Data tas-sottomissjoni. |
2. |
Isem tal-pajjiż. |
3. |
Isem tal-marda. |
4. |
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni jew tal-kompartimenti. |
5. |
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika għal kull żona, kompartiment jew reġjun jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
|
6. |
Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 inkluż mill-inqas:
|
7. |
Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:
|
8. |
It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni. |
9. |
Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni u l-istrateġiji għall-kontroll tal-mard għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż mill-inqas:
|
(1) Ħieles mill-mard, infettat jew mhux magħruf.
(2) Mhux infettat, infettat, mhux magħruf.