Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 32015R2272

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2272 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

ĠU L 322, 8.12.2015г., стр. 21—41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Правен статус на документа Вече не е в сила, Дата на изтичане на валидността: 09/12/2020: Този акт е изменен. Настояща консолидирана версия: 10/12/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2272/oj

8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2272

tas-7 ta' Diċembru 2015

li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tla-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament Bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Bażiku l-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar (“SPT”) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”), permezz tar-Regolament (KE) Nru 926/2009 (2) (il-“miżuri oriġinali”). Il-miżuri oriġinali kienu bbażati fuq il-konstatazzjoni ta' theddida ta' ħsara u ġew annullati permezz ta' sentenza tal-Qorti Ġenerali (3) f'dak li jirrigwarda l-esportazzjoni tal-prodotti magħmula minn Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd. Is-sentenza hija attwalment suġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (4).

(2)

Il-miżuri imposti kienu f'forma ta' rati tad-dazju ad valorem li ġejjin: 17,7 % għall-kumpanija Shandong Luxing Steel Pipe Co. Ltd, 27,2 % (il-kumpaniji l-oħra li kkooperaw) u 39,2 % (għall-kumpaniji l-oħra kollha).

2.   Miżuri fis-seħħ fir-rigward ta' pajjiżi terzi oħra

(3)

Bħalissa hemm fis-seħħ miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-SPT li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina (5). Il-miżuri antidumping kontra l-Kroazja ġew mitmuma fis-26 ta' Ġunju 2012 (6).

3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (7) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawk il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba saret mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Mingħajr Saldaturi tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi.

(6)

It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-issoktar ta' dumping u l-issoktar jew ir-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(7)

Fit-3 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8) (“in-Notifika ta' Bidu”).

4.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(8)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lil produtturi magħrufa l-oħra tal-Unjoni, produtturi esportaturi, importaturi u utenti magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, u lill-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jipparteċipaw.

(9)

Il-Kummissjoni għarrfet ukoll lill-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”) dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jieħdu sehem. Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati li kienet tqis lill-Istati Uniti bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(10)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ.

4.1.   Teħid tal-kampjun

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni minn partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(a)   It-teħid ta' kampjun tal-produtturi tal-Unjoni

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Il-kampjun intgħażel fuq il-bażi ta' volumi ta' bejgħ tal-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami fl-Unjoni filwaqt li ġiet żgurata firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn sitt kumpaniji fir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, li kienu jirrappreżentaw madwar 55 % tat-total ta' bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Ma waslu l-ebda kummenti u għalhekk il-kumpaniji magħżula b'mod provviżorju nżammew fil-kampjun finali.

(b)   Teħid tal-kampjun tal-importaturi

(13)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(14)

Minħabba li erba' importaturi mhux relatati biss ippreżentaw lilhom infushom billi taw l-informazzjoni mitluba fl-Avviż ta' Bidu, it-teħid ta' kampjuni ma kienx meħtieġ. Madankollu, mill-erba' importaturi mhux relatati wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni u ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju mibgħut.

(c)   Il-kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ

(15)

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ, it-teħid ta' kampjuni kien previst fin-Notifika ta' Bidu.

(16)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(17)

Minħabba li kien hemm biss tliet produtturi esportaturi fiċ-Ċina li pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba, il-kampjunar ma kienx meqjus neċessarju.

4.2.   Il-kwestjonarji u ż-żjarat ta' verifika

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u d-danni li jirriżultaw u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni.

(19)

Intbagħtu kwestjonarji lit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzju ta' kampjunar, lis-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-erba' importaturi li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzju tal-kampjunar u seba' utenti. Tnejn u għoxrin produttur analogi potenzjali f'sitt pajjiżi, jiġifieri l-Arġentina, il-Brażil, il-Ġappun, il-Messiku, l-Ukraina u l-Istati Uniti tal-Amerika kienu identifikati u rċivew kwestjonarji.

(20)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand produttur esportatur Ċiniż wieħed, tliet produtturi fil-pajjiż analogu fl-Istati Uniti tal-Amerika, is-sitt produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun, importatur wieħed u tliet utenti.

(21)

Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produttur esportatur fir-RPĊ

Shandong Luxing Steel Pipe Co., Ltd, the PRC

(b)

Produtturi tal-Unjoni

Arcelor Mittal Tubular Products Ostrava AS, ir-Repubblika Ċeka,

Benteler Deutschland GmbH, il-Ġermanja

Tenaris-Dalmine SPA, l-Italja

TMK-ARTROM, ir-Rumanija

Vallourec Tubes France, Franza

Železiarne Podbrezová, is-Slovakkja

(c)

Importatur

Handelsonderneming Jan van Meever B.V., in-Netherlands

(d)

Produtturi fil-pajjiż analogu:

IPSCO Tubulars Inc. DBA TMK IPSCO, l-Istati Uniti tal-Amerika

Vallourec Star, L.P., l-Istati Uniti tal-Amerika

ArcelorMittal Tubular Products, l-Istati Uniti tal-Amerika

5.   Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(22)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu kkunsidrat”).

6.   Żvelar

(23)

Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien intenzjonat li tinżamm il-miżura antidumping definittiva eżistenti. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. L-applikant biss ippreżenta kummenti wara l-iżvelar.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-Prodott ikkonċernat

(24)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali msemmi fil-premessa (1), jiġifieri pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, ta' cross-section ċirkolari, b'dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b'Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (VEK) li ma jaqbiżx 0,86 skont l-Istitut Internazzjonali tas-Saldatura (IIW) il-formula u l-analiżi kimika (9), li joriġina mir-RPĊ, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7304 19 10 , ex 7304 19 30 , ex 7304 23 00 , ex 7304 29 10 , ex 7304 29 30 , ex 7304 31 20 , ex 7304 31 80 , ex 7304 39 10 , ex 7304 39 52 , ex 7304 39 58 , ex 7304 39 92 , ex 7304 39 93 , ex 7304 51 81 , ex 7304 51 89 , ex 7304 59 10 , ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 .

2.   Il-prodott simili

(25)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Istati Uniti, li serva bħala pajjiż analogu; kif ukoll

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(26)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

1.   Kummenti preliminari

(27)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed iseħħ u jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti kellhiex il-probabbiltà li twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping.

(28)

Kif imsemmi hawn fuq, tliet produtturi esportaturi Ċiniżi ppreżentaw ruħhom wara l-bidu tal-investigazzjoni u rċevew kwestjonarju. Madankollu, waslet riposta waħda biss. Il-produttur esportatur li kkoopera kien responsabbli għal iktar minn 25 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni u l-importazzjonijiet tiegħu kienu kkunsidrati li huma rappreżentattivi tal-importazzjoni totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Għalhekk, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq id-dejta tal-produttur esportatur li kkoopera.

2.   Dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami

2.1.   Il-pajjiż analogu

(29)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien determinat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan, kellu jintgħażel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”).

(30)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati fin-Notifika ta' Bidu li hi prevediet lill-Istati Uniti, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, bħala pajjiż analogu possibbli u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw. Ma waslu l-ebda kummenti.

(31)

Madankollu, il-Kummissjoni kkuntattjat numru ta' pajjiżi analogi potenzjali oħra (l-Arġentina, il-Brażil, l-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina) biex tfittex il-kooperazzjoni tagħhom u biex tipprovdi informazzjoni.

(32)

Tliet produtturi mill-Istati Uniti kkooperaw u ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju.

(33)

Il-livell ta' kompetizzjoni fis-suq tal-Istati Uniti kien għoli, b'għadd kbir ta' produtturi li jbigħu domestikament u b'livelli sinifikanti ta' importazzjoni (minkejja d-dazji antidumping eżistenti kontra r-RPĊ). Il-kwantitajiet mibjugħa fis-suq tal-Istati Uniti kienu sostanzjali u dan tal-aħħar kien komparabbli mas-suq Ċiniż f'termini ta' firxa ta' prodotti. Barra minn hekk, il-materja prima użata u l-proċess ta' produzzjoni tal-produtturi li kkooperaw f'pajjiż analogu nstabu li kienu simili għal dawk fis-suq Ċiniż. Għalhekk, u fid-dawl tal-kooperazzjoni li waslet, l-Istati Uniti tqiesu bħala pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

2.2.   Valur normali

(34)

L-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi li kkooperaw fl-Istati Uniti ġiet użata bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali applikabbli għal produtturi esportaturi fiċ-Ċina.

(35)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-produtturi li kkooperaw fl-Istati Uniti kienx rappreżentattiv matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Il-bejgħ domestiku tqies bħala rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ Ċiniż għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Abbażi ta' dan, il-bejgħ domestiku fl-Istati Uniti tal-Amerika kien rappreżentattiv.

(36)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala li sar fil-perkors normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. L-eżami saret billi ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti tat-tip ta' prodott in kwistjoni. Fil-każijiet fejn il-bejgħ domestiku tat-tip ta' prodott partikolari sar fi kwantitajiet suffiċjenti u f'sitwazzjoni ta' kummerċ normali, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali, ikkalkulat bħala medja differenzjata tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip li sar matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(37)

Għal dawk it-tipi ta' prodotti fejn aktar minn 80 %, bħala volum ta' bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta' prodott, kienu ogħla mill-kost u l-prezz medju peżat tal-bejgħ ta' dak it-tip kien daqs jew aktar mill-prezz ta' unità tal-produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta' prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi reali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament jekk dak il-bejgħ kellux profitt jew le.

(38)

Meta l-volum tal-bejgħ profitabbli ta' tip ta' prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum tal-bejgħ totali ta' dak it-tip, jew fejn il-prezz medju peżat ta' dak it-tip kien taħt il-kost ta' unità ta' produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkolat bħala l-prezz medju peżat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss ta' dak it-tip magħmul matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

2.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(39)

Il-produtturi esportaturi li kkoopera esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz attwalment imħallas jew li jista' jitħallas għall-prodott taħt rieżami meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Tqabbil

(40)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. Fejn dan kien iġġustifikat għall-iskop ta' paragun ġust, il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport (domestiku u trasport bil-baħar), l-ispejjeż tal-assigurazzjoni, spejjeż bankarji u kummissjonijiet.

2.5.   Marġini tad-dumping

(41)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip tal-prodott simili fil-pajjiż analogu bil-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip li jikkorrispondi mal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. Fuq il-bażi ta' dan, il-marġni tad-dumping medju peżat għall-produtturi esportaturi li kkooperaw espress bħala perċentwali tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni fuq bażi tal-kost, l-assigurazzjoni u t-trasport (cost, insurance, freight, “CIF”), bid-dazju mhux imħallas, kien ta' aktar minn 158,3 %.

3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu revokati l-miżuri

(42)

Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jiskadu. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: prezz ta' esportazzjoni għal destinazzjonijiet oħra, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni.

3.1.   L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn destinazzjonijiet oħra

(43)

Skont il-Bażi tad-Dejta tal-Istatistiki tal-Esportazzjoni Ċiniża, l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-SPT madwar id-dinja (124 pajjiż barra l-Unjoni) kienu jammontaw għal 4,6 miljun tunnellata fl-2013. Il-prezzijiet varjaw bejn EUR 400 għal kull tunnellata u EUR 4 500 għal kull tunnellata. L-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni ammontaw għal 68 000 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami bi prezz medju inqas minn EUR 700/tunnellata (abbażi ta' dejta mill-Eurostat). Il-Kummissjoni qieset li tali differenzi konsiderevoli fil-prezzijiet ma jippermettux li titfassal kwalunkwe konklużjoni ta' siwi dwar il-kondotta tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniża lejn pajjiżi terzi oħra. Madankollu, l-investigazzjoni sabet li l-prezz medju ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ lejn swieq terzi (iċ-Ċili, l-Iran, il-Korea, l-UEA u t-Turkija) kien aktar baxx mill-prezz medju tal-esportazzjoni Ċiniża lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, il-kwantitajiet esportati u l-prezzijiet iċċarġjati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi f'xi swieq importanti tal-esportazzjoni bħall-Unjoni, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kolumbja, il-Messiku, il-Brażil, ir-Russja, il-Bjelorussja u l-Kazakistan, huma affettwati mill-miżuri eżistenti bħal dazji ta' kontra d-dumping jew garanziji.

3.2.   Kapaċità ta' produzzjoni u kapaċità żejda fiċ-Ċina

(44)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ żdiedet b'mod sinifikanti mill-investigazzjoni oriġinali. Dejta disponibbli pubblikament miġbura matul iż-żjara fuq il-post turi kapaċità ta' produzzjoni f'livell ta' 32 miljun tunnellata (10). Id-dejta pprovduta mill-applikant turi livelli ta' kapaċità ta' produzzjoni ogħla sa 43 miljun tunnellata. Iż-żewġ sorsi jikkonfermaw li mindu saret l-investigazzjoni oriġinali, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi Ċiniżi żdiedet b'mod sinifikanti, jiġifieri b'mill-inqas 60 %.

(45)

L-informazzjoni kollha miġbura tikkonferma l-eżistenza ta' kapaċità żejda tal-industrija Ċiniża. L-ebda informazzjoni ma ġiet ippreżentata li turi li l-konsum domestiku fir-RPĊ se jiżdied fis-snin li ġejjin, fi proporzjon suffiċjenti biex jassorbu l-kapaċità żejda eżistenti fir-RPĊ.

(46)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produzzjoni fir-RPC kienet fil-medda ta' 30 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u b'hekk iħalli mill-inqas 2 miljun tunnellati ta' kapaċità żejda. Dik il-kapaċità żejda tikkostitwixxi aktar minn 100 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u kienet għalhekk meqjusa sinifikanti. Għalhekk, hemm kapaċità ta' produzzjoni żejda sinifikanti disponibbli fir-RPĊ li x'aktarx se tintuża, fid-dawl tal-konklużjonijiet rigward l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni u tad-diffikultajiet, għas-suq intern, li jassorbiha, biex jiżdiedu l-volumi tal-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta' miżuri.

3.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(47)

Skont l-Eurostat, l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni l-ewwel naqsu minn aktar minn 78 000 tunnellata fl-2011 għal iktar minn 47 000 tunnellata fl-2012 u reġgħu żdiedu għal kważi 68 000 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. It-tnaqqis tal-importazzjonijiet fl-2012 ikkoinċida ma' tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-Unjoni. Filwaqt li t-tnaqqis fid-domanda kompla fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami, il-volum tal-importazzjonijiet żdied, u dan wassal għal żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi, u laħaq 3,6 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(48)

Kif stabbilit fil-premessa (41), l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu l-oġġett ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, filwaqt li l-miżuri kienu fis-seħħ. Il-marġni ta' dumping stabbilit kien anki sostanzjalment ogħla mill-marġinu tad-dumping li nstab matul l-investigazzjoni oriġinali. Jekk l-importazzjonijiet komplew ikunu dumped fil-preżenza ta' miżuri, imbagħad, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li, fin-nuqqas ta' miżuri, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għandhom jiżdiedu, aħseb u ara għal livell biżżejjed biex jelimina d-dumping.

(49)

Kif imsemmi fil-premessa (43), il-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SPT f'għadd ta' swieq ta' esportazzjoni importanti għall-produtturi esportaturi tal-SPT Ċiniżi jillimitaw ħafna l-possibilità ta' espansjoni jew kontinwazzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn dawn is-swieq. Fl-istess ħin, kien stabbilit li l-prezz ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' produttur esportatur Ċiniż li kkoopera kien ogħla mill-prezz ta' esportazzjoni tiegħu fi swieq terzi, li jindika l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni minkejja d-dazji fis-seħħ. Barra minn hekk, ġie muri li s-suq tal-Unjoni jkun fil-mira biex jassorbi parti sinifikanti tal-kapaċitajiet żejda Ċiniżi li ċertament se jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping fin-nuqqas ta' miżuri antidumping.

(50)

Barra minn hekk, qabel l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ fl-2009, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni ammontaw għal 542 840 tunnellata lejn l-Unjoni, jiġifieri kważi tmien darbiet aktar milli fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan jindika li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi f'termini tad-daqs tas-suq u li jkun hemm kapaċità fis-suq tal-Unjoni biex tassorbi żieda fil-volumi ta' importazzjoni mir-RPĊ. Id-dazji antidumping fis-seħħ impedixxew lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li jżidu l-volumi tal-bejgħ tagħhom lejn l-Unjoni, li, x'aktarx se jiżdiedu mill-ġdid jekk il-miżuri jitħallew jiskadu b'mod partikolari meta wieħed iqis id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet żejda sinifikanti fir-RPĊ kif deskritt hawn taħt.

(51)

Barra minn hekk, anki jekk il-konsum fis-suq Ċiniż kiber b'mod sinifikanti mill-investigazzjoni oriġinali, huwa improbabbli li l-kapaċità ta' produzzjoni żejda sinifikattiva tal-produtturi Ċiniżi tista' tiġi assorbita domestikament, kif spjegat fil-premessa (45).

(52)

Għalhekk, jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi x'aktarx li jżidu b'mod sinifikanti l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

3.4.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping

(53)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-bejgħ tal-SPT miċ-Ċiniżi lill-Unjoni sar bi prezzijiet suġġetti għal dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Minħabba l-kapaċità libera sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina (li hija katr mill-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami), il-miżura fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi fi swieq terzi oħra u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping jekk il-miżuri jitneħħew.

D.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DANNU

1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(54)

L-industrija tal-Unjoni ma għaddiet minn ebda tibdil strutturali qawwi mill-investigazzjoni oriġinali. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prodott simili kien manifatturat minn madwar 20 produttur magħrufa fl-Unjoni. Huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(55)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw u fuq id-dejta ppreżentata mill-applikant.

(56)

Kif indikat fil-premessa (12), minħabba l-għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni, intgħażel kampjun ta' sitt produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun tqies rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni, li jirrappreżentaw madwar 60 % tal-bejgħ totali fl-Unjoni.

2.   Konsum tal-Unjoni

(57)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum apparenti tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (i) il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-applikant u (ii) il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni bbażati fuq l-istatistika tal-Eurostat. L-applikant ġabar u aggregata d-dejta tal-bejgħ minn 16-il produttur tal-Unjoni u għamel stima tad-dejta għall-bqija.

(58)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Konsum totali tal-Unjoni (tunnellati)

2 353 291

2 058 262

1 841 591

1 904 410

Indiċi (2011=100)

100

87

78

81

Sors: L-Eurostat u d-dejta ppreżentata mill-applikant.

(59)

Tul il-perjodu kollu kkunsidrat il-konsum tal-Unjoni żdied b'19 %. B'mod aktar speċifiku, is-suq tal-Unjoni għall-prodott taħt rieżami u għall-prodott simili naqas b'mod stabbli sal-2013 (bi 22 %) u mbagħad żdied bi ftit matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (bi 3,4 %).

(60)

Ix-xejra ta' tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni tista' tiġi spjegata prinċipalment minħabba t-tnaqqis fid-domanda li ġejja mis-setturi tal-kostruzzjoni, industrijali u setturi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, li ma rkuprawx għal-livelli ta' qabel il-kriżi, jiġifieri qabel is-sena 2009.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

RPĊ

Volum (tunnellati)

78 153

47 279

55 777

67 977

Indiċi

100

60

71

87

Sehem mis-suq (%)

3,3

2,3

3

3,6

Sors: L-Eurostat.

(61)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqas bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn madwar 78 000 tunnellata fl-2011 għal 68 000 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ naqas b'mod sinifikanti fl-2012 (b'40 %) u kiber b'mod stabbli minn dak iż-żmien (bi 18 % fl-2013 meta mqabbel mal-2012 u mbagħad bi 22 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2013).

(62)

L-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqsu xi ftit inqas mill-konsum tal-Unjoni u dan wassal għal żieda marġinali fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi minn 3,3 % fl-2011 għal 3,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod aktar speċifiku, is-sehem mis-suq naqas għal 2,3 % fl-2012 u żdied wara għal 3 % u 3,6 % fl-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami rispettivament.

3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(63)

It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

RPĊ

Prezz medju (EUR/tunnellata)

801

828

747

692

Indiċi

100

103

93

86

Sors: L-Eurostat.

(64)

Bejn l-2011 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prezz medju tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ naqas b'14 %, minn EUR 801/tunnellata fl-2011 għal EUR 692/tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod aktar speċifiku, il-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied bi 3 % fl-2012 u mbagħad naqas b'aktar minn 16 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-prezz medju tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kien fl-istess firxa tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Eurostat u segwa l-istess xejriet tul il-perjodu kkunsidrat.

3.3.   It-twaqqigħ tal-prezz

(65)

Il-Kummissjoni ddeterminat li kien hemm twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet il-prezz tal-bejgħ medju peżat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li huma żammew fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal-livell tal-prezz mill-fabbrika u l-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq il-bażi ta' spiża, assigurazzjoni u trasport (CIF) abbażi tad-dejta verifikata mill-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera.

(66)

Għall-finijiet tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, kienet użata informazzjoni mingħand il-produtturi kollha tal-Unjoni magħżula fil-kampjun għall-analiżi tal-perjodu ta' investigazzjoni. Il-paragun wera li, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-medja differenzjata tal-marġni ta' twaqqigħ ta' prezz, espressa bħala persentaġġ tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ta' 28,4 %. Jekk id-dazju antidumping ta' 17,7 % applikabbli għall-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera jitnaqqas, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz jammonta għal 39,2 %.

4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(67)

Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

L-Ukraina

Volum (tunnellati)

44 615

39 168

57 915

59 656

Indiċi

100

88

130

134

Sehem mis-suq (%)

1,9

1,9

3,1

3,1

Prezz medju (EUR /tunnellata)

900

898

838

776

Indiċi

100

100

93

86

Il-Ġappun

Volum (tunnellati)

51 852

47 163

23 721

21 426

Indiċi

100

91

46

41

Sehem mis-suq (%)

2,2

2,3

1,3

1,1

Prezz medju (EUR /tunnellata)

2 303

2 526

2 244

2 330

Indiċi

100

110

97

101

Il-Belarussja

Volum (tunnellati)

33 614

35 761

28 380

29 600

Indiċi

100

106

84

88

Sehem mis-suq (%)

1,4

1,7

1,5

1,6

Prezz medju (EUR /tunnellata)

849

856

803

783

Indiċi

100

101

95

92

Ir-Russja

Volum (tunnellati)

19 018

13 375

7 154

7 977

Indiċi

100

70

38

42

Sehem mis-suq (%)

0,8

0,6

0,4

0,4

Prezz medju (EUR /tunnellata)

1 065

1 068

1 021

901

Indiċi

100

100

96

85

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

43 230

54 977

43 713

56 509

Indiċi

100

127

101

131

Sehem mis-suq (%)

2,6

3,3

2,8

3,4

Prezz medju (EUR /tunnellata)

1 249

1 659

1 195

1 327

Indiċi

100

133

96

106

Sors: L-Eurostat.

(68)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi ta' importazzjonijiet mill-Ukraina żdiedu b'34 %, biex laħqu 59 656 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni mill-Ġappun, ir-Russja u l-Belarus naqsu b'59 %, 58 % u 12 % rispettivament u kienu ta' 21 426 tunnellata, 7 977 tunnellata u 29 600 tunnellata fl-istess perjodu. Il-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b'31 % minn 43 230 tunnellata għal 56 509 tunnellati. F'termini ta' sehem mis-suq, l-Ukraina u pajjiżi terzi oħra kellhom madwar 3 % tas-suq tal-Unjoni filwaqt li l-Ġappun u l-Bjelorussja kellhom madwar 1 % u 2 % rispettivament. Is-sehem mis-suq li kellha r-Russja kien marġinali b'0,4 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(69)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ukraina, il-Belarus u r-Russja wrew xejra 'l isfel matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Ġappun u minn pajjiżi terzi oħra wrew xejra li qed tiżdied. Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prezz tal-importazzjoni tal-SPT kien ta' madwar EUR 780/tunnellata għall-Belarus u l-Ukraina filwaqt li għall-Ġappun u pajjiżi terzi oħra kien ta' madwar EUR 2 330 għal kull tunnellata u EUR 1 327 għal kull tunnellata. Il-prezz ta' importazzjoni mir-Russja kien ta' madwar EUR 900 għal kull tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Bħalissa jeżistu miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-SPT mill-Ukrajna u mir-Russja.

5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.1.   Rimarki ġenerali

(70)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminar tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fl-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(71)

Għall-iskop tal-analiżi tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta mressqa mir-rikorrenti, li kienu jikkonsistu f'dejta relatata ma' 16-il produttur tal-Unjoni, u l-istimi għall-bqija kif imsemmi fil-premessa (57); id-dejta tirrigwarda l-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta relatata mal-produttur tal-Unjoni fil-kampjun.

(72)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġini ta' dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti.

(73)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-unità, il-kost tal-unità, il-kost lavorattiv, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-abbiltà li jinġabar il-kapital.

5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

(a)   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(74)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppata matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum ta' produzzjoni

3 746 432

3 585 043

3 292 752

3 361 226

Indiċi (2011=100)

100

96

88

90

Kapaċità ta' produzzjoni

5 118 662

5 085 063

5 039 564

5 046 214

Indiċi (2011=100)

100

99

98

99

Użu tal-kapaċità

73 %

71 %

65 %

67 %

Sors: dejta ppreżentata mill-applikant.

(75)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat minn livell ta' 3 746 432 tunnellata fl-2011 għal livell ta' 3 361 226 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod aktar speċifiku, l-ewwel naqset bi 12 % fl-2013 u mbagħad żdiedet marġinalment b'aktar minn 2 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(76)

Il-kapaċità tal-produzzjoni kumplessivament baqgħet stabbli fil-perjodu kkunsidrat u kienet ta' madwar 5 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(77)

B'riżultat tat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni stabbli, l-użu tal-kapaċità żviluppa skont il-volum tal-produzzjoni, jiġifieri l-ewwel naqas għal 65 % sal-2013 u imbagħad tjieb bi ftit għal 67 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali, il-kapaċità tal-użu naqset minn 73 % fl-2011 għal 67 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami.

(b)   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(78)

Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Il-volum annwali tal-bejgħ fl-Unjoni:

2 082 810

1 820 539

1 624 931

1 661 265

Indiċi (2011=100)

100

87

78

80

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni

89 %

89 %

88 %

87 %

Sors: dejta ppreżentata mill-applikant.

(79)

Il-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni rrappurtat fit-Tabella 6 jinkludi l-bejgħ lil klijenti mhux relatati u relatati li nstabu li kienu skont il-prinċipju tad-distakkament.

(80)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqsu b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni gradwalment naqas bi 22 % sal-2013 u mbagħad tjieb marġinalment biex laħaq aktar minn 1,6 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. It-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huwa prinċipalment minħabba riżultat ta' tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni għall-SPT (ara l-premessa (60)). B'konsegwenza ta' dan, l-industrija tal-Unjoni tilfet 2 punti perċentwali ta' sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat, u laħħaq 87 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(c)   It-tkabbir

(81)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b'19 % matul il-perjodu kunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'20 % li sarraf f'telf ta' sehem mis-suq ta' 2 punti perċentwali.

(d)   L-impjiegi u l-produttività

(82)

L-impjieg u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Għadd ta' impjegati

21 131

20 850

20 455

20 768

Indiċi (2011=100)

100

99

97

98

Produttività (unità/impjegat)

177

172

161

162

Indiċi (2011=100)

100

97

91

91

Sors: dejta ppreżentata mill-applikant.

(83)

L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqsu bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu 20 768 impjegati matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(84)

Il-produttività naqset b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat minħabba tnaqqis aktar bil-mod fl-impjiegi tal-Unjoni milli fil-produzzjoni tal-Unjoni. F'kundizzjonijiet ekonomiċi normali, tieħu aktar żmien għall-industrija tal-Unjoni biex tadatta għal tnaqqis fid-domanda u għaldaqstant normalment ikun hemm effett dewwiemi bejn it-tnaqqis fil-produzzjoni u t-tnaqqis fl-għadd ta' impjegati.

(e)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(85)

Il-marġni tad-dumping stabbilit għaċ-Ċina kien ferm ogħla mil-livell de minimis, filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina baqa' baxx matul il-perjodu kkunsidrat. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet tal-SPT mir-RPĊ komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping u li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar b'mod sinifikanti hekk kif konkluż fil-premessi minn (99) sa (102).

5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

(a)   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(86)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsiderat:

Tabella 8

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità (EUR/tunnellata)

1 294

1 258

1 187

1 170

Indiċi (2011=100)

100

97

92

90

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata metrika)

1 257

1 186

1 167

1 128

Indiċi (2011=100)

100

94

93

90

Sors: risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(87)

Il-prezz tal-bejgħ unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'10 % tul il-perjodu kkunsidrat biex laħaq EUR 1 170/tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. It-tnaqqis fil-prezz jista' jidher bħala konsegwenza tal-isforzi li għamlet l-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas l-ispejjeż u wkoll minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx.

(88)

Bl-istess mod, l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn EUR 1 257 għal kull tunnellata fl-2011 għal EUR 1 128 għal kull tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. It-tnaqqis fl-ispiża ta' produzzjoni jista' jiġi spjegat l-aktar minn proċess ta' produzzjoni u tagħmir aktar effiċjenti.

(b)   Il-kost lavorattiv

(89)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 9

Spejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat (EUR)

41 710

41 465

41 662

41 191

Indiċi (2011=100)

100

99

100

99

Sors: risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(90)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis marġinali ta' 1 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod partikolari, il-kostijiet lavorattivi medji naqsu b'1 % fl-2012, imbagħad żdiedu b'0,5 % u mbagħad reġgħu naqsu b'1 %.

(c)   Inventarji

(91)

Il-livelli tal-ħażna tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

145 083

129 772

166 387

153 971

Indiċi (2011=100)

100

89

115

106

L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

3,9

3,6

5,1

4,6

Sors: risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(92)

Kumplessivament, l-istokks tal-għeluq żdiedu b'6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Mill-2011 sal-2012 l-istokks tal-għeluq naqsu wara tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u żieda fil-volum tal-bejgħ għall-esportazzjoni. Mill-2012 sal-2013, l-istokks żdiedu minħabba tnaqqis fil-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni. Mill-2013 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-istokks tal-għeluq naqsu għal darba oħra l-aktar minħabba żieda fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kemm barra kif ukoll fis-suq tal-Unjoni.

(93)

L-investigazzjoni wriet li, f'din l-industrija, il-produzzjoni ssir prinċipalment fuq il-bażi ta' ordnijiet tal-klijenti għal żmien qasir u għalhekk l-istokkijiet jirrappreżentaw persentaġġ relattivament baxx ta' produzzjoni. L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni segwa x-xejra ta' stokks tal-għeluq u żdied marġinalment minn 3,9 % fl-2011 għal 4,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-aktar minħabba tnaqqis fil-bejgħ totali tal-Unjoni. B'mod aktar speċifiku, dan naqas b'0,3 punti perċentwali mill-2011 għall-2012 u mbagħad żdied b'1,5 punti perċentwali fl-2013 għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (92).

(d)   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital

(94)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni (% tal-bejgħ nett)

2,9

5,7

1,7

3,6

Fluss tal-flus (EUR)

59 174 934

274 503 811

191 142 121

246 791 720

Indiċi (2011=100)

100

464

323

417

Investimenti (EUR)

141 658 302

134 147 382

140 277 636

146 208 274

Indiċi (2011=100)

100

95

99

103

Redditu fuq l-investimenti (%)

3,7

8,2

5,9

7,6

Sors: risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(95)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tvarja minn sena għal oħra skont il-kundizzjonijiet tas-suq u, b'mod ġenerali, żdiedet minn 2,9 % għal 3,6 % matul il-perjodu kkunsidrat prinċipalment minħabba t-taħlita tal-prodott mibjugħ, jiġifieri l-industrija tal-Unjoni biegħet aktar prodotti b'marġinu ta' profitt relattivament ogħla. B'mod partikolari, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni żdiedet għal 5,7 % fl-2012 imbagħad naqset għal 1,7 % fl-2013 u reġgħet żdiedet għal 3,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(96)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus nett żdied b'aktar minn erba' darbiet matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda sostanzjali fil-fluss tal-flus hija prinċipalment spjegata minn bidliet fil-kapital ta' ħidma.

(97)

L-investimenti żdiedu marġinalment, bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huma rrappreżentaw prinċipalment investimenti meħtieġa għas-sostituzzjoni ta' tagħmir ta' produzzjoni.

(98)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwali tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili żdied minn 3,7 % għal 7,6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bħall-profitt, ix-xejra tar-redditu fuq l-investiment ma kinitx stabbli minħabba li l-ewwel żdiedet għal 8,2 % fl-2012 imbagħad naqset għal 5,9 % fl-2013 u reġgħet żdiedet għal 7,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

5.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(99)

Għadd ta' indikaturi, b'mod partikolari l-indikaturi finanzjarji, tjiebu matul il-perjodu kkunsidrat. Il-qligħ żdied marġinalment minn 2,9 % għal 3,6 %, li huwa ftit ogħla mill-profitt fil-mira ta' 3 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Ir-redditu fuq l-investiment żdied minn 3,7 % għal 7,6 % filwaqt li l-livell tal-likwidità żdiedet aktar minn erba' darbiet. Dawn l-iżviluppi jissuġġerixxu li l-miżuri antidumping fis-seħħ kienu effikaċi minħabba li l-industrija tal-Unjoni kienet imkenna minn effetti potenzjali dannużi tal-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu oġġett ta' dumping ta' SPT.

(100)

Min-naħa l-oħra, xi wħud mill-indikaturi prinċipali tal-ħsara, b'mod partikolari l-indikaturi makroekonomiċi, xorta esperjenzaw żvilupp negattiv matul il-perjodu meqjus. B'hekk, il-volum tal-produzzjoni naqas b'10 %, il-volum tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'20 %, l-użu tal-kapaċità naqas għal 67 %, is-sehem mis-suq tal-Unjoni naqas bi 2 punti perċentwali u l-impjiegi bi 2 %. Fil-kuntest ta' domanda li qed tonqos għall-SPT, l-industrija tal-Unjoni pproduċiet u biegħet inqas fis-suq tal-Unjoni, li rriżulta f'livelli ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità relattivament baxxi, li kellhom impatt negattiv fuq l-ispejjeż fissi tal-industrija tal-Unjoni. Ta' min jinnota li l-livell ta' użu tal-kapaċità naqas b'mod sinifikanti mill-investigazzjoni oriġinali, speċifikament minn 90 % fl-investigazzjoni oriġinali għal 67 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(101)

Għalhekk, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet imħallta. Xi wħud mill-indikaturi prinċipali tal-ħsara bħalma huma l-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ u s-sehem tas-suq urew xejriet negattivi matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess ħin, fatturi oħra bħalma huma l-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus kontanti wrew tendenzi pożittivi tul l-istess perjodu. Madankollu, l-investigazzjoni stabbilixxiet li, minkejja dawn it-tendenzi pożittivi osservati għal ċerti fatturi tal-inġurja, b'mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni hija f'sitwazzjoni fejn ma tkunx kapaċi tlaħħaq ma' żieda qawwija ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ. Aktar importanti minn hekk, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali wriet deterjorament sinifikanti meta mqabbel mal-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, minkejja li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel profitt matul il-perjodu kkunsidrat, il-livelli tal-profitt kienu aktar baxxi meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali (3,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbla ma' 15,4 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali) u wkoll ivarjaw ħafna minn sena għall-oħra skont il-kundizzjonijiet tas-suq tal-SPT (pereż. minn 5,7 % fl-2012 għal 1,7 % fl-2013 u mbagħad għal 3,6 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami).

(102)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku u ma kinitx esposta għal theddida ta' ħsara fit-tifsira tal-Artikolu 3(9) tar-Regolament bażiku, prinċipalment minħabba li l-miżuri antidumping fis-seħħ ipproteġewha mill-effett dannuż tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping. Madankollu, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar sew meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali b'livelli ta' profitt instabbli u rati baxxi ta' użu tal-kapaċità.

6.   Probabbiltà tar-rikorrenza tad-dannu

(103)

Kif ġie konkluż fil-premessi minn (99) sa (102), l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx ħsara materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, iżda s-sitwazzjoni tagħha marret għall-agħar sew meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali. Kif spjegat fil-premessa (41), l-importazzjonijiet Ċiniżi saru f'livelli ta' prezzijiet dumped matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u, kif ġie konkluż fil-premessa (53), hemm probabilità għolja ħafna ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(104)

L-investigazzjoni oriġinali stabbilixxiet l-eżistenza ta' theddida ta' dannu skont l-Artikolu 3(9) tar-Regolament bażiku. Fl-investigazzjoni preżenti kien stabbilit li teżisti probabbiltà ta' rikorrenza ta' theddida ta' ħsara f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Din id-determinazzjoni hija bbażata fuq il-valutazzjoni tal-fatturi li ġejjijn: (a) l-iżvilupp probabbli tal-volum tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping, (b) id-disponibbiltà ta' produzzjoni żejda tal-eportaturi, (c) il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u d-domanda probabbli ta' aktar importazzjonijiet (d) il-livell tal-inventarji.

(a)   żvilupp probabbli tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

(105)

Kif imsemmi fil-premessa (50), l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SPT fl-Unjoni kienu jammontaw għal 542 840 tunnellata fl-investigazzjoni oriġinali u niżlu għal 68 000 tunnellata (jiġifieri tmien darbiet inqas) fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Huwa probabbli li, minħabba l-prezzijiet baxxi tagħhom, l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping ta' SPT jistgħu jilħqu l-livell tal-importazzjonijiet fl-investigazzjoni oriġinali (542 840 tunnellata) f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Fil-kuntest ta' tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni tal-SPT (minn 3,2 miljun tunnellata fl-investigazzjoni oriġinali għal 1,9 miljun tunnellata fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami), din iż-żieda probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping tal-SPT x'aktarx iwasslu għal żieda fis-sehem mis-suq Ċiniż minn 3,6 % bħalissa għal madwar 30 %. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-klijenti tal-Unjoni se jaqilbu relattivament faċilment l-ordnijiet għal żmien qasir mingħand il-produtturi tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Dan se jkollu impatt negattiv fuq il-produtturi tal-Unjoni minħabba li inqas ordnijiet jimplikaw livelli ta' produzzjoni aktar baxxi u b'hekk jaħdmu f'livelli ta' utilizzazzjoni ta' kapaċità mhux sostenibbli ekonomikament. Għar-raġunijiet deskritti fil-qosor u b'kont meħud li l-kapaċità ta' produzzjoni Ċiniża tal-SPT żdiedet b'mod sinifikanti (b'madwar 60 %) minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali, huwa probabbli li l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping ta' SPT b'mod imminenti jimlew is-suq tal-Unjoni u jiksbu sehem sostanzjali mis-suq għas-spejjeż tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(b)   Disponibbiltà tal-kapaċità żejda tal-esportaturi

(106)

Kif stabbilit fil-premessa (46), il-kapaċità żejda totali tal-SPT fir-RPĊ kienet stmata għal madwar 2 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan l-ammont qabeż bil-kbir il-konsum totali tal-Unjoni tal-SPT matul l-istess perjodu. Għalhekk, ir-RPĊ tkun tista' tesporta volumi addizzjonali sinifikanti lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kolumbja, il-Messiku u l-Brażil għandhom fis-seħħ miżuri antidumping fuq l-SPT Ċiniżi, filwaqt li r-Russja, il-Bjelorussja u l-Kazakistan provviżorjament imponew miżuri fuq importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet inġusti. Dawn il-pajjiżi kienu swieq importanti tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi qabel l-impożizzjoni tal-miżuri (11). Barra minn hekk, l-evidenza miġbura tindika li l-kapaċità żejda sinifikanti Ċiniża u l-kriżi ekonomika reċenti tal-ekonomija Ċiniża, jeżerċitaw pressjoni qawwija fuq il-produtturi Ċiniżi tal-SPT li jipproduċu f'rati għolja ta' użu tal-kapaċità. Fid-dawl ta' dawn l-elementi, l-investigazzjoni stabbilixxiet li hemm probabbiltà kbira li, jekk il-miżuri jitneħħew, il-produtturi esportaturi Ċiniżi se jiggwidaw il-produzzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni, li jibqa' suq attraenti kif stabbilit fil-premessi minn (47) sa (52).

(c)   L-iżvilupp probabbli tal-livell tal-prezzijiet Ċiniżi

(107)

Kif spjegat fil-premessi minn (64) sa (66), il-prezzijiet attwali Ċiniżi huma sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'marġni medju ta' tnaqqis ta' 28,4 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kif stabbilit fil-premessa (52), l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SPT x'aktarx li jkomplu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping jekk il-miżuri jiġu revokati. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (66), mingħajr il-miżuri antidumping, l-importazzjonijiet Ċiniżi jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'39,2 %. Jekk il-miżuri jiġu revokati, bil-probabbiltà kollha, dan se joħloq pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, li se tkun aċċentwata minn qabża imminenti probabbli tal-importazzjonijiet tal-SPT mir-RPĊ. L-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux inaqqsu l-prezzijiet tagħhom biex jikkompetu ma' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Il-prezzijiet huma ġeneralment miftiehma mal-klijenti abbażi tat-tip ta' prodott u kwantità ordnata. Kif spjegat fil-premessi (92) u (93), il-produtturi tal-Unjoni prinċipalment jipproduċu abbażi ta' ordnijiet għal żmien qasir. Dan ifisser li huwa relattivament faċli għall-klijenti li jaqilbu għal importazzjonijiet Ċiniżi ta' SPT irħas. Għalhekk, l-effett negattiv probabbli x'aktarx ikun doppju: (a) fuq naħa, id-differenza sinifikanti fil-prezz x'aktarx li tikkawża bidla lejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-konsum tal-Unjoni se jiżdied fil-perjodu qasir sa medju. Għalhekk, l-importazzjonijiet li jiżdiedu li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ x'aktarx li jiksbu sehem sinifikanti fis-suq tal-Unjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Dan jirriżulta wkoll f'utilizzazzjoni tal-kapaċità saħansitra aktar baxxa mill-industrija tal-Unjoni li huwa wieħed mill-elementi kruċjali li jikkontribwixxi għar-riżultati negattivi tal-industrija tal-Unjoni kurrenti; (b) min-naħa l-oħra, l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping bi prezz baxx jagħmlu pressjoni sinifikanti fuq il-prezz tas-suq tal-Unjoni u se jisforzaw l-industrija tal-Unjoni li tbaxxi aktar il-prezzijiet għal livelli li huma ekonomikament insostenibbli, li ultimament iwassal għal telf.

(108)

Għalhekk, hemm probabbiltà qawwija li, minħabba l-kapaċità żejda sinifikanti Ċiniża, u miżuri ta' salvagwardja eżistenti antidumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott li qed jiġi rieżaminat f'xi swieq tal-esportazzjoni importanti tiegħu tal-SPT, u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, kif deskritt fil-premessi minn (47) sa (52), kwantitajiet sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping bi prezz baxx iseħħu b'mod imminenti fl-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(d)   Livell tal-inventarji

(109)

Kif spjegat fil-premessi (92) u (93) il-livell tal-inventarji ma għandux xi tifsira partikolari għall-analiżi billi l-produtturi tal-Unjoni jipproduċu l-aktar fuq perjodu ta' żmien qasir fuq il-bażi ta' ordnijiet mingħand il-klijenti u l-inventarji jirrappreżentaw perċentwal insinifikanti ta' produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

7.   Konklużjoni

(110)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni, jiġifieri l-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, is-sitwazzjoni fi swieq ewlenin oħra, iż-żieda x'aktarx imminenti ta' kwantitajiet sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping u l-livelli tal-prezzijiet mistennija ta' dawn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, filwaqt li jitqiesu wkoll id-deterjorament ġenerali tal-industrija tal-Unjoni mill-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali u t-tnaqqis tal-SPT tas-suq tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li r-revoka tal-miżuri fil-probabilità kollha twassal għal rikorrenza ta' theddida ta' ħsara.

(111)

Għalhekk qed jiġi konkluż li r-revoka tal-miżuri eżistenti probabbilment twassal għal kontinwazzjoni ta' dumping u għal rikorrenza ta' theddida ta' ħsara.

E.   INTERESS TAL-UNJONI

(112)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

(113)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(114)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping u rikorrenza tat-theddida ta' dannu, eżistewx raġunijiet konvinċenti li wasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(115)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-industrija tal-Unjoni kienet f'pożizzjoni vulnerabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kif imsemmi fil-premessa (60) it-tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni flimkien ma' marġni ta' profitt instabbli u livelli baxxi ta' użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni juru li l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun kapaċi tlaħħaq ma' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz b'mod inġust. L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li kien hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' theddida ta' dannu jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jitħallew jiskadu. B'mod partikolari, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali u possibbilment tista' tgħib jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SPT jissoktaw fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet dumped minħabba li xi bejgħ mitluf iżid l-ispejjeż fissi.

(116)

Jekk il-miżuri jinżammu, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni se tkun kapaċi tibbenefika b'mod sħiħ mill-effetti tal-miżuri imposti, jiġifieri se tkun kapaċi żżomm is-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni u ttejjeb il-livell ta' utilizzar tal-kapaċità. Eventwalment għandha tkun kapaċi żżomm il-livelli ta' profitt fuq in-naħa pożittiva.

(117)

Għaldaqstant, ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ kontra ċ-Ċina jkunu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

2.   L-Interess ta' importaturi/kummerċjanti tas-suq

(118)

Mill-erba' importaturi li ppreżentaw ruħhom wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu, importatur mhux relatat wieħed biss bagħat tweġiba għall-kwestjonarju.

(119)

L-analiżi tad-dejta vverifikata wriet li l-SPT jikkostitwixxi biss madwar 5 sa 10 % tal-bejgħ totali tagħhom. L-importatur li kkoopera kien profittabbli fil-perjodu taħt rieżami. Il-profittabilità tal-importatur li kkoopera tan-negozju relatati ma' tal-SPT kienet bejn 1 % u 7 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Fuq din il-bażi, jekk il-miżuri jinżammu, huwa probabbli li ma jaffettwawx b'mod sinifikanti l-attività ta' dan l-importaturi li kkooperaw. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' importaturi oħra, ma hemm l-ebda fattur li jissuġġerixxi li l-bqija tal-importaturi jkunu affettwati b'mod sproporzjonat fil-każ li l-miżuri jiġu estiżi.

3.   L-interess tal-utenti

(120)

Tliet utenti kkooperaw fl-investigazzjoni. Tnejn minn tliet utenti li kkooperaw xtraw l-SPT mill-produtturi tal-Unjoni u t-tielet wieħed xtara mingħand negozjant tal-SPT Ċiniż. Ebda wieħed mit-tliet utenti ma ressaq xi argument kontra ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ. Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata u f'konformità mal-konklużjonijiet fl-investigazzjoni oriġinali, huwa mistenni li t-tkomplija tal-miżuri mhux se jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti. Għall-kuntrarju, huwa mistenni li l-kontinwazzjoni tal-miżuri se tassigura l-kompetizzjoni fis-suq tal-UE li tagħti l-possibbiltà li jkun hemm għażla fost fornituri differenti, inklużi fornituri minn pajjiżi terzi Ewropej u oħrajn.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(121)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni konkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali kontra r-RPĊ.

F.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(122)

Minn dan isegwi mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw fir-RPĊ, imposti bir-Regolament (KE) Nru 926/2009, għandhom jinżammu.

(123)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1   Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, ta' cross-section ċirkolari, b'dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b'Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (VEK) li ma jaqbiżx 0,86 skont tal-Istitut Internazzjonali tas-Saldatura (IIW) il-formula u l-analiżi kimika (12), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7304 19 10 , ex 7304 19 30 , ex 7304 23 00 , ex 7304 29 10 , ex 7304 29 30 , ex 7304 31 20 , ex 7304 31 80 , ex 7304 39 10 , ex 7304 39 52 , ex 7304 39 58 , ex 7304 39 92 , ex 7304 39 93 , ex 7304 51 81 , ex 7304 51 89 , ex 7304 59 10 , ex 7304 59 92 and ex 7304 59 93  (13) (kodiċijiet TARIC 7304 19 10 20, 7304 19 30 20, 7304 23 00 20, 7304 29 10 20, 7304 29 30 20, 7304 31 20 20, 7304 31 80 30, 7304 39 10 10, 7304 39 52 20, 7304 39 58 30, 7304 39 92 30, 7304 39 93 20, 7304 51 81 20, 7304 51 89 30, 7304 59 10 10, 7304 59 92 30 u 7304 59 93 20) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni nett, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata ta' dazju AD (%)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Shandong Luxing Steel Pipe Co., Ltd, Qingzhou City, the PRC

17,7

A949

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness

27,2

A950

Il-kumpaniji l-oħra kollha

39,2

A999

3   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p.19).

(3)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Jannar 2014, fil-Kawża T-528/09, Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd v il-Kunsill.

(4)  Il-Każ C-186/14 P, ArcelorMittal Tubular Products Ostrava and Others v Hubei Xinyegang Steel Co.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 585/2012 tas-26 ta' Ġunju 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment ta' rieżami ta' skadenza dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja (ĠU L 174, 4.7.2012, p.5).

(6)  Ara n-Nota 5 f'qiegħ il-paġna.

(7)  Notifika ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri antidumping (ĠU C 49, 21.2.2014, p. 6).

(8)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar mingħajr saldaturi li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU C 347, 3.10.2014, p. 6).

(9)  Is-CEV għandu jiġi determinat b'konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-535-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW).

(10)  Il-websajt tad-Dejta tal-Industrija Ċiniża (www.chyxx.com), Il-Websajt tal-Aħbarijiet dwar l-Azzar Ċiniża (www.csteelnews.com) u l-Websajt ta' Informazzjoni dwar in-Negozju Ċiniża (www.askci.com).

(11)  Il-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-SPT miċ-Ċina f'dawn il-pajjiżi jvarjaw minn 32,7 % għal 429,95 %.

(12)  Is-CEV għandu jiġi determinat b'konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Welding (IIW).

(13)  Kif iddefinit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.


ANNESS

Lista ta' produtturi li qed jikkooperaw li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) skont il-kodiċi addizzjonali TARIC A950

Isem il-Kumpanija

Belt

Hebei Hongling Seamless Steel Pipes Manufacturing Co., Ltd

Handan

Hengyang Valin MPM Co., Ltd

Hengyang

Hengyang Valin Steel Tube Co., Ltd

Hengyang

Hubei Xinyegang Steel Co., Ltd

Huangshi

Jiangsu Huacheng Industry Group Co., Ltd

Zhangjiagang

Jiangyin City Seamless Steel Tube Factory

Jiangyin

Jiangyin Metal Tube Making Factory

Jiangyin

Pangang Group Chengdu Iron & Steel Co., Ltd

Chengdu

Shenyang Xinda Co., Ltd

Shenyang

Suzhou Seamless Steel Tube Works

Suzhou

Tianjin Pipe (Group) Corporation (TPCO)

Tianjin

Wuxi Dexin Steel Tube Co., Ltd

Wuxi

Wuxi Dongwu Pipe Industry Co., Ltd

Wuxi

Wuxi Seamless Oil Pipe Co., Ltd

Wuxi

Zhangjiagang City Yiyang Pipe Producing Co., Ltd

Zhangjiagang

Zhangjiagang Yichen Steel Tube Co., Ltd

Zhangjiagang


Нагоре