EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1009

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2010 tad- 9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dan l-iskop Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 292, 10.11.2010, p. 21–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Imħassar b' 32019R2144

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1009/oj

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1009/2010

tad-9 ta’ Novembru 2010

dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dan l-iskop

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE tat-12 ta' Ġunju 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-parafangi ta' vetturi bil-mutur (3). Ir-rekwiżiti stipulati f'dik id-Direttiva għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu emendati biex ikunu aġġornati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku.

(3)

L-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jkun konformi ma' dak tad-Direttiva 78/549/KEE u għalhekk hu limitat għall-vetturi tal-kategorija M1.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' apparat tal-parafangi. Għaldaqstant jinħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għal din l-approvazzjoni tat-tip.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategoriji M1, kif ddefinita fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tip ta' vettura għal dawk li huma parafangi” tfisser vetturi li mhumiex differenti minn xulxin f'dawk li essenzjalment huma karatteristiċi tal-parafangi jew id-daqsijiet minimi u massimi tat-tajer u tar-rota xierqa biex jitwaħħlu fuq il-vettura, filwaqt li jitqiesu l-envelopes tat-tajer, id-daqsijiet tar-rimm u l-off-sets tar-rota kkonċernati;

(2)

“envelope tat-tajer” tfisser il-wisa' massima tas-sezzjoni u d-dijametru ta' barra ta' tajer, inklużi t-tolleranzi, kif approvati u speċifikati skont l-approvazzjoni tal-komponent tiegħu;

(3)

“mezz ta' qabda fuq is-silġ” tfisser katina għas-silġ jew xi mezz ekwivalenti li jipprovdi qabda fuq is-silġ, li jista' jitwaħħal fuq il-kombinazzjonji ta' tajer u rota tal-vettura u li mhux tajer għas-silġ, tajer għax-xitwa, tajer għall-istaġuni kollha jew kwalunkwe tajer ieħor għalih;

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-parafangi

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq lill-awtorita għall-approvazzjoni tat-tip l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vetturi fir-rigward tal-parafangi.

2.   L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness II f'dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta' numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

4.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Validità u estensjoni tal-approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 78/549/KEE

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u l-użu ta' vetturi bl-approvazzjoni tat-tip qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u għandhom ikomplu jestendu l-approvazzjonijiet ta' dawk il-vetturi skont it-termini tad-Direttiva 78/549/KEE.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ [fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 168, 26.6.1978, p. 45.


ANNESS I

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-parafangi

PARTI 1

Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura bil-mutur fir-rigward tal-parafangi.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi oħra msemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura (b): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Kategorija ta’ vettura (c): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

1.   IL-KARATTERISTIĊI TAL-BINI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …

1.3.   L-għadd ta' fusien u roti: …

1.3.1.   L-għadd u l-pożizzjoni ta' fusien b'roti doppji: …

1.3.2.   L-għadd u l-pożizzjoni ta' fusien bi steering: …

1.3.3.   Fusien powered (għadd, pożizzjoni, interkonnessjoni): …

2.   PIŻIJIET U QISIEN (f)  (g)

2.3.   Tul(ijiet) u wisa’(wisgħat) tal-fus

2.3.1.   Tul ta' kull fus li huwa steered (1)

2.3.2.   Tul tal-fusien l-oħra kollha (1): .…

2.3.3.   Wisa’ tal-aktar fus wiesa’ ta' wara: …

2.3.4.   Il-wisa’ tal-fus ta’ quddiem nett (imkejla fuq it-tarf ta’ barra tat-tajers għajr għall-bużżieqa mbuzzata 'l barra tat-tajers qrib l-art): …

2.4.   Firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (b’kollox)

2.4.1.   Għal chassis mingħajr karozzerija

2.4.1.2.   Wisa’ (2): …

2.4.1.3.   Għoli (f’kundizzjoni ta' sewqan) (3) (Għal saspenxins li l-għoli tagħhom jista’ jiġi aġġustat, uri l-pożizzjoni normali f'kundizzjoni ta' sewqan): …

2.4.2.   Għal chassis bil-karozzerija

2.4.2.2.   Wisa’ (2): …

2.4.2.3.   Għoli (f’kundizzjoni ta' sewqan) (3) (Għal saspenxins li l-għoli tagħhom jista' jiġi aġġustat, uri l-pożizzjoni normali f'kundizzjoni ta' sewqan): …

2.6.   Massa f'kundizzjoni ta' sewqan

Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta' vettura ta' l-irmonk ta' kategorija għajr għal M1, b'tagħmir ta' gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew massa tax-chassis jew chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta' gganċjar jekk il-manifattur ma jqiegħedx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta' gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) (h) (massimu u minimu għal kull varjant): …

6.   SASPENXIN

6.2.1.   Aġġustament tal-livell: iva/le/mhux obbligatorja (1)

6.6.   Tajers u roti

6.6.1.   Kombinazzjoni(jiet) tajer/rota

(a)

għal tajers indika deżinjazzjoni ta' daqs;

(b)

għal roti indika d-daqs tar-rimmijiet u tal-off-set(s)

6.6.1.1.   Fusien

6.6.1.1.1.   Fus 1: …

6.6.1.1.2.   Fus 2: …

eċċ.

6.6.4.   Deskrizzjoni tal-kombinazzjoni(ijiet) tal-mezz(i) ta' qabda fuq is-silġ u tat-tajer/rota fuq il-fus(fusien) ta' quddiem u/jew ta' wara adatt/i għat-tip ta' vettura, kif rrakkomandat mill-manifattur: …

9.16.   Parafangi

9.16.1.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-vettura fejn għandhom x'jaqsmu l-parafangi: …

9.16.2.   Disinji fid-dettall tal-parafangi u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura fejn jidhru d-dimensjonijiet speċifikati fil-Figura 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament filwaqt li jittieħed kont tal-estremitajiet ta' kombinazzjonijiet tajer/rota: …

Noti ta' spjegazzjoni

PARTI 2

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar

Approvazzjoni tat-tip KE (1)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-parafangi

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1009/2010 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… (1)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE: …

Raġuni għall-estensjoni:…

TAQSIMA I

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkati fuq il-vettura (2)

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Kategorija ta' vettura (3): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

TAQSIMA II

1.   Aktar informazzjoni: ara l-Addendum.

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: .…

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Annessi

:

Pakkett ta' informazzjoni

Rapport tat-test


(b)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(c)  Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, il-Parti A tal-Anness II.

(f)  Fejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ piżijiet u qisien għandhom ikunu ddikjarati.

(g)  Standard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-triq - Dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u vetturi rmunkati - kundizzjonijiet u definizzjonijiet.

(1)  

(g4)

Term Nru 6.5.

(2)  

(g7)

Term Nru 6.2.

(3)  

(g8)

Term Nru 6.3.

(h)  Il-massa tas-sewwieq u, jekk applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ hija valutata 75 kg (sottodiviża fi 68 kg massa tal-okkupanti u 7 kg massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 - 1992), it-tank tal-karburant ikun mimli sa 90 % u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidu (ħlief dawk għal ilma użat) ikunu mimlija sa 100 % tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(2)  If the means of identification of type contains characters not relevant to describe the vehicle, component or separate technical unit types covered by this information document, such characters shall be represented in the documentation by the symbol “?” (e.g. ABC??123??).

(3)  As defined in Directive 2007/46/EC, Annex II, Section A.

Addendum

maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …

1.

Aktar informazzjoni:

1.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …

1.2.

Deskrizzjoni tal-parafangi: …

1.3.

Kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota (inkluż id-daqs tat-tajer, id-daqs tar-rimm u l-offset tar-rota): …

1.4.

Deskrizzjoni tat-tip tal-mezz(i) ta' qabda fuq is-silġ li jista' jintuża: …

1.5.

Kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota (inkluż id-daqs tat-tajer, id-daqs tar-rimm u l-offset tar-rota) li jrid jintuża mal-mezz(i) ta' qabda fuq is-silġ: …

2.

Fus(fusien) permanentement motorizzati: fus 1/fus 2/… (1)

3.

L-għoli tax-saspenxin aġġustabbli: iva/le (1)

4.

Parafangi jinqalu/fissi (1) f'biċċa waħda/f'partijiet (1)

5.

Rimarki: …


(1)  Ħassar skont il-każ.


ANNESS II

Rekwiżiti għall-parafangi

1.   REKWIŻITI ĠENERALI

1.1.

Il-vettura bil-mutur għandha tkun pprovduta b'parafangu għal kull rota.

1.2.

Il-parafangu jista' jikkonsisti minn partijiet tal-bodi tal-karozza jew minn parafangu separat u għandu jkun iddisinjat b'mod li jipproteġi l-utenti tat-triq, kemm jista' jkun, minn titjir ta' ġebel, tajn, silġ, borra u ilma u biex inaqqas il-periklu minħabba l-kuntatt mar-roti li jduru.

2.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

2.1.

Il-parafangi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin bil-massa tal-vettura aġġustata skont il-massa ddikjarata mill-manifattur f'kundizzjoni ta' sewqan b'passiġġier addizzjonali wieħed fuq l-ewwel filliera ta' bil-qiegħda u r-roti steered fid-direzzjoni dritta.

2.1.1.

Fil-parti magħmula mill-uċuħ radjali f’angolu ta’ 30° ’il quddiem u 50° lura lejn iċ-ċentru tar-roti (ara Figura 1), il-wisa’ totali (q) tal-parafangu għandha tkun mill-inqas suffiċjenti biex tkopri l-wisa’ kollha tat-tajer (b) filwaqt li jitqies l-envelope tat-tajer kif ukoll l-estremitajiet tal-kombinazjoni(ijiet) tat-tajer/rota kif speċifikat mill-manifattur. Fil-każ ta' roti doppji, għandhom jitqiesu l-envelopes tat-tajer u tal-wisa’ kollha taż-żewġ tajers (t).

2.1.1.1.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-wisgħat imsemmija fil-paragrafu 2.1.1, it-tikketti (marki) u t-tiżjin, faxxex jew strutturi ta' protezzjoni fuq il-barra tat-tajer ma jitqiesux.

2.1.2.

Il-wara tal-parafangu ma għandux jieqaf ’il fuq minn wiċċ mimdud 150 mm ’il fuq mill-assi ta' tidwir tar-roti, barra minn hekk:

2.1.2.1.

Fil-każ ta' rota waħda, l-intersezzjoni tat-tarf ta' wara tal-parafangu mal-wiċċ mimdud kif iddefinit fil-paragrafu 2.1.2. (ara Figura 1, punt A) għandha tkun ’il barra mill-wiċċ lonġitudinali medjan tat-tajer.

2.1.2.2.

Fil-każ ta' roti doppji, l-intersezzjoni tat-tarf ta' wara tal-parafangu mal-wiċċ mimdud kif iddefinit fil-paragrafu 2.1.2. (ara Figura 1, punt A) mar-rota ta' barra għandha tkun ’il barra mill-wiċċ lonġitudinali medjan tat-tajer tat-tarf.

2.1.3.

Il-profil u l-pożizzjoni ta' kull parafangu għandhom ikunu b'mod li jersqu kemm jista' jkun qrib it-tajers. B'mod partikolari fi ħdan il-parti magħmula mill-uċuħ radjali msemmija fil-paragrafu 2.1.1., ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom ikunu ssodisfati:

2.1.3.1.

Il-fond (p) tal-ispazju li jinsab fil-wiċċ wieqaf tal-assi tat-tajer, imkejjel mit-truf ta' barra u ta' ġewwa tal-parafangu mal-wiċċ wieqaf lonġitudinali li jgħaddi miċ-ċentru tat-tajer fuq ġewwa tal-parafangu, għandu jkun tal-inqas 30 mm. Dan il-fond (p) jista' jitnaqqas bil-mod il-mod għal żero lejn l-uċuħ radjali speċifikati fil-paragrafu 2.1.1.

2.1.3.2.

Id-distanza (c) bejn it-trufijiet l-aktar baxxi tal-parafangu u l-fus li jgħaddi miċ-ċentru tad-tidwir tar-roti m'għandhiex tkun iktar minn 2 × r, fejn ir-raġġ (r) huwa r-raġġ statiku tat-tajer.

2.1.4.

Fil-każ ta' vetturi li għandhom għoli tas-saspenxin aġġustabbli, ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq għandhom jintlaħħqu meta l-vettura tkun fil-kundizzjoni normali ta' sewqan kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

2.2.

Il-parafangi jistgħu jikkonsistu minn ħafna komponenti, kemm-il darba ma jkunx hemm il-vojt bejn jew fi ħdan il-partijiet individwali meta jitwaħħlu fuq il-vettura.

2.3.

Il-parafangi għandhom jitwaħħlu fis-sod. Madanakollu, jistgħu jkunu jinqalgħu jew bħala unità jew f'partijiet.

3.   L-UŻU TA' MEZZI TA' QABDA FUQ IS-SILĠ

3.1.

Fil-każ ta’ vetturi fejn żewġ roti biss huma ingranati, il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura hija ddisinjata b'mod li mill-inqas tip wieħed ta’ mezz ta' qabda fuq is-silġ jista’ jintuża fuq mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ kombinazzjonijiet ta' rota u tajer approvati għall-fus ingranat tal-vettura. Il-mezz ta' qabda fuq is-silġ u l-kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota adattati għat-tip ta' vettura għandhom ikunu speċifikati mill-manifattur skont il-punt 6.6.4. fid-dokument ta' informazzjoni.

3.2.

Fil-każ ta’ vetturi fejn ir-roti kollha huma ingranati, inklużi vetturi fejn il-fusien ingranati jistgħu jingranaw bl-idejn jew awtomatikament, il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura tkun iddisinjata b'mod li mill-inqas tip wieħed ta' mezz ta' qabda fuq is-silġ jista' jintuża fuq mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ kombinazzjonijiet ta' rota u tajer approvati għall-fus ingranat, li ma jistax jingrana waħdu, tal-vettura. Il-mezz ta' qabda fuq is-silġ u l-kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota adattati għat-tip ta' vettura għandhom ikunu speċifikati mill-manifattur skont il-punt 6.6.4. fid-dokument ta' informazzjoni.

3.3.

Il-manifattur tal-vettura għandu jinkludi struzzjonijiet rilevanti dwar l-użu korrett tal-mezzi ta' qabda fuq is-silġ speċifikati fil-ktejjeb tal-vettura u din l-informazzjoni għandha tingħata fil-lingwa nazzjonali, jew tal-inqas f'waħda mil-lingwi nazzjonali, tal-pajjiż li fih il-vettura tkun għall-bejgħ.

Figura 1

Dijagramma ta' parafangu

Image


Top