This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996F0698
96/698/JHA: Joint Action of 29 November 1996 adopted by the Council on the basis of Article K.3 of the Treaty on European Union, on cooperation between customs authorities and business organizations in combating drug trafficking
Azzjoni konġuntat tad-29 ta' Novembru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar koperazzjoni bejn awtoritajiet doganali u organizzazzjonijiet tal-kummerċ fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga
Azzjoni konġuntat tad-29 ta' Novembru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar koperazzjoni bejn awtoritajiet doganali u organizzazzjonijiet tal-kummerċ fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga
ĠU L 322, 12.12.1996, p. 3–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 322 , 12/12/1996 P. 0003 - 0004
Azzjoni konġuntat tad-29 ta' Novembru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar koperazzjoni bejn awtoritajiet doganali u organizzazzjonijiet tal-kummerċ fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga (96/698/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu K.3 (2) (b) miġjub fih, Wara li kkunsidra l-inizjattiva ta' l-Irlanda, Wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp Espert dwar id-Droga, kif approvat mill-Kunsill Ewropew f'Madrid fl-1995, Waqt li jirrikonoxxi li l-faċilitajiet u s-servizzi ta' organizzazzjonijiet leġittimi tan-negozju jistgħu bil-moħbi jkunu traffikanti illegali tad-droga, Billi l-ogħla grad ta' koperazzjoni huwa essenzjali bejn l-awtoritajiet doganali u organizzazzjonijiet tal-kummerċ fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga; Billi appoġġ għat-tisħiħ ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u organizzazzjonijiet tal-kummerċ fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga kien espress mill-Grupp tas-Seba' (G7) fil-laqgħat għolja f'Londra (1991) u Munich (1992); Billi r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU 1993/41 tas-27 ta' Lulju 1993 u 1995/18 ta' l-24 ta' Lulju 1995 ikkonfermaw l-użu ta' Memoranda ta' Ftehim bħala mezz prattiku biex jinkisbu riżultati tanġibbli fl-infurzar tad-droga, waqt li tinżamm l-ispinta tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ; Billi pjan ta' azzjoni biex jiġu żviluppati sistematikament il-Memoranda ta' Ftehim fil-qasam doganali kien adottat mill-Kunsill ta' l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), Waqt li jinnota li l-programm ta' Memoranda ta' Ftehim mibdi mid-WCO kellu suċċess mad-dinja kollha fil-konsolidazzjoni tal-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u organizzazzjonijiet tal-kummerċ; Waqt li jinnota b'żieda li xi Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea diġà bdew programmi ta' Memoranda ta' Ftehim nazzjonali ma' organizzazzjonijiet tal-kummerċ rigward kemm it-traffikar tad-droga kif ukoll reati oħra doganali; Konxju li espansjoni ta' dawn il-programmi għall-Istati Membri kollha u għal numru akbar ta' organizzazzjonijiet tal-kummerċ tista' ġġib aktar vantaġġi ta' infurzar, ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA: Artikolu 1 Sabiex tiġi konsolidata r-relazzjoni ta' koperazzjoni diġà eżistenti bejn l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati membri u organizzazzjonijiet tal-kummerċ li joperaw fl-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jiżviluppaw aktar programmi ta' Memoranda ta' Ftehim f'livell nazzjonali taħt il-linji gwida preskritti f'din l-azzjoni konġunta u għandhom jistiednu parteċipazzjoni f'dawk il-programmi. Artikolu 2 Il-Memoranda ta' Ftehim bejn l-awtoritajiet doganali u organizzazzjonijiet tal-Kummerċ jista' jkun fihom, iżda m'hemmx għalfejn ikunu limitati għal, disposizzjonijiet fir-rigward ta' dan li ġej: - l-iskambju ta' ismijiet ta' kuntatt fid-dwana u fl-organizzazzjoni firmatarja, - il-provvista lid-dwana, mill-firmatarju ta' tagħrif bil-quddiem dwar merkanzija jew passiġġieri kif xieraq, - aċċess mid-dwana għas-sistemi ta' informazzjoni tal-firmatarju, - stima mid-dwana tal-proċeduri tas-sigurtà tal-firmatarju, - żvilupp u implimentazzjoni ta' pjanijiet biex tittejjeb dik is-sigurtà, - verifkar fuq imġjegati ngaġġati reċentement mill-firmatarju, - provvista mid-dwana ta' taħriġ lill-impjegati tal-firmatarju. Artikolu 3 L-awtoritajiet doganali għandhom perjodikament jirrevedu l-operazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-Memoranda ta' Ftehim u għandhom ukoll jirrevedu l-implimentazzjoni ta' Memoranda ta' Ftehim individwali u, bi ftehim mal-firmatarji, jadattawhom kif meħtieġ biex jassiguraw effettività massima. Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat tal-Kunsill bil-miżuri li jkunu ħadu biex jimplimentaw id-disposizzjonijiet ta' din l-azzjoni konġunta sena wara d-dħul fis-seħħ tagħha u wara dan kull meta mitluba mill-Presidenza. Artikolu 5 L-Istati Membri jistgħu jestendu l-iskop tal-Memoranda ta' Ftehim stabbiliti taħt il-programmi msemmija fl-Artikolu 1 biex ikopru reati oħra li għalihom l-awtoritajiet doganali huma kompetenti b'żieda mat-traffikar tad-droga. Artikolu 6 L-azzjoni konġunta għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Novembru 1996. Għall-Kunsill Il-President N. Owen --------------------------------------------------