Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0445

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Ottubru 1995 dwar il-konklużjoni tal-Qafas ta' Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Federazzjoni tal-Brażil

    ĠU L 262, 1.11.1995, p. 53–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/445/oj

    Related international agreement

    31995D0445



    Official Journal L 262 , 01/11/1995 P. 0053 - 0053


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-30 ta' Ottubru 1995

    dwar il-konklużjoni tal-Qafas ta' Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Federazzjoni tal-Brażil

    (95/445/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jitabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 130y, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi, skond l-Artikolu 130u tat-Trattat, il-politika tal-Komunità fl-isfera ta' l-iżvilupp tal-kooperazzjoni għandha tgħin l-iżvilupp ekonomikament sostenibbli u soċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-integrazzjoni lixxa u gradwali tagħhom f'dinja ekonomika u l-kampanja kontra l-faqar f'dawk il-pajjiżi;

    Billi l-Komunità għandħa tapprova, biex tilħaq l-għanijiet tagħha fl-isfera tar-relazzjonijiet esterni, il-Qafas tal-Ftehim tal-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika mar-Repubblika tal-Federazzjoni tal-Brażil,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Qafas tal-Ftehim tal-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Federazzjoni tal-Brażil huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

    It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill, f'isem il-Komunità, għandu jagħti l-avviż ipprovdut fl-Artikolu 33 tal-Ftehim [3].

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, mgħejjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, għandha tirrappreżenta l-Komunità fuq il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 29 tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Ottubru 1995.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    J. Solana

    [1] ĠU C 163, tat-30.6.1992, p. 11

    [2] ĠU C 337, tal-21.12.1992, p. 237

    [3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top