Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1808

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1808 tal-21 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi l-mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fir-rigward ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2023/6280

    ĠU L 234, 22.9.2023, p. 105–141 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1808/oj

    22.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 234/105


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1808

    tal-21 ta’ Settembru 2023

    li jistabbilixxi l-mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fir-rigward ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2022/2371 jistabbilixxi mekkaniżmi u strutturi għall-koordinazzjoni tat-tħejjija u r-rispons għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa, inkluż ir-rappurtar dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2022/2371, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-Unjoni b’rapport aġġornat dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-prevenzjoni, t-tħejjija u r-rispons fil-livell nazzjonali u, fejn xieraq, fil-livelli interreġjonali transfruntier sas-27 ta’ Diċembru 2023 u kull 3 snin minn hemm ’il quddiem.

    (3)

    It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2022/2371 jistabbilixxu l-informazzjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons li l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-aġenziji u lill-korpi rilevanti tal-Unjoni.

    (4)

    Skont l-Artikolu 7(2)), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2022/2371, kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni li tirċievi għad-dispożizzjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) f’rapport imħejji f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u ma’ aġenziji u korpi rilevanti oħra tal-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jinkludi profili tal-pajjiżi għall-monitoraġġ tal-progress u għall-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni biex jiġu indirizzati l-lakuni identifikati fil-livell nazzjonali li għalihom il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet ġenerali filwaqt li tqis l-eżiti tal-valutazzjoni tal-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament.

    (5)

    Skont it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2022/2371, abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tibda diskussjoni fl-HSC dwar il-progress u n-nuqqasijiet fit-tħejjija. Ħarsa ġenerali lejn ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport għandha tiġi ppubblikata fuq is-siti web tal-Kummissjoni u tal-ECDC.

    (6)

    Il-mudell għall-kwestjonarju li għandu jintuża mill-Istati Membri meta jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura r-rilevanza tiegħu mal-objettivi identifikati f’dak il-paragrafu u l-komparabbiltà tiegħu, filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tal-informazzjoni rikjesta u ppreżentata. Il-mudell ġie elaborat f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tħejjija tal-HSC bil-parteċipazzjoni attiva tal-maġġoranza tal-Istati Membri, id-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni, l-ECDC, u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Il-mudell ġie allinjat, fejn possibbli, mar-Rapport ta’ Awtovalutazzjoni tal-Istat Parti (SPAR) tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005).

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-mudell li għandu jintuża mill-Istati Membri meta jipprovdu informazzjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons tagħhom fir-rigward ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2022/2371, kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huwa adottat.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26.


    ANNESS

    Werrej

    A.

    Kapaċitajiet tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) 2005 108

    1.

    Strumenti ta’ politika, legali u normattivi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) 2005 108

    2.

    Finanzjament 109

    3.

    Laboratorju 110

    4.

    Sorveljanza 113

    5.

    Riżorsi umani 114

    6.

    Ġestjoni ta’ emerġenza tas-saħħa 115
    Il-ġestjoni tar-rispons ta’ emerġenza tas-saħħa 115
    Il-ġestjoni tal-loġistika u tal-katina tal-provvista ta’ emerġenza 118

    7.

    Forniment ta’ servizzi tas-saħħa 121

    8.

    Komunikazzjoni tar-riskju 124

    9.

    Punti ta’ dħul (PoEs) u saħħa fil-fruntieri 125

    10.

    Il-mard żoonotiku u t-theddid ta’ oriġini ambjentali, inklużi dawk minħabba l-klima 126

    11.

    Avvenimenti kimiċi 127

    B.

    Kapaċitajiet addizzjonali skont ir-Regolament (UE) 2022/2371 129

    12.

    Reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) u Infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (SAIs) 129
    AMR 129
    Infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (HAIs) 134

    13.

    Funzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ fil-livell tal-Unjoni 135

    14.

    L-iżvilupp tar-riċerka u l-evalwazzjonijiet biex tiġi infurmata u aċċellerata t-tħejjija f’każ ta’ emerġenza 137

    15.

    Elementi ta’ rkupru 139

    16.

    Azzjonijiet meħuda biex jittejbu n-nuqqasijiet misjuba fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons 139

    C.

    Oħra 141

    A.   KAPAĊITAJIET TAR-REGOLAMENTI INTERNAZZJONALI TAS-SAĦĦA (IHR) 2005

    1.   Strumenti ta’ politika, legali u normattivi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) 2005

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.1.1

    Fir-rigward tal-istrumenti legali tal-Istat Membru tiegħek għat-tħejjija u għall-ippjanar għar-rispons, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5

     

    livell

    L-istrumenti legali ma jinkorporaw l-ebda koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern waqt emerġenza tas-saħħa pubblika

    1

    L-istrumenti legali jinkorporaw xi koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern waqt emerġenza tas-saħħa pubblika

    2

    L-istrumenti legali jinkorporaw xi koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern waqt emerġenza tas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, l-istrumenti legali jinkorporaw ukoll xi koordinazzjoni mas-setturi responsabbli għall-infrastruttura kritika waqt emerġenza tas-saħħa pubblika

    3

    L-istrumenti legali jinkorporaw xi koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern waqt emerġenza tas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, l-istrumenti legali jinkorporaw ukoll xi koordinazzjoni mas-setturi responsabbli għall-infrastruttura kritika waqt emerġenza tas-saħħa pubblika. Minbarra dan, il-livell ta’ tħejjija operazzjonali ta’ dawn l-istrumenti legali ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin

    4

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, hemm mekkaniżmu għar-rieżami u għar-reviżjoni tal-istrumenti legali (jekk ikun meħtieġ abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet mill-ittestjar)

    5

    Jekk livell 5: pajjiżek irreveda l-istrumenti legali f’dawn l-aħħar 3 snin? (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok tella’ l-links rilevanti (mhux obbligatorju għal l-Istati Membri):

    Kummenti addizzjonali:

    A.1.2

    F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, l-istrumenti legali ta’ pajjiżek għall-implimentazzjoni tal-IHR 2005 jassenjaw proċess ċar ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, li jista’ jinkludi awtorità waħda jew aktar? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli (N/A)

    2.   Finanzjament

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.2.1

    Fir-rigward tal-ippjanar tal-Istati Membri biex jittestjaw ir-riżorsi finanzjarji għall-finanzjament ta’ kontinġenza sabiex jirrispondu għat-theddid għas-saħħa, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5 jew N/A

     

    livell

    L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija [fil-livell ċentrali tal-Istat]

    Mhux applikabbli

    Ma hemm l-ebda pjan biex jitwettqu testijiet tar-riżorsi finanzjarji għall-finanzjament ta’ kontinġenza għar-rispons f’dak li huwa theddid għas-saħħa fit-3 snin li ġejjin

    1

    Hemm pjanijiet biex jitwettqu testijiet tar-riżorsi finanzjarji għall-finanzjament ta’ kontinġenza għar-rispons f’dak li huwa theddid għas-saħħa fit-3 snin li ġejjin iżda dan huwa fuq bażi ad hoc

    2

    Hemm pjanijiet biex jitwettqu testijiet tar-riżorsi finanzjarji għall-finanzjament ta’ kontinġenza għar-rispons f’dak li huwa theddid għas-saħħa u dan għandu jitwettaq fuq bażi regolari

    3

    It-testijiet tar-riżorsi finanzjarji għall-finanzjament ta’ kontinġenza għar-rispons f’dak li huwa theddid għas-saħħa saru u għadhom jitwettqu fuq bażi regolari

    4

    Skont il-livell 4, u, barra minn hekk, ġew implimentati rakkomandazzjonijiet mit-testijiet u l-pjanijiet korrispondenti ġew rieżaminati u riveduti

    5

    Kummenti addizzjonali:

    L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat, minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)

    F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika jekk jintbagħtux rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida fil-livell nazzjonali lill-awtoritajiet reġjonali (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk fil-livell ċentrali tafx jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida humiex implimentati fil-livell reġjonali u jekk hemmx lakuni jew sfidi

    Jekk le, jekk jogħġbok spjega:

    A.2.2

    Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Finanzi tal-Istat Membru tiegħek għandhom proċeduri ddedikati għall-koordinazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok elabora: (eż. laqgħat regolari, task force konġunta jew grupp ta’ ħidma, linji gwida, u miżuri regolatorji, eċċ.)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    3.   Laboratorju

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.3.1

    Jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek fir-rigward taż-żieda fil-kapaċità tal-ittestjar fil-laboratorju fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika:

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    Ma hemm l-ebda pjan u organizzazzjoni (1) biex tiżdied il-kapaċità tal-ittestjar fil-laboratorju f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika

    1

    Qed jiġu żviluppati pjan u organizzazzjoni biex tiżdied il-kapaċità tal-ittestjar fil-laboratorju f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika

    2

    Hemm pjan u organizzazzjoni biex tiżdied il-kapaċità tal-ittestjar fil-laboratorju f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, iżda l-pjan ma ġiex ittestjat f’dawn l-aħħar 3 snin

    3

    Hemm pjan u organizzazzjoni biex tiżdied il-kapaċità tal-ittestjar fil-laboratorju f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u dan il-pjan ġie ttestjat f’test ta’ simulazzjoni ta’ kriżi fl-aħħar 3 snin

    4

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, is-sistema ġiet riveduta kif xieraq

    5

    Kummenti addizzjonali:

    A.3.2

    Jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ testijiet ġodda bbażati fuq l-amplifikazzjoni tal-aċidi nuklejċi (NAATs) u ta’ sistemi tal-laboratorju assoċjati adattati fil-każ ta’ feġġa ta’ patoġenu ġdid b’potenzjal li joħloq pandemija:

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    Fil-kuntest tal-Istat Membru tiegħi, ma jkunx possibbli li jiġu implimentati NAATs ġodda u li s-sistemi tal-laboratorju assoċjati jiġu adattati fi żmien 6 xhur.

    1

    > 3–6 xhur

    2

    > 1–3 xhur

    3

    2–4 ġimgħat

    4

    < ġimagħtejn

    5

    Kummenti addizzjonali:

    A.3.3

    Jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek,f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika b’potenzjal li tirriżulta f’pandemija li tirrikjedi ttestjar fuq skala kbira

    Indikatur

    1-5 jew N/A

     

    Livell

    L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb minħabba diffikultajiet biex jikkwantifika l-kapaċità tal-NAAT skont dawn il-livelli

    Mhux applikabbli

    F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u meta jkun disponibbli NAAT ivvalidat, ikun possibbli li jiżdiedu s-servizzi dijanjostiċi tal-ittestjar tal-NAAT għal kapaċità ta’ ttestjar ta’ kampjuni ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi għal sa 0,01 % tal-popolazzjoni fl-Istat Membru tiegħi

    1

    F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u meta jkun disponibbli NAAT ivvalidat, ikun possibbli li jiżdiedu s-servizzi dijanjostiċi tal-ittestjar tal-NAAT għal kapaċità ta’ ttestjar ta’ kampjuni ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi għal 0,01–0,1 % tal-popolazzjoni fl-Istat Membru tiegħi

    2

    F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u meta jkun disponibbli NAAT ivvalidat, ikun possibbli li jiżdiedu s-servizzi dijanjostiċi tal-ittestjar tal-NAAT għal kapaċità ta’ ttestjar ta’ kampjuni ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi għal 0,1–1 % tal-popolazzjoni fl-Istat Membru tiegħi

    3

    F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u meta jkun disponibbli NAAT ivvalidat, ikun possibbli li jiżdiedu s-servizzi dijanjostiċi tal-ittestjar tal-NAAT għal kapaċità ta’ ttestjar ta’ kampjuni ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi għal 1–2 % tal-popolazzjoni fl-Istat Membru tiegħi

    4

    F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u meta jkun disponibbli NAAT ivvalidat, ikun possibbli li jiżdiedu s-servizzi dijanjostiċi tal-ittestjar tal-NAAT għal kapaċità ta’ ttestjar ta’ kampjuni ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi għal > 2 % tal-popolazzjoni fl-Istat Membru tiegħi

    5

    Jekk N/A, jekk jogħġbok ikkwantifika l-kapaċità tal-NAAT skont il-proposta tiegħek stess:

    Kummenti addizzjonali:

    A.3.4

    L-Istat Membru tiegħek għandu aċċess għal sorsi addizzjonali ta’ kapaċità tal-laboratorju għal servizzi dijanjostiċi f’każ fejn tkun meħtieġa kapaċità akbar (eż. laboratorji ta’ riċerka jew veterinarji, eċċ.)? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk dan huwiex bi ftehim formali jew fuq bażi ad hoc.

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.3.5

    L-Istat Membru tiegħek għandu l-kapaċità li jirrapporta r-riżultati tal-ittestjar fil-laboratorju għas-sorveljanza nazzjonali permezz ta’ sistema ta’ rapportar elettroniku? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, din is-sistema ta’ rapportar hija kapaċi timmaniġġa l-informazzjoni tal-ittestjar estiża? (iva/le)

    Jekk iva, din is-sistema ta’ rapportar hija kapaċi tintegra l-input minn sorsi differenti ta’ kapaċitajiet tal-laboratorju (eż. riċerka, sptarijiet, laboratorji kummerċjali jew veterinarji, eċċ.)? (iva/le)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.3.6

    Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek għandux aċċess għal laboratorji ta’ konteniment għoli, jiġifieri laboratorji tal-livell 3 jew 4 tal-bijosikurezza:

    L-Istat Membru tiegħek għandu aċċess għal laboratorju tal-livell 3 tal-bijosikurezza? (iva/le/oħrajn)

    Jekk le, l-Istat Membru tiegħek għandu ftehim formali ma’ pajjiż ieħor tal-UE/taż-ŻEE għal dan is-servizz? (iva/le)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    L-Istat Membru tiegħek għandu aċċess għal laboratorju tal-livell 4 tal-bijosikurezza (iva/le/oħrajn)

    Jekk le, pajjiżek għandu ftehim formali ma’ Stat Membru ieħor tal-UE/taż-ŻEE għal dan is-servizz? (iva/le)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu

    Mhux applikabbli

    A.3.7

    L-Istat Membru tiegħek għandu l-kapaċità li jikkaratterizza patoġenu ġdid permezz tas-Sekwenzjar tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGS)? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, id-data tal-NGS għas-sorveljanza nazzjonali tiġi rrapportata permezz ta’ sistema ta’ rapportar elettroniku? (iva/le)

    Jekk le, pajjiżek għandu arranġament ma’ Stat Membru ieħor? (iva/le).

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika l-Istat Membru:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.3.8

    L-Istat Membru tiegħek għandu faċilità ddedikata għall-validazzjoni ta’ apparati introdotti ġodda għad-dijanjożi tal-patoġenu l-ġdid? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    4.   Sorveljanza

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.4.1

    Is-sistema ta’ sorveljanza tal-Istat Membru tiegħek għall-infezzjonijiet respiratorju akuti tkopri l-livelli kollha tal-kura tas-saħħa? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.4.2

    Is-sistemi ta’ sorveljanza għal Infezzjoni Respiratorja Akuta (ARI), Marda li Tixbah l-Influwenza (ILI) u Infezzjonijiet Respiratorji Akuti Severi (SARI) huma awtomatizzati (2) fl-Istat Membru tiegħek? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.4.3

    Is-sistema ta’ sorveljanza tal-Istat Membru tiegħek għall-infezzjonijiet respiratorju tkun tista’ tiġi estiża matul pandemija (jiġifieri, jiżdiedu l-għadd ta’ siti ta’ rapportar, il-portata tad-data miġbura, il-puntwalità tar-rapportar, eċċ.)? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.4.4

    L-Istat Membru tiegħek jista’ jimmonitorja l-indikaturi li ġejjin fuq bażi kontinwa u għat-territorju tal-pajjiż kollu, matul emerġenza tas-saħħa pubblika (jiġifieri filwaqt li jqis kapaċitajiet estiżi u/jew kuntesti ġodda)?

    Mhux applikabbli

     

    iva/le

    Il-kapaċità ta’ sodod fl-isptarijiet

     

    Il-kapaċità tal-unitajiet tal-kura intensiva fl-isptarijiet

     

    Il-kapaċità tas-swali tal-emerġenza tal-isptarijiet

     

    L-utilizzazzjoni tal-isptar

     

    Il-kapaċità tal-ittestjar

     

    Il-kapaċità ta’ traċċar tal-kuntatti

     

    Oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi

     

    Kummenti addizzjonali:

    A.4.5

    Pajjiżek għandu sistema ta’ monitoraġġ tal-ilma mormi stabbilita għall-patoġeni respiratorji? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.4.6

    Pajjiżek għandu pjanijiet u infrastrutturi għal valutazzjoni f’waqtha u kontinwa ta’ theddida ta’ pandemija, jiġifieri, għall-valutazzjoni ta’:

    Mhux applikabbli

     

    iva/le

    It-trażmissibbiltà, ir-rotta ta’ trażmissjoni, in-numru tar-riproduzzjoni effettiv

     

    Is-severità

     

    Il-korrelati immunoloġiċi tal-protezzjoni

     

    L-effettività tal-vaċċini

     

    It-trajettorji u l-impatt tal-epidemiji permezz ta’ mmudellar matematiku

     

    Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika:

    Kummenti addizzjonali:

    5.   Riżorsi umani

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.5.1

    F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika rigward żieda potenzjali fid-domanda għar-riżorsi umani, jekk jogħġbok indika l-livell tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5 jew N/A

     

     

    Servizzi ta’ sptar

    Servizzi ta’ kura primarja tal-outpatient

    Servizzi tal-laboratorju (barra mill-isptarijiet)

    Servizzi oħra tas-saħħa pubblika

    Mhux applikabbli

    L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat

     

     

     

     

    Il-livell 1

    Ma hemm l-ebda mekkaniżmu biex tiġi żgurata żieda fir-riżorsi umani fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika

     

     

     

     

    Il-livell 2

    Ma hemm l-ebda mekkaniżmu biex tiġi żgurata żieda fir-riżorsi umani fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika iżda hemm pjan biex issir ħidma fuq strateġija biex din issir fit-3 snin li ġejjin

     

     

     

     

    Il-livell 3

    Hemm mekkaniżmu biex tiġi żgurata żieda fir-riżorsi umani fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, iżda ma huwiex strument operazzjonali strutturat u lanqas ma jiġi aġġornat regolarment

     

     

     

     

    Il-livell 4

    Hemm mekkaniżmu biex tiġi żgurata żieda fir-riżorsi umani fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika li jinkludi strument operazzjonali strutturat li jiġi aġġornat regolarment u l-parteċipanti jiġu mħarrġa perjodikament

     

     

     

     

    Il-livell 5

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, dan il-mekkaniżmu jiġi ttestjat biex jiġi żgurat il-funzjonament tiegħu

     

     

     

     

    Kummenti addizzjonali:

    Pajjiżek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)

    F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika jekk ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida tal-livell nazzjonali jintbagħtux lill-awtoritajiet reġjonali (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk fil-livell nazzjonali tafx jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida humiex implimentati fil-livell reġjonali u jekk hemmx lakuni jew sfidi identifikati:

    Jekk le, jekk jogħġbok spjega

    A.5.2

    Jekk jogħġbok indika jekk ir-reġjuni fl-Istat Membru tiegħek għandhomx ftehimiet biex jirċievu/jiskambjaw appoġġ għar-riżorsi umani fis-settur tas-saħħa f’każ ta’ bżonn? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    6.   Ġestjoni ta’ emerġenza tas-saħħa

    Il-ġestjoni tar-rispons ta’ emerġenza tas-saħħa

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.6.1

    Fir-rigward tal-ippjanar tal-prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons tal-Istat Membru tiegħek għal emerġenzi tas-saħħa pubblika, jekk jogħġbok indika jekk pajjiżek jużax:

    Pjan ġeneriku [ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons? (iva/le)

    Dokumenti ekwivalenti? (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.6.2

    Rigward it-tfassil ta’ profili tar-riskju ta’ emerġenza tas-saħħa u pjanijiet speċifiċi ta’ rispons għall-epidemiji, jekk jogħġbok indika l-livell tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    Ma hemm l-ebda tfassil ta’ profil tar-riskju ta’ emerġenza tas-saħħa ta’ rutina għal theddid transfruntier serju għas-saħħa

    1

    Hemm tfassil ta’ profil tar-riskju ta’ emerġenza tas-saħħa ta’ rutina għal theddid transfruntier serju għas-saħħa

    2

    Hemm tfassil ta’ profil tar-riskju ta’ emerġenza tas-saħħa ta’ rutina għal theddid transfruntier serju għas-saħħa u dan isir mill-inqas darba kull 3 snin

    3

    Hemm tfassil ta’ profil tar-riskju ta’ emerġenza tas-saħħa ta’ rutina għal theddid transfruntier serju għas-saħħa, dan isir mill-inqas darba kull 3 snin u jkun ġie żviluppat pjan(ijiet) speċifiku/speċifiċi għal dan it-theddid jew aktar minn wieħed

    4

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, dawn il-pjan(ijiet) ġew ittestjati u riveduti kif meħtieġ

    5

    Kummenti addizzjonali:

    Jekk livell 2 jew ogħla, jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek għandux pjan stabbilit li jindirizza d-disponibbiltà u l-użu (jiġifieri l-iżvilupp, il-manifattura, l-akkwist, il-kumulazzjoni, u d-distribuzzjoni) ta’ kontromiżuri mediċi speċifiċi għat-theddid (MCMs) fir-rigward ta’:

     

    Żvilupp (iva/le)

    Manifattura (iva/le)

    Akkwist (iva/le)

    Kumulazzjoni (iva/le)

    Distribuzzjoni (iva/le)

    Oħrajn:

    Mard li jittieħed b’potenzjal epidemiku jew pandemiku

     

     

     

     

     

     

    Theddid kimiku u bijoloġiku relatat

     

     

     

     

     

     

    Aġenti reżistenti għal ħafna mediċini f’sitwazzjoni ta’ kriżi

     

     

     

     

     

     

    Jekk iva għal kwalunkwe wieħed minn dawn ta’ hawn fuq, jekk jogħġbok speċifika l-aġenti ta’ tħassib u l-MCMs relatati:

    F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu

    A.6.3

    Fir-rigward tal-pjan(ijiet) speċifiku/speċifiċi ta’ rispons għall-epidemiji tal-Istat Membru tiegħek, jekk jogħġbok indika liema pjan(ijiet) ġie/ġew żviluppat(i) u, meta possibbli, ipprovdi rabta mal-pjan(i) speċifiku/speċifiċi ta’ rispons għall-epidemiji:

    Mhux applikabbli

    A.6.4

    Fir-rigward tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Inċidenti (IMS) fil-livell nazzjonali jew l-istruttura ekwivalenti, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    Ma hemm l-ebda IMS – jew sistema ekwivalenti – li tgħaqqad is-settur tas-saħħa pubblika ma’ dawk li huma involuti fl-ippjanar tat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa

    1

    Ma hemm l-ebda IMS jew sistema ekwivalenti li tgħaqqad is-settur tas-saħħa pubblika ma’ dawk li huma involuti fl-ippjanar tat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa, hemm pjan biex tinħoloq waħda fit-3 snin li ġejjin

    2

    Hemm IMS jew sistema ekwivalenti li tgħaqqad is-settur tas-saħħa pubblika ma’ dawk li huma involuti fl-ippjanar tat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa iżda din ma ġiex ittestjat jew ġiet ttestjata aktar minn 3 snin ilu

    3

    Hemm IMS jew sistema ekwivalenti li tgħaqqad is-settur tas-saħħa pubblika ma’ dawk li huma involuti fl-ippjanar tat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa u din ġiet ittestjata fl-aħħar 3 snin

    4

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, l-IMS għandha l-kapaċità li tadatta l-istruttura/ġerarkija ta’ kmand u kontroll tagħha (eż. il-kompożizzjoni tagħha, skont in-natura ta’ avveniment potenzjali)

    5

    Kummenti addizzjonali:

    A.6.5

    Rigward l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-miżuri tas-saħħa pubblika u soċjali (PHSMs) u fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    Ma hemm l-ebda mekkaniżmu għat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni tal-PHSMs matul emerġenza tas-saħħa pubblika

    1

    Hemm mekkaniżmu stabbilit biex jappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni tal-PHSMs matul emerġenza tas-saħħa pubblika, iżda n-natura multidixxiplinari u transsettorjali ma hijiex definita bis-sħiħ

    2

    Hemm mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tal-PHSMs matul emerġenza tas-saħħa pubblika u n-natura multidixxiplinari u transsettorjali hija definita bis-sħiħ

    3

    Hemm mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tal-PHSMs matul emerġenza tas-saħħa pubblika, li hija multidixxiplinari u transsettorjali u tinkludi dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni tal-puntwalità u l-effettività tal-interventi mhux farmaċewtiċi (NSIs)

    4

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, dan il-mekkaniżmu ġie ttestjat f’dawn l-aħħar 3 snin

    5

    Kummenti addizzjonali:

     

    A.6.6

    Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-għajnuna reċiproka transfruntiera fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5 jew N/A

     

    Livell

    Ma tistax twieġeb il-mistoqsija peress li l-Istat Membru ma għandux pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti

    Mhux applikabbli

    Il-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti ma jinkludix għajnuna reċiproka transfruntiera

    1

    Il-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti jinkludu għajnuna reċiproka transfruntiera

    2

    Il-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti jinkludi għajnuna reċiproka transfruntiera, u dan ġie ttestjat b’mill-inqas Stat Membru wieħed

    3

    Il-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti jinkludi għajnuna reċiproka transfruntiera, u dan ġie ttestjat b’mill-inqas Stat Membru wieħed u aġġornat meta rilevanti

    4

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, l-informazzjoni relatata mal-għajnuna reċiproka transfruntiera kif ukoll ir-riżultati tal-ittestjar ġew kondiviżi fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC)

    5

    Kummenti addizzjonali:

    Jekk livell 2 jew ogħla, jekk jogħġbok niżżel it-tip ta’ għajnuna reċiproka transfruntiera inkluża u ma’ liema Stat Membru:

    Pajjiż/Ragruppament ta’ Stati Membri (jekk jogħġbok speċifika):

    Tip ta’ għajnuna reċiproka transfruntiera (jekk jogħġbok speċifika):

    Jekk livell 3 jew ogħla, jekk jogħġbok niżżel l-Istati Membri u t-tip ta’ għajnuna reċiproka transfruntiera li ġiet ittestjata:

    Pajjiż/Ragruppament ta’ pajjiżi (jekk jogħġbok speċifika):

    Tip ta’ għajnuna reċiproka transfruntiera (jekk jogħġbok speċifika):

     

    L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)

    F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika jekk jintbagħtux ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida fil-livell nazzjonali lill-awtoritajiet reġjonali (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk fil-livell nazzjonali tafx jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida humiex implimentati fil-livell reġjonali u jekk hemmx lakuni jew sfidi identifikati:

    Jekk le, jekk jogħġbok spjega:

     

    A.6.7

    Il-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Istat Membru tiegħek jew dokument(i) ekwivalenti jiżguraw mekkaniżmi nazzjonali speċifiċi ta’ koordinazzjoni (3) għat-tħejjija u r-rispons f’każ ta’ xenarju ta’ rilaxx intenzjonat? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, l-istruttura ta’ governanza għar-rispons – bejn is-settur tas-saħħa u setturi kritiċi oħra għall-ġestjoni tar-rispons – hija ċara u definita? (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok agħti parir dwar liema settur imexxi r-rispons:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu

    Mhux applikabbli

    Il-ġestjoni tal-loġistika u tal-katina tal-provvista ta’ emerġenza

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    Domanda u provvista tal-MCMs kritiċi

    A.6.8

    L-Istat Membru tiegħek identifika MCMs kritiċi għat-tħejjija u r-rispons għal theddid transfruntier serju għas-saħħa? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, hemm lista? (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi iperlink jew il-lista nnifisha. (Jekk jogħġbok inkludi iperlink ta’ dawn l-MCMs ikkategorizzati skont theddid speċifiku, jekk applikabbli.)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu

    Mhux applikabbli

    A.6.9

    Fir-rigward tal-politiki jew tal-pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ tal-provvista u għall-istima tad-domanda tal-MCMs kritiċi, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    Ma hemm l-ebda politika jew pjan nazzjonali previsti għall-monitoraġġ tal-provvista u għall-istima tad-domanda tal-MCMs kritiċi

    1

    Qed jiġu kkunsidrati politiki jew pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ tal-provvista u għall-istima tad-domanda tal-MCMs kritiċi

    2

    Hemm politiki jew pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ tal-provvista u għall-istima tad-domanda tal-MCMs kritiċi

    3

    Hemm politiki jew pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ tal-provvista u l-istima tad-domanda tal-MCMS kritika, li jiġu rieżaminati, evalwati u aġġornati fuq bażi regolari

    4

    Hemm politiki jew pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ tal-provvista u l-istima tad-domanda tal-MCMs kritiċi, li jiġu rieżaminati, evalwati u aġġornati fuq bażi regolari inkluża analiżi tad-diskrepanza tal-provvista u tad-domanda

    5

    Jekk iva, ipprovdi dettalji dwar kif il-politiki u l-pjanijiet nazzjonali jimmonitorjaw il-provvista u jistmaw id-domanda:

    Kummenti addizzjonali:

    A.6.10

    Fir-rigward tal-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) jew mekkaniżmi ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista ta’ MCMs kritiċi, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    Ma hemm l-ebda dispożizzjoni prevista fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew f’dokument(i) jew f’mekkaniżmi ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista tal-MCMs kritiċi

    1

    Qed jiġu kkunsidrati dispożizzjonijiet fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) jew mekkaniżmu ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista tal-MCMs kritiċi

    2

    Hemm dispożizzjonijiet fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) jew mekkaniżmu ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista ta’ MCMs kritiċi. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati

    3

    Hemm dispożizzjonijiet fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) jew mekkaniżmu ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista ta’ MCMs kritiċi. Madankollu, ftit minnhom biss huma implimentati jew qed jiġu implimentati

    4

    Hemm dispożizzjonijiet fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) jew mekkaniżmu ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista ta’ MCMs kritiċi. Dawn id-dispożizzjonijiet huma kollha implimentati

    5

    Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji tal-politiki nazzjonali:

    Kummenti addizzjonali:

     

    Produzzjoni tal-MCMs

    A.6.11

    Jekk jogħġbok indika l-MCMs kritiċi msemmija fil-mistoqsija A.6.8 li bħalissa huma prodotti fl-Istat Membru tiegħek kif ġej:

     

    Mhux applikabbli

    Tip ta’ produzzjoni

    Informazzjoni dwar il-prodott (jekk materja prima jew komponenti jekk jogħġbok żid ukoll informazzjoni dwar l-MCMs li għalihom huma meħtieġa l-prodotti)

    Informazzjoni dwar l-operatur ekonomiku inkluż l-indirizz

    Produzzjoni sħiħa inklużi materja prima/komponenti/ingredjenti farmaċewtiċi attivi (APIs)

     

     

    Prodotti lesti, jekk jogħġbok identifika l-MCM, il-produttur tal-prodott lest u l-fornituri kritiċi (inkluż il-post) li fuqhom tibbaża l-produzzjoni

     

     

    Produzzjoni ta’ materja prima kritika/komponenti/APIs tal-MCMs: jekk jogħġbok identifika l-produttur u l-MCMs rilevanti li jeħtieġu dawn il-materjali għall-proċess tal-manifattura tiegħu.

     

     

    Kummenti addizzjonali:

    F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu

    A.6.12

    L-Istat Membru tiegħek għandu arranġamenti eżistenti jew ippjanati biex jiżgura li l-manifattura ta’ MCMs rilevanti għall-kriżijiet tista’ tiżdied fil-ħin fi żminijiet ta’ kriżi, pereżempju permezz ta’ kuntratti ta’ riżerva tal-prodotti jew tal-kapaċità jew mekkaniżmu ieħor? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, ipprovdi lista ta’ MCMs speċifiċi u tat-tip ta’ arranġament:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu

    Mhux applikabbli

    Ħażniet strateġiċi  (4)

    A.6.13

    L-Istat Membru tiegħek għandu ħażniet strateġiċi nazzjonali ta’ MCMs? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika:

    liema MCMs huma koperti minn din il-ħażna:

    it-tip ta’ ħażna (virtwali/fiżika):

    id-daqs tal-istokk

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika kif timmaniġġa l-ħażna tiegħek u jekk hemmx rekwiżiti għall-użu tal-MCMs miżmuma fil-ħażna:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu

    Mhux applikabbli

    7.   Forniment ta’ servizzi tas-saħħa

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.7.1

    Il-pjan ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons tal-Istat Membru tiegħek jew dokument(i) ekwivalenti jipprevedu valutazzjoni tal-previżjoni tal-impatt potenzjali ta’ emerġenza tas-saħħa fuq il-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.7.2

    Fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fejn hemm żieda fid-domanda għall-provvista tal-kura tas-saħħa u tnaqqis potenzjali fil-persunal tal-kura tas-saħħa, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5 jew N/A

     

     

    Servizzi ta’ sptar

    Servizzi ta’ kura primarja tal-outpatient

    Servizzi tal-laboratorju (barra mill-isptarijiet)

    Servizzi oħra tas-saħħa pubblika

    Mhux applikabbli

    L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat

     

     

     

     

    Il-livell 1

    L-Istat Membru tiegħek ma għandux pjan operazzjonali ddedikat għall-kontinwità tas-servizz tal-kura tas-saħħa

     

     

     

     

    Il-livell 2

    L-Istat Membru tiegħek għandu pjan operazzjonali ddedikat għall-kontinwità tas-servizz tal-kura tas-saħħa

     

     

     

     

    Il-livell 3

    L-Istat Membru tiegħek għandu pjan operazzjonali ddedikat għall-kontinwità tas-servizz tal-kura tas-saħħa, iżda ma ġiex ittestjat f’dawn l-aħħar 3 snin

     

     

     

     

    Il-livell 4

    L-Istat Membru tiegħek għandu pjan operazzjonali ddedikat għall-kontinwità tas-servizz tal-kura tas-saħħa, u ġie ttestjat f’dawn l-aħħar 3 snin

     

     

     

     

    Il-livell 5

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, ir-rakkomandazzjonijiet mill-ittestjar ġew implimentati u l-pjan operazzjonali ġie rieżaminat u rivedut

     

     

     

     

    Jekk livell 2 jew ogħla, jekk jogħġbok indika jekk dan jinkludix mekkaniżmu għall-prijoritizzazzjoni/flessibbiltà tal-provvista tas-servizz tas-saħħa biex tiġi żgurata biżżejjed kontinwità tal-kura? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, dan huwa mekkaniżmu permanenti jew ad hoc?

    Jekk iva, il-mekkaniżmu ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin u hemm dispożizzjoni għal ittestjar regolari?

    Jekk le, jekk jogħġbok iddeskrivi għaliex:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Kummenti addizzjonali:

    L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)

    F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika jekk jintbagħtux ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida fil-livell nazzjonali lill-awtoritajiet reġjonali (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk fil-livell nazzjonali tafx jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida humiex implimentati fil-livell reġjonali u jekk hemmx lakuni jew sfidi identifikati:

    Jekk le, jekk jogħġbok spjega

    A.7.3

    Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek jiżgurax koordinazzjoni interdixxiplinari tal-ġestjoni tal-kriżijiet bejn l-atturi kollha tas-sistema tal-kura tas-saħħa (eż. servizzi tal-isptar, servizzi ta’ salvataġġ, servizzi oħra tas-saħħa pubblika, servizzi tal-kura primarja outpatient, spiżeriji, servizzi tal-laboratorju, servizzi tal-infermerija/ta’ riabilitazzjoni)? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.7.4

    Rigward il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-Istat Membru tiegħek għall-fornituri tal-kura tas-saħħa f’każ ta’ avveniment ta’ tfixkil, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti ta’ pajjiżek:

    Indikatur

    1-5 jew N/A

     

    Livell

     

    L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija [fil-livell ċentrali tal-Istat]

    Mhux applikabbli

     

    Ma hemm l-ebda gwida/rakkomandazzjoni nazzjonali għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat (jew ekwivalenti bħal pjanijiet ta’ kontinġenza) biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa

    1

     

    Hemm gwida/rakkomandazzjonijiet nazzjonali għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat (jew ekwivalenti bħal pjanijiet ta’ kontinġenza) biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa

    2

     

    Hemm gwida/rakkomandazzjonijiet nazzjonali għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat (jew ekwivalenti bħal pjanijiet ta’ kontinġenza) biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-gwida/ir-rakkomandazzjonijiet ġew rieżaminati u riveduti f’dawn l-aħħar 3 snin

    3

     

    Hemm gwida/rakkomandazzjonijiet nazzjonali għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat (jew ekwivalenti bħal pjanijiet ta’ kontinġenza) biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-gwida/ir-rakkomandazzjonijiet ġew rieżaminati u riveduti f’dawn l-aħħar 3 snin bl-użu ta’ approċċ transsettorjali

    4

     

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, is-servizzi tal-kura tas-saħħa kollha jimplimentaw il-gwida/ir-rakkomandazzjonijiet nazzjonali għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat

    5

     

    Kummenti addizzjonali:

    L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)

    F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika jekk jintbagħtux ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida fil-livell nazzjonali lill-awtoritajiet reġjonali (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk fil-livell nazzjonali tafx jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida humiex implimentati fil-livell reġjonali u jekk hemmx lakuni jew sfidi identifikati:

    Jekk le, jekk jogħġbok spjega

     

    A.7.5

    Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek jirrikjedix li l-isptarijiet ikollhom pjan ta’ twissija u ta’ rispons tal-isptar jew dokument(i) ekwivalenti (5) sabiex jitħejjew għal emerġenzi tas-saħħa pubblika li jistgħu jaffettwaw il-kapaċità u l-funzjoni ta’ sptar? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk il-pjanijiet jinkludux struzzjonijiet dwar kif għandha tiġi sostnuta l-kura tal-pazjent f’każ ta’ nuqqas (persunal mediku, ħażniet mediċi, faċilitajiet ta’ trattament) jew ħsara teknika (eż. enerġija, ilma, IT):

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk dawn il-pjanijiet jew dokument(i) ekwivalenti humiex ittestjati fuq bażi regolari:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)

    F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika jekk jintbagħtux ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida fil-livell nazzjonali lill-awtoritajiet reġjonali (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk fil-livell nazzjonali tafx jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida humiex implimentati fil-livell reġjonali u jekk hemmx lakuni jew sfidi identifikati:

    Jekk le, jekk jogħġbok spjega:

    Mhux applikabbli

    A.7.6

    L-Istat Membru tiegħek għandu l-kapaċità li jidentifika minnufih is-servizzi tas-saħħa disponibbli f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.7.7

    Il-pjan ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons tal-Istat Membru tiegħek jew dokument(i) ekwivalenti jinkludu ftehimiet u/jew dispożizzjonijiet għat-trasferiment mediku tal-pazjenti u/jew timijiet mediċi mobbli ma’ pajjiżi oħra? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok elenka l-pajjiżi involuti:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    8.   Komunikazzjoni tar-riskju

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.8.1

    Fir-rigward tal-komunikazzjoni tar-riskju, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti ta’ pajjiżek:

    Indikatur

    1-5 jew N/A

     

    livell

    L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat

    Mhux applikabbli

    Ma hemm l-ebda pjan nazzjonali separat għall-komunikazzjoni tar-riskju jew taqsima tal-komunikazzjoni tar-riskju bħala parti minn pjan ta’ tħejjija u ma hemmx rispons jew dokument(i) ekwivalenti stabbilit u l-mekkaniżmi għall-komunikazzjoni pubblika huma fuq bażi ad hoc u jinkludu biss enfasi fuq il-media konvenzjonali

    1

    Qed jiġi żviluppat pjan nazzjonali separat ta’ komunikazzjoni tar-riskju jew taqsima fi pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti u l-mekkaniżmi għall-komunikazzjoni pubblika huma fuq bażi ad hoc u jinkludu media konvenzjonali b’enfasi minima fuq l-Internet u l-media soċjali

    2

    Il-komunikazzjoni nazzjonali dwar ir-riskju hija stabbilita bħala taqsima definita fi pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti u tinkludi l-media konvenzjonali u l-enfasi online u soċjali fuq il-media. Barra minn hekk, hemm analiżi tal-udjenzi fil-mira u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni preferuti biex jiġu infurmati l-interventi ta’ komunikazzjoni tar-riskju

    3

    Huwa stabbilit pjan nazzjonali separat u ddedikat għall-komunikazzjoni tar-riskju u jinkludi l-media konvenzjonali u enfasi fuq il-media online u soċjali. Barra minn hekk, hemm analiżi tal-udjenzi fil-mira u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni preferuti biex jiġu infurmati l-interventi ta’ komunikazzjoni tar-riskju. Barra minn hekk, hemm sensibilizzazzjoni proattiva permezz ta’ diversi mezzi (eż. hotline, sistemi ta’ lment, smigħ soċjali), il-media online u offline jiġu mmonitorjati kuljum għar-rispons u l-għarfien u d-data jintużaw biex jiġu aġġustati u mtejba l-istrateġiji ta’ komunikazzjoni tar-riskju

    4

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, il-pjan nazzjonali ta’ komunikazzjoni tar-riskju ġie ttestjat f’dawn l-aħħar 3 snin

    5

    Kummenti addizzjonali:

    L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)

    F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika jekk jintbagħtux ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida fil-livell nazzjonali lill-awtoritajiet reġjonali (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk fil-livell nazzjonali tafx jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida humiex implimentati fil-livell reġjonali u jekk hemmx lakuni jew sfidi identifikati:

    Jekk le, jekk jogħġbok spjega:

    A.8.2

    Il-pjan ta’ komunikazzjoni dwar ir-riskju tal-Istat Membru tiegħek jinkludi pass iddedikat għall-koordinazzjoni flimkien mal-HSC tal-komunikazzjoni dwar ir-riskju u l-kriżi relatata ma’ theddida transfruntiera serja għas-saħħa? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    9.   Punti ta’ dħul (PoEs) u saħħa fil-fruntieri

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.9.1

    Fir-rigward tal-pjanijiet ta’ kontinġenza ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tal-PoEs magħżula fil-livell nazzjonali tal-Istat Membru tiegħek, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5

     

     

    Portijiet

    Ajruporti

    Punti ta’ Qsim fuq l-Art

    Il-livell 1

    Il-pjan ta’ kontinġenza ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tal-PoEs indikati fuq livell nazzjonali ma għandu l-ebda strument operazzjonali biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data/informazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-ivvjaġġar u r-rapportar fil-livell nazzjonali

     

     

     

    Il-livell 2

    Il-pjan ta’ kontinġenza ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tal-PoEs indikati fuq livell nazzjonali għandu strumenti operazzjonali biex jiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ data/informazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-ivvjaġġar u r-rapportar fil-livell nazzjonali

     

     

     

    Il-livell 3

    Il-pjan ta’ kontinġenza ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tal-PoEs indikati fuq livell nazzjonali għandu strumenti operazzjonali biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data/informazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-ivvjaġġar u r-rapportar fil-livell nazzjonali u dan ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin

     

     

     

    Il-livell 4

    Il-pjan ta’ kontinġenza ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tal-PoEs indikati fuq livell nazzjonali għandu strumenti operazzjonali biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data/informazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-ivvjaġġar u r-rapportar fil-livell nazzjonali u dan ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin. Barra minn hekk, il-livell nazzjonali għandu wkoll strumenti operazzjonali biex imbagħad jiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ din l-informazzjoni lil setturi nazzjonali u partijiet terzi oħrajn (6), eż. id-WHO u s-Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ Reazzjoni (EWRS)

     

     

     

    Il-livell 5

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, dan ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin

     

     

     

    Kummenti addizzjonali:

    A.9.2

    Fir-rigward tal-implimentazzjoni u tal-evalwazzjoni ta’ miżuri internazzjonali relatati mal-ivvjaġġar, jekk jogħġbok indika:

    Jekk l-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati mal-ivvjaġġar internazzjonali ġietx ittestjata f’mill-inqas POE wieħed indikat fil-livell nazzjonali f’dawn l-aħħar 3 snin (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk hemmx pass iddedikat li jrid jiġi diskuss mal-HSC qabel l-implimentazzjoni ta’ miżuri internazzjonali relatati mal-ivvjaġġar? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    10.   Il-mard żoonotiku u t-theddid ta’ oriġini ambjentali, inklużi dawk minħabba l-klima

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.10.1

    Fir-rigward tal-implimentazzjoni minn pajjiżek ta’ Saħħa Waħda kif imsemmi fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) 2022/2371, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5 jew N/A

     

    Livell

    L-Istat Membru ma jistax iwieġeb mistoqsija peress li l-Istat Membru ma għandux pjan ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti

    Mhux applikabbli

    Ma hemm l-ebda approċċ ta’ Saħħa Waħda fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew f’dokument(i) ekwivalenti

    1

    Qed jiġi żviluppat approċċ ta’ Saħħa Waħda fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti iżda l-koordinazzjoni tas-sorveljanza bejn is-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika, u s-setturi u l-mekkaniżmi ambjentali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni ma ġietx stabbilita

    2

    Huwa stabbilit approċċ ta’ Saħħa Waħda fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti u ġew stabbiliti l-koordinazzjoni tas-sorveljanza bejn is-setturi tas-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika, u ambjentali u l-mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni

    3

    Huwa stabbilit approċċ ta’ Saħħa Waħda fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti u ġew stabbiliti l-koordinazzjoni tas-sorveljanza bejn is-setturi tas-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika, u ambjentali u l-mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Barra minn hekk, dan ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin

    4

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, l-implimentazzjoni tiegħu hija mmonitorjata u riveduta fuq bażi regolari

    5

    Kummenti addizzjonali:

    Jekk fil-livell 2 jew ogħla:

    jekk jogħġbok indika jekk fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew f’dokument(i) ekwivalenti, hemmx koordinazzjoni tas-sorveljanza bejn tnejn mit-tliet setturi (is-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika, u l-ambjent) u mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika s-setturi involuti:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    jekk jogħġbok indika jekk żviluppajtux xi programmi konġunti ta’ taħriġ għal professjonisti tas-Saħħa Waħda (is-setturi tas-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika u ambjentali) dwar il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni taż-żoonożi, u r-rispons għaliha? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    jekk jogħġbok indika jekk żviluppajtux linja gwida dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-pubbliku biex jinstabu għasafar selvaġġi u annimali oħra morda u/jew mejtin? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    jekk jogħġbok indika jekk hemmx lista ta’ mard żoonotiku prijoritizzat għal skopijiet ta’ sorveljanza? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok elenka l-mard żoonotiku prijoritizzat:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    A.10.2

    L-Istat Membru tiegħek jintegra dispożizzjonijiet dwar l-effetti reali jew imbassra tat-tibdil fil-klima fuq il-mard żoonotiku (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok spjega aktar fid-dettall l-effetti potenzjali u kwalunkwe dispożizzjoni ddedikata għat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.10.3

    L-Istat Membru tiegħek jintegra dispożizzjonijiet dwar l-impatti reali jew imbassra ta’ avvenimenti estremi tat-temp (bħal mewġ tas-sħana, għargħar jew – indirettament – nirien mhux ikkontrollati) fuq is-saħħa pubblika (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok spjega aktar fid-dettall l-impatti potenzjali u kwalunkwe dispożizzjoni ddedikata għat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

     

    11.   Avvenimenti kimiċi

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    A.11.1

    Fir-rigward tal-ġestjoni ta’ theddida għas-saħħa ta’ oriġini kimika, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti ta’ pajjiżek:

    Indikatur

    1-5 jew N/A

     

    Livell

    L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat

    Mhux applikabbli

    Ma hemm l-ebda pjan separat għat-tħejjija u r-rispons kimiku jew dokument(i) ekwivalenti, u lanqas ma huwa inkluż fil-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti

    1

    Hemm pjan ta’ tħejjija u rispons kimiku jew dokument(i) ekwivalenti u/jew huwa inkluż(i) fil-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti

    2

    Il-pjan għat-tħejjija u r-rispons kimiku jew dokument(i) ekwivalenti huwa stabbilit u jitqiesu u jiġu identifikati r-rwoli u r-responsabbiltajiet kif ukoll is-siti ta’ perikli kbar

    3

    Il-pjan għat-tħejjija u r-rispons kimiku jew dokument(i) ekwivalenti huwa stabbilit u jitqiesu u jiġu identifikati r-rwoli u r-responsabbiltajiet kif ukoll is-siti ta’ perikli kbar. Barra minn hekk, il-pjan jew il-kapitolu ta’ rispons kimiku fil-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti ġie ttestjat permezz ta’ eżerċizzju ta’ simulazzjoni fl-aħħar 3 snin

    4

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, ġew implimentati rakkomandazzjonijiet mit-test(ijiet) u l-pjanijiet korrispondenti ġew rieżaminati u riveduti

    5

    Kummenti addizzjonali:

    L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)

    F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika jekk jintbagħtux ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida fil-livell nazzjonali lill-awtoritajiet reġjonali (iva/le)

    Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk fil-livell nazzjonali tafx jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida humiex implimentati fil-livell reġjonali u jekk hemmx lakuni jew sfidi identifikati:

    Jekk le, jekk jogħġbok spjega

    A.11.2

    L-Istat Membru tiegħek għandu proċeduri għal valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa f’każ ta’ theddida għas-saħħa ta’ oriġini kimika? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk le, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    A.11.3

    L-Istat Membru tiegħek għandu linji gwida disponibbli dwar:

    Sorveljanza ta’ avvenimenti kimiċi u avvelenament/intossikazzjoni? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk le, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Valutazzjoni ta’ avvenimenti kimiċi u avvelenament/intossikazzjoni? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk le, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Ġestjoni ta’ avvenimenti kimiċi u avvelenament/intossikazzjoni? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk le, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    B.   KAPAĊITAJIET ADDIZZJONALI SKONT IR-REGOLAMENT (UE) 2022/2371

    12.   Reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) u Infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (SAIs)

    AMR

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    B.12.1

    Pjanijiet Nazzjonali ta’ Azzjoni tas-Saħħa Waħda dwar l-AMR

    Sabiex jiġu evitat sforzi doppji, il-Kummissjoni u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) se jkunu qed jibbażaw fuq l-inputs li jsiru għal Tracking Antimicrobial Resistance Country Self-Assessment Survey (TrACSS) tad-WHO (7). Għalhekk, ir-rapportar nazzjonali lil TrACSS se jitqies bħala parti mill-valutazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2022/2371

    Jekk jogħġbok tella’ f’format pdf l-aktar sottomissjoni reċenti ta’ TrACSS tal-Istat Membru tiegħek lid-WHO.

    Fir-rigward tal-pjan ta’ azzjoni nazzjonali (NAP) dwar l-AMR, kien hemm xi aġġornamenti mill-aħħar rapportar ta’ pajjiżek lil TrACSS?

    Le

    Iva (jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-test liberu)

    Mhux applikabbli

    B.12.2

    Riżorsi

    Liema riżorsi huma allokati għall-implimentazzjoni tal-NAP dwar l-AMR?

    Mhux applikabbli

     

    Livell

    L-ebda riżorsa jew ftit li xejn riżorsi (baġit u riżorsi umani) huma disponibbli għall-implimentazzjoni tal-NAP.

    1

    Ma hemm l-ebda riżorsa speċifika disponibbli, u l-implimentazzjoni hija fdata lir-riżorsi (baġit u riżorsi umani) tal-partijiet ikkonċernati nazzjonali/reġjonali (eż. l-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli għas-saħħa, l-agrikoltura, l-ambjent, eċċ.) involuti fl-implimentazzjoni tal-NAP

    2

    Finanzjament mhux allokat jista’ jiġi aċċessat għal attivitajiet tal-AMR minn fondi nazzjonali/reġjonali u jista’ jintuża għall-implimentazzjoni tal-NAP

    3

    Finanzjament speċifiku allokat għall-attivitajiet tal-AMR huwa disponibbli minn fondi nazzjonali/reġjonali u jintuża għall-implimentazzjoni tal-NAP

    4

    L-implimentazzjoni tal-NAP hija kompletament ibbilanċjata u ffinanzjata permezz ta’ linji baġitarji ddedikati mill-fondi nazzjonali/reġjonali.

    5

    Kummenti addizzjonali:

    B.12.3

    Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-progress

    L-Istat Membru tiegħek għandu indikaturi jew miri nazzjonali biex ikejjel il-progress nazzjonali dwar l-AMR (inkluż il-konsum/l-użu antimikrobiku) u/jew l-HAIs? Jekk jogħġbok, ipprovdi deskrizzjoni tal-indikaturi/miri jew iperlink għal fejn jistgħu jinstabu fit-taqsima tal-kummenti.

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    Le, la hemm indikaturi nazzjonali, u lanqas miri nazzjonali biex jitkejjel il-progress dwar l-AMR (inkluż il-konsum/l-użu antimikrobiku) u/jew l-HAIs fil-pajjiż

    1

    Hemm pjanijiet biex jiġu stabbiliti indikaturi nazzjonali u/jew miri nazzjonali, u dawn se jkunu stabbiliti fil-futur qrib

    2

    Hemm indikaturi nazzjonali, simili għall-indikaturi disponibbli fuq livell globali (eż. Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u WHO, eċċ.), iżda mingħajr miri

    3

    Iva, hemm indikaturi nazzjonali li jkopru l-AMR (inkluż il-konsum/l-użu antimikrobiku) u/jew l-HAIs b’miri nazzjonali konkreti li għandhom jintlaħqu sa ċertu perjodu ta’ żmien, u l-progress jiġi rieżaminat regolarment iżda dan ma huwiex marbut mal-objettivi tal-NAP dwar l-AMR

    4

    Iva, hemm indikaturi nazzjonali u miri nazzjonali li jkopru kemm l-AMR (inkluż il-konsum/l-użu antimikrobiku) kif ukoll l-HAIs, li huma marbuta mal-NAP dwar l-AMR, u l-progress jiġi rieżaminat regolarment

    5

    Kummenti addizzjonali:

    B.12.4

    Sfidi ewlenin

    Bħalissa, x’inhuma l-akbar sfidi li l-Istat Membru tiegħek qed jiffaċċja fl-indirizzar tal-AMR?

    Jekk jogħġbok agħżel tliet sfidi, imbagħad ikklassifikahom minn 3 - l-aktar importanti sa 1 - l-inqas importanti):

    Mhux applikabbli

    L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u kontroll fil-prattika ta’ rutina

     

    Limitazzjonijiet baġitarji

     

    L-iżgurar tal-koordinazzjoni tas-Saħħa Waħda fis-setturi differenti

     

    Nuqqas ta’ qafas legali jew qafas legali insuffiċjenti

     

    Nuqqas ta’ riżorsi umani

     

    Limitazzjonijiet tal-infrastruttura (eż. nuqqas ta’ kmamar singoli, bini qadim ta’ sptarijiet, eċċ.)

     

    Għarfien insuffiċjenti fost il-partijiet ikkonċernati bħall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, eż. tobba, infermiera, spiżjara, eċċ., dawk li jrabbu l-annimali u l-bdiewa u l-pubbliku ġenerali

     

    Aċċess limitat għal ċerti antimikrobiċi, eż. antibijotiċi bi spettru dejjaq u antimikrobiċi ġodda

     

    Kummenti addizzjonali:

    B.12.5

    Prevenzjoni ta’ organiżmi reżistenti għal ħafna mediċini (MDROs) ta’ prijorità

    Fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ organiżmu reżistenti għal ħafna mediċini, jekk jogħġbok indika l-livell tal-Istat Membru tiegħek hawn taħt.

    Nota: Il-livelli ta’ hawn taħt ġew adattati abbażi tal-kliem tal-Evalwazzjoni Esterna Konġunta (JEE) (8), il-mistoqsija P4.3 li tirreferi għall-prevenzjoni ta’ organiżmu reżistenti għal ħafna mediċini.

    L-MDROs ikkunsidrati taħt dan l-indikatur huma elenkati hawn taħt, peress li jitqiesu kritiċi fil-livell tal-Unjoni. Jekk Stat Membru jqis li t-tweġibiet tiegħu ma jistgħux ikopru l-MDROs kollha, dan jista’ jiġi speċifikat fit-taqsima tal-kummenti ta’ hawn taħt.

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    Dawn l-MDROs (fenotipi u ġenotipi) ma ġewx identifikati bħala prijorità mill-awtoritajiet nazzjonali, u ma jiġux identifikati

    1

    Teżisti strateġija nazzjonali jew gwida għall-konteniment tal-MDRO u tinkludi skrinjar tal-kolonizzazzjoni għall-MDROs ta’ prijorità (fenotipi u ġenotipi) li ġew identifikati mill-awtoritajiet nazzjonali. Xi faċilitajiet tas-saħħa jistgħu jidentifikaw MDROs ta’ prijorità abbażi ta’ data tal-laboratorju.

    2

    Il-faċilitajiet tas-saħħa magħżula għandhom aċċess għall-konferma tal-fenotip tal-MDRO. Il-faċilitajiet jinnotifikaw il-livelli nazzjonali meta jinstabu MDROs ta’ prijorità

    3

    Il-faċilitajiet tas-saħħa kollha għandhom aċċess għall-konferma tal-fenotip tal-MDRO. Il-faċilitajiet jinnotifikaw il-livelli nazzjonali meta l-MDROs ta’ prijorità jiġu identifikati fil-ħin. It-tweġibiet jiġu segwiti u appoġġati fil-livell nazzjonali

    4

    Hija stabbilita sistema funzjonali biex tikkomunika u tintraċċa malajr l-individwazzjoni, il-konferma u n-notifika ta’ MDROs ġodda jew ta’ prijorità fl-isptarijiet u fil-livelli nazzjonali. L-isptarijiet kollha jistgħu jniedu attivitajiet ta’ rispons għall-MDROs ta’ prijorità fil-ħin. Il-faċilitajiet jikkomunikaw regolarment id-data rilevanti tal-MDRO lin-networks ta’ riferiment lokali biex jinfluwenzaw l-isforzi ta’ prevenzjoni/konteniment

    5

    Kummenti addizzjonali:

    B.12.6

    MDROs ta’ prijorità fl-isptarijiet u t-trasferimenti transfruntieri tal-pazjenti

    Fir-rigward tal-attivitajiet nazzjonali relatati mal-iskrinjar tal-pazjenti għall-ġarr tal-MDRO mad-dħul fl-isptar, bħala mezz biex jitnaqqas it-tixrid tal-MDROs ta’ prijorità fost l-isptarijiet, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istati Membri tiegħek hawn taħt.

    Nota: L-MDROs ikkunsidrati taħt l-indikatur huma elenkati hawn taħt, peress li jitqiesu kritiċi fil-livell tal-Unjoni.

    Jekk Stat Membru jqis li t-tweġibiet tiegħu ma jistgħux ikopru l-MDROs kollha, dan jista’ jiġi speċifikat fit-taqsima tal-kummenti ta’ hawn taħt.

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    Ma hemm l-ebda proċedura u protokoll nazzjonali stabbilit għall-iskrinjar tal-pazjenti għall-ġarr tal-MDRO mad-dħul fl-isptar

    1

    Hemm proċeduri u protokolli nazzjonali stabbiliti għall-iskrinjar għall-ġarr tal-MDRO biss għall-pazjenti li jiġu ttrasferiti direttament minn sptar f’pajjiż ieħor

    2

    Hemm proċeduri u protokolli nazzjonali stabbiliti għall-iskrinjar għall-ġarr tal-MDRO biss għall-pazjenti li jkunu ġew ittrasferiti direttament minn sptar f’pajjiż ieħor jew li dan l-aħħar ikunu ddaħħlu l-isptar f’pajjiż ieħor

    3

    Hemm proċeduri u protokolli nazzjonali stabbiliti għall-iskrinjar għall-ġarr tal-MDRO biss għall-pazjenti li jiġu ttrasferiti direttament minn sptar f’pajjiż ieħor jew li dan l-aħħar ikunu ddaħħlu l-isptar f’pajjiż ieħor, kif ukoll għall-pazjenti ammessi fi swali speċjali, bħal unitajiet tal-kura intensiva

    4

    Hemm proċeduri u protokolli nazzjonali stabbiliti għall-iskrinjar għall-ġarr tal-MDRO għall-pazjenti kollha, mad-dħul fl-isptar

    5

    Kummenti addizzjonali:

    Għandek rekwiżiti nazzjonali biex tikkomunika dwar l-istatus ta’ infezzjoni ta’ pazjent (jiġifieri informazzjoni dwar infezzjoni minn/ġarr ta’ mikroorganiżmu li jittieħed, b’mod partikolari MDROs ta’ prijorità, meta ssir referenza minn sptar wieħed (jew faċilità tal-kura tas-saħħa) għal ieħor? (iva/le/oħrajn)

    Iva, fil-każ ta’ trasferiment transfruntier kif ukoll trasferiment lejn sptar (jew faċilità tal-kura tas-saħħa) fil-pajjiż

    Iva, biss fil-każ ta’ trasferiment transfruntier

    Le (jekk jogħġbok spjega għaliex)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

     

    B.12.7

    Ġestjoni tal-antimikrobiċi/użu prudenti tal-antimikrobiċi fil-kura primarja u sekondarja:

    Fir-rigward tal-aħjar użu ta’ mediċini antimikrobiċi fis-saħħa tal-bniedem, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek hawn taħt.

    Nota: il-livelli tal-indikaturi ta’ hawn taħt ġew adattati abbażi tal-formulazzjoni tal-Evalwazzjoni Esterna Konġunta (JEE) (9), il-mistoqsija P4.4 li tirreferi għall-aħjar użu ta’ mediċini antimikrobiċi fis-saħħa tal-bniedem

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    L-ebda politika u/jew regolamenti nazzjonali jew politika/regolamenti dgħajfa dwar l-użu, id-disponibbiltà, il-kwalità u l-użu xierqa tal-antimikrobiċi fis-saħħa tal-bniedem

    1

    Huma żviluppati politika u regolamenti nazzjonali li jippromwovu attivitajiet xierqa ta’ użu antimikrobiku/ġestjoni antimikrobika għall-ambjenti tal-komunità u tal-kura tas-saħħa

    2

    Huma disponibbli linji gwida għall-użu xieraq tal-antimikrobiċi u f’xi faċilitajiet tal-kura tas-saħħa huma stabbiliti programmi ta’ ġestjoni tal-antimikrobiċi. L-aktar klassifikazzjoni reċenti tad-WHO “Access, Watch and Reserve” (AWaRe) tal-antibijotiċi hija adottata fil-lista nazzjonali tal-mediċini essenzjali

    3

    Il-linji gwida u l-prattiki li jippermettu l-użu xieraq tal-antimikrobiċi huma implimentati fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa mal-pajjiż kollu. Programmi ta’ ġestjoni tal-AMR li jiffunzjonaw fil-faċilitajiet ewlenin kollha tal-kura tas-saħħa. Qed isir monitoraġġ tal-konsum tal-antibijotiċi u abbażi tal-aħħar klassifikazzjoni ta’ AWaRe tal-antibijotiċi

    4

    Il-linji gwida dwar l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-antibijotiċi huma implimentati għas-sindromi maġġuri kollha u d-data dwar l-użu tingħata lura b’mod sistematiku lil min jippreskrivi. Il-klassifikazzjoni ta’ AWaRe tal-antibijotiċi hija inkorporata fi strateġiji ta’ ġestjoni tal-antimikrobiċi. Qed isir monitoraġġ nazzjonali robust tal-konsum tal-antibijotiċi

    5

    Kummenti addizzjonali:

    B.12.8

    Sorveljanza tal-AMR

    Fir-rigward tas-sorveljanza tal-AMR, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek hawn taħt.

    Nota: il-livelli tal-indikaturi ta’ hawn taħt ġew adattati abbażi tal-formulazzjoni tal-Evalwazzjoni Esterna Konġunta (JEE) (10), il-mistoqsija P4.2 li tirreferi għas-sorveljanza tal-AMR

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    L-ebda kapaċità jew kapaċità limitata għall-ġenerazzjoni, il-kollazzjoni u r-rapportar tad-data (l-ittestjar tas-suxxettibbiltà għall-antibijotiċi u d-data klinika u epidemjoloġika li takkumpanjah)

    1

    Id-data dwar l-AMR tinġabar lokalment għal patoġeni komuni f’pazjenti fl-isptar u f’pazjenti komunitarji, iżda l-ġbir tad-data jista’ ma jużax approċċ standard u ma jkollux koordinazzjoni nazzjonali u/jew ġestjoni tal-kwalità

    2

    Id-data dwar l-AMR tinġabar fil-livell nazzjonali għall-patoġeni komuni, iżda l-koordinazzjoni u l-istandardizzazzjoni nazzjonali huma nieqsa

    3

    Hemm sistema nazzjonali standardizzata ta’ sorveljanza tal-AMR li tiġbor data dwar patoġeni komuni f’pazjenti fl-isptar u fil-komunità, b’network stabbilit ta’ siti ta’ sorveljanza, laboratorju nazzjonali ta’ referenza maħtur għall-AMR u ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni li jipproduċi rapporti dwar l-AMR

    4

    Minbarra dan ta’ hawn fuq, id-data tas-sistema nazzjonali ta’ sorveljanza tal-AMR tiġi analizzata, interpretata u rrapportata flimkien mal-konsum tal-antimikrobiċi u/jew mad-data dwar l-użu għas-saħħa tal-bniedem, u tiġi ppruvata analiżi ta’ data simili fis-setturi kollha (is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-agrikoltura)

    5

    Kummenti addizzjonali:

     

    Infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (HAIs)

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    B.12.9

    Sfidi ewlenin

    Bħalissa, x’inhuma l-akbar sfidi li qed jiffaċċja pajjiżek fl-indirizzar tal-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (HAIs)? Jekk jogħġbok agħżel tliet sfidi, imbagħad ikklassifikahom minn 3 - l-aktar importanti sa 1 - l-inqas importanti):

    Mhux applikabbli

    L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u kontroll fil-prattika ta’ rutina

     

    Limitazzjonijiet baġitarji

     

    Nuqqas ta’ qafas legali jew qafas legali insuffiċjenti

     

    Nuqqas ta’ riżorsi umani

     

    Limitazzjonijiet tal-infrastruttura (eż. nuqqas ta’ kmamar singoli, bini qadim ta’ sptarijiet, eċċ.)

     

    Għarfien insuffiċjenti fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, eż. it-tobba, l-infermiera, l-ispiżeriji, eċċ. u l-pubbliku ġenerali

     

    Aċċess limitat għal ċerti antimikrobiċi, eż. antibijotiċi bi spettru dejjaq u antimikrobiċi ġodda

     

    Kummenti addizzjonali:

    B.12.10

    Sorveljanza tal-HAI

    Fir-rigward tas-sorveljanza tal-HAI, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek hawn taħt.

    Nota: il-livelli tal-indikaturi ta’ hawn taħt ġew adattati abbażi tal-formulazzjoni tal-Evalwazzjoni Esterna Konġunta (JEE) (11), il-mistoqsija R4.2 li tirreferi għas-sorveljanza tal-HAI

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    L-ebda programm nazzjonali ta’ sorveljanza tal-HAI jew pjan strateġiku nazzjonali għas-sorveljanza tal-HAI, inklużi patoġeni li huma reżistenti għall-antimikrobiċi u/jew suxxettibbli għal tifqigħat ma huwa disponibbli jew qed jiġi żviluppat

    1

    Pjan strateġiku nazzjonali għas-sorveljanza tal-HAI (inklużi patoġeni li huma reżistenti għall-antimikrobiċi u/jew suxxettibbli għal tifqigħat) huwa disponibbli iżda mhux implimentat

    2

    Pjan strateġiku nazzjonali għas-sorveljanza tal-HAI (inklużi patoġeni li huma reżistenti għall-antimikrobiċi u/jew suxxettibbli għal tifqigħat) huwa disponibbli u implimentat permezz ta’ programm u sistema nazzjonali għall-ġbir, l-analiżi u r-rispons tad-data. Faċilitajiet tal-kura tas-saħħa sekondarja u terzjarja magħżula qed iwettqu sorveljanza tal-HAI (kif speċifikat hawn fuq) u jipprovdu rispons f’waqtu u regolari lill-maniġment superjuri u lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

    3

    Pjan strateġiku nazzjonali għas-sorveljanza tal-HAI (inklużi patoġeni li huma reżistenti għall-antimikrobiċi u/jew suxxettibbli għal tifqigħat) huwa disponibbli u implimentat mal-pajjiż kollu fil-faċilitajiet kollha tal-kura tas-saħħa sekondarja u terzjarja permezz ta’ sistema nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO dwar il-komponenti ewlenin tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Infezzjonijiet (IPC). Huma disponibbli rapporti regolari biex jipprovdu rispons

    4

    Pjan strateġiku nazzjonali għas-sorveljanza tal-HAI (inklużi patoġeni li huma reżistenti għall-antimikrobiċi u/jew suxxettibbli għal tifqigħat) huwa disponibbli u implimentat mal-pajjiż kollu fil-faċilitajiet kollha tal-kura tas-saħħa sekondarja u terzjarja permezz ta’ programm u sistema nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO dwar il-komponenti ewlenin tal-IPC. Id-data hija kondiviża u qed tintuża kontinwament u fil-ħin biex jiġu infurmati l-isforzi ta’ prevenzjoni. Il-kwalità u l-impatt tas-sistema jiġu evalwati regolarment, u jittieħdu azzjonijiet ta’ titjib kif xieraq

    5

    Kummenti addizzjonali:

    13.   Funzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ fil-livell tal-Unjoni

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    B.13.1

    L-istrumenti legali tal-Istat Membru tiegħek għar-rispons għas-saħħa f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika jinkorporaw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fl-interfaċċa nazzjonali-tal-Unjoni matul emerġenza tas-saħħa pubblika? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    B.13.2

    Matul emerġenza tas-saħħa, ir-rappreżentant tal-HSC tal-Istat Membru tiegħek huwa inkorporat fi strutturi ta’ koordinazzjoni fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari biex jappoġġa l-fluss ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru tiegħek u l-HSC? (iva/le/oħrajn)

    Jekk le, x’inhu r-rwol tar-rappreżentant tal-HSC fir-rispons nazzjonali għal emerġenza u jekk ma jaġixxux bħala l-kollegament mal-HSC matul emerġenzi tas-saħħa pubblika, min jagħmel dan?

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    B.13.3

    Iċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet ta’ Emerġenza tas-Saħħa Pubblika jew l-IMS tal-Istat Membru tiegħek huwa interoperabbli mal-modulu tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ Rispons għall-ġestjoni tal-inċidenti u/jew tal-kriżijiet? (iva/le/oħrajn)

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    B.13.4

    Matul l-aħħar 3 snin, l-Istat Membru tiegħek inkorpora jew qies opinjonijiet u gwida mill-HSC għall-prevenzjoni u għall-kontroll ta’ theddid transfruntier serju għas-saħħa? (iva/le/oħrajn/parzjali)

    Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi kif

    Jekk le, għaliex

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk tagħżel parzjali, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    B.13.5

    Matul l-aħħar 3 snin, l-Istat Membru tiegħek inkorpora jew ikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar miżuri temporanji komuni tas-saħħa pubblika? (iva/le/oħrajn/parzjali)

    Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi kif

    Jekk le, għaliex

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk tagħżel parzjali, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    B.13.6

    Matul l-aħħar 3 snin, l-Istat Membru tiegħek inkorpora jew inkluda fir-rakkomandazzjonijiet mill-ECDC dwar ir-rispons għat-theddid għas-saħħa? (iva/le/oħrajn/parzjali)

    Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi kif

    Jekk le, għaliex

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Jekk tagħżel parzjali, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    B.13.7

    Jekk jogħġbok indika jekk ir-rwoli, il-funzjonijiet u l-istrumenti ta’ appoġġ li ġejjin tal-Kummissjoni u l-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-Unjoni humiex ikkunsidrati fil-proċess ta’ ppjanar tat-tħejjija u tar-rispons tal-Istat Membru tiegħek:

    Mhux applikabbli

     

    iva/le

    Appoġġ għall-Evakwazzjoni Medika permezz tal-EWRS

     

    Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-appoġġ konsulari u ta’ ripatrijazzjoni

     

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (DĠ ECHO) u l-kapaċitajiet ta’ appoġġ tiegħu, inklużi dawk fir-riżerva ta’ ResEU kif ukoll il-Proġetti ta’ Prevenzjoni u ta’ Tħejjija tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (eż. sejħiet għall-offerti u għotjiet għall-iżvilupp ta’ proġetti tas-saħħa transfruntieri)

     

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Emerġenza tas-Saħħa u r-Rispons għall-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp, il-manifattura, il-produzzjoni, il-kumulazzjoni u l-użu ta’ kontromiżuri mediċi (DĠ HERA)

     

    Uffiċċju ta’ Emerġenza tad-DĠ HERA

     

    Strumenti għall-mobilizzazzjoni tal-finanzjament tal-UE għal riċerka rapida

     

    Valutazzjoni tar-Riskju tal-ECDC

     

    Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

     

    Valutazzjoni tar-Riskju mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

     

    Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

     

    Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)

     

    Valutazzjoni tar-Riskju taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)

     

    Valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa f’kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) fejn it-theddida tkun ġejja minn attività terroristika jew kriminali

     

    Rapporti tekniċi u gwida tal-ECDC

     

    Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija Ewropea għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali

     

    L-appoġġ ad hoc tal-ECDC fit-tħejjija u fir-rispons għat-tifqigħat (eż. It-Task Force tal-UE dwar is-Saħħa)

     

    Laboratorji ta’ referenza tal-UE

     

    Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika:

     

    Kummenti addizzjonali:

    B.13.8

    L-Istat Membru tiegħek iqis il-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Unjon stabbilit f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2022/2371, billi jinkludi wkoll elementi ta’ tħejjija interreġjonali transfruntiera fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Istat Membru tiegħek jew dokument(i) ekwivalenti? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi kif

    Jekk le, għaliex

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    14.   L-iżvilupp tar-riċerka u l-evalwazzjonijiet biex tiġi infurmata u aċċellerata t-tħejjija f’każ ta’ emerġenza

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    B.14.1

    Fir-rigward tar-rwol tar-riċerka fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew f’dokument(i) ekwivalenti, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5 jew N/A

     

    Livell

    L-Istat Membru ma jistax iwieġeb għall-mistoqsija peress li l-Istat Membru ma għandux pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti

    Mhux applikabbli

    Hemm pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti stabbilit, iżda ma jinkludix strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza

    1

    Hemm pjan ta’ tħejjija u ta’ reazzjoni jew dokument(i) ekwivalenti li jinkludi(u) strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza, iżda ma ġie allokat l-ebda finanzjament għat-twettiq tar-riċerka matul emerġenzi tas-saħħa

    2

    Hemm pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti li jinkludi/jinkludu strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza, u l-finanzjament ġie allokat għat-twettiq tar-riċerka matul emerġenzi tas-saħħa

    3

    Huwa stabbilit pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti li jinkludi/jinkludu strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza, il-fondi ġew imwarrba għat-twettiq tar-riċerka matul emerġenzi tas-saħħa u hemm stabbilit proċess għall-mobilizzazzjoni rapida tagħhom

    4

    Huwa stabbilit pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti li jinkludi strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza, il-fondi ġew imwarrba għal emerġenzi tas-saħħa, ġie stabbilit proċess għall-mobilizzazzjoni rapida tagħhom u l-kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ġew imsaħħa

    5

    Jekk il-livell 2 jew ogħla: l-istrateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza (fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew f’dokument(i) ekwivalenti) tinkludi proċess biex il-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika jiġu marbuta mal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet tar-riċerka? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi dan il-proċess

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Kummenti addizzjonali:

    B.14.2

    L-Istat Membru tiegħek huwa parti minn network i) nazzjonali, ii) tal-Unjoni kollha jew iii) internazzjonali ta’ siti jew koorti ta’ provi kliniċi li jippromwovi l-parteċipazzjoni fi provi fuq skala kbira li għandhom aktar ċans li jiksbu riżultati sinifikattivi fi żmien limitat? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika (isem u livell)

    Mhux applikabbli

     

     

    Nazzjonali

    Tal-Unjoni kollha

    Internazzjonali

     

     

    Siti tal-Provi Kliniċi

     

     

     

     

     

    Network internazzjonali ta’ koorti

     

     

     

     

     

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

     

    B.14.3

    L-Istat Membru tiegħek għandu proċessi stabbiliti għall-istabbiliment ta’ protokolli armonizzati u għall-ġbir tad-data f’dawn in-networks? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    B.14.4

    L-Istat Membru tiegħek għandu stabbiliti proċeduri għall-akkreditazzjoni rapida tas-siti u għall-ħeffa fil-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-provi kliniċi kkoordinati (bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-kumitati tal-etika) f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika? (iva/le/oħrajn)

    Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika, inkluża l-kooperazzjoni mal-kumitati tal-etika:

    Jekk tagħżel oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi:

    Mhux applikabbli

    B.14.5

    Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek għandux approċċ għar-riċerka operattiva (eż. fl-azzjoni) li jinkludi:

    Mhux applikabbli

     

     

    Iva

    Le

     

     

    It-tħejjija għar-riċerka, inklużi protokolli, sħubijiet, rwoli, u responsabbiltajiet imfassla minn qabel fi stadju qabel emerġenza tas-saħħa

     

     

     

     

    F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, l-istrumenti operazzjonali stabbiliti sabiex ir-riżorsi meħtieġa jkunu disponibbli b’mezzi għal finanzjament rapidu

     

     

     

     

    F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, l-istrumenti operazzjonali stabbiliti għall-approvazzjoni rapida tal-etika u għall-kondiviżjoni tad-data

     

     

     

     

    Kummenti addizzjonali:

     

    15.   Elementi ta’ rkupru

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    B.15.1

    Fir-rigward tal-pjan ta’ rkupru tal-Istat Membru tiegħek jew tat-taqsima tal-irkupru fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ reazzjoni għall-prevenzjoni tiegħek jew dokument(i) ekwivalenti, jekk jogħġbok indika l-livell tal-Istat Membru tiegħek:

    Indikatur

    1-5

     

    Livell

    L-ebda pjan ta’ rkupru jew taqsima ta’ rkupru fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti disponibbli

    1

    Pjan ta’ rkupru jew taqsima disponibbli

    2

    Il-pjan jew it-taqsima ta’ rkupru jinkludu proċess ta’ ġbir ta’ tagħlimiet bl-użu ta’ Rieżamijiet ta’ Wara l-Azzjonijiet (AARs) jew Rieżamijiet ta’ Waqt l-Azzjonijiet (IARs), jew jorbtu magħhom, u l-inkorporazzjoni tagħhom fil-prattika permezz ta’ pjan ta’ azzjoni

    3

    Il-pjan jew it-taqsima ta’ rkupru jinkludu proċess ta’ ġbir ta’ tagħlimiet bl-użu ta’ AARs jew IARs, jew jorbtu magħhom, u l-inkorporazzjoni tagħhom fil-prattika taħt qafas ġenerali bħall-Ippjanar ta’ Azzjoni Nazzjonali għas-Sigurtà tas-Saħħa (NAPHS) jew ekwivalenti. Dan il-proċess jiġi implimentat u mmonitorjat regolarment fil-livell nazzjonali

    4

    L-irkupru jinkludi proċess ta’ ġbir ta’ tagħlimiet bl-użu ta’ AARs jew IARs, jew jorbot miegħu, u l-inkorporazzjoni fil-prattika permezz ta’ NAPHS jew ekwivalenti. Dan il-proċess jiġi implimentat u mmonitorjat regolarment fil-livell nazzjonali u reġjonali (subnazzjonali)

    5

    Kummenti addizzjonali:

    16.   Azzjonijiet meħuda biex jittejbu n-nuqqasijiet misjuba fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons

     

    Mistoqsija

    Indikatur

    B.16.1

    Jekk jogħġbok tella’ r-Rapport Annwali l-aktar reċenti tal-Partit tal-Istat IHR li l-Istati Membru tiegħek issottometta mill-Punt Fokali Nazzjonali tal-IHR lid-WHO f’format pdf

    Indikaturi

    IHR

    B.16.2

    Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek użax xi wieħed mill-mekkaniżmi komplementari li ġejjin biex jivvaluta l-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet u l-prevenzjoni, it-tħejjija, u l-ippjanar tar-rispons tal-RIS f’dawn l-aħħar 3 snin:

    Immarka fejn xieraq:

    Mhux applikabbli

     

    Tlestew fl-aħħar 3 snin? (Iva/Le)

    (Jekk ippubblikat, jekk jogħġbok ipprovdi link)

    Evalwazzjoni Esterna Konġunta

     

    Rieżamijiet waqt l-azzjoni

     

    Rieżamijiet wara l-azzjoni

     

    SimEx

     

    Valutazzjoni Konġunta u Detezzjoni ta’ Avvenimenti

     

    Oħrajn: jekk jogħġbok speċifika

     

     

    B.16.3

    Jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek fir-rigward tal-NAPHS proposta mid-WHO jew sistema ekwivalenti:

    Indikatur

    1-5

     

    livell

    L-NAPHS jew sistema ekwivalenti ma hijiex żviluppata jew qed tiġi żviluppata

    1

    L-NAPHS jew sistema ekwivalenti hija żviluppata iżda għadha ma hijiex allinjata mal-approċċ ta’ gvern sħiħ u tas-saħħa waħda għall-perikli kollha

    2

    L-NAPHS jew sistema ekwivalenti hija żviluppata u allinjata mal-approċċ ta’ gvern sħiħ u tas-saħħa waħda għall-perikli kollha inklużi rwoli, responsabbiltajiet u mekkaniżmu kollaborattiv definiti

    3

    L-NAPHS jew sistema ekwivalenti hija żviluppata u allinjata mal-approċċ ta’ gvern sħiħ u tas-saħħa waħda għall-perikli kollha inklużi rwoli, responsabbiltajiet u mekkaniżmu kollaborattiv definiti. Barra minn hekk, ġew ikkalkulati l-ispejjeż għall-Ippjanar tal-Azzjoni Nazzjonali għas-Sigurtà tas-Saħħa jew sistema ekwivalenti

    4

    Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, qed tiġi implimentata mill-inqas attività waħda ppjanata

    5

    Kummenti addizzjonali:

    Jekk livell 1: jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek huwiex jippjana li jniedi Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għas-Sigurtà tas-Saħħa jew sistema ekwivalenti:

    Il-livelli kollha: jekk l-Istat Membru tiegħek ma jużax l-Ippjanar tal-Azzjoni Nazzjonali għas-Sigurtà tas-Saħħa, jekk jogħġbok iddeskrivi s-sistema ekwivalenti:

    C.   OĦRA

    C.1

    Jekk jogħġbok iddeskrivi l-ideat tiegħek dwar liema azzjonijiet ulterjuri tista’ tieħu l-Kummissjoni biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-prevenzjoni, it-tħejjija, ir-rispons, u l-ippjanar tal-irkupru għal theddid transfruntier serju għas-saħħa:

    C.2

    Jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe kumment jew kjarifika fir-rigward tal-mistoqsijiet ta’ hawn fuq u, jekk jitqies meħtieġ, elenka kwalunkwe attività rilevanti li pajjiżek wettaq jew ipprovda informazzjoni addizzjonali li hija rilevanti għas-suġġett ta’ dan il-kwestjonarju:


    (1)  Hawnhekk, f’din il-mistoqsija, organizzazzjoni tirreferi għal grupp b’mandat uffiċjali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ emerġenza

    (2)  L-awtomatizzazzjoni tirreferi għall-proċess ta’ sorveljanza inkorporat fis-sistema tal-forniment tal-kura tas-saħħa b’estrazzjoni u kondiviżjoni awtomatiċi ta’ informazzjoni rilevanti, jew tip ieħor ta’ awtomatizzazzjoni li jnaqqas id-dipendenza mir-riżorsi umani.

    (3)  Hawnhekk dan jirreferi għall-koordinazzjoni bejn setturi bħas-sigurtà, il-ġustizzja, id-difiża u l-protezzjoni ċivili li tippermetti mekkaniżmu speċifiku għat-tħejjija u r-rispons għal rilaxx intenzjonat.

    (4)  Stokk ta’ farmaċewtiċi u tagħmir mediku miżmuma mill-Istati Membri biex isalvaw il-ħajjiet fi kriżi.

    (5)  Bħal pjan ta’ rispons u operazzjonali tal-isptar

    (6)  Dan jista’ jinkludi s-setturi tas-saħħa, tal-protezzjoni ċivili u tal-kontroll tal-fruntieri għall-implimentazzjoni, jekk ikun meħtieġ, ta’ miżuri ddedikati bħall-kwarantina, l-iskrinjar, l-NPIs, eċċ.

    (7)  https://www.who.int/publications/m/item/tripartite-amr-country-self-assessment-survey---tracss-(6.0)-2022

    (8)  Joint External Evaluation tool developed by the World Health Organization, it-tielet edizzjoni 2022

    (9)  Ibid

    (10)  Ibid

    (11)  Ibid


    Top