Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2200

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2200 tat-8 ta’ Novembru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar proposti għal modifiki għar-Regolamenti Nru 0, 13, 24, 34, 43, 48, 67, 83, 90, 118, 125, 127, 129, 149, 151, 158, 159, 161, 162 u 163 tan-NU, dwar proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-Utenti Vulnerabbli tat-Triq fil-Prossimità tal-Parti ta’ Quddiem u tal-Ġenb tal-Vettura, dwar proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-viżjoni diretta tagħhom, u dwar proposta għal emenda għall-M.R.1

    ST/13763/2022/INIT

    ĠU L 292, 11.11.2022, p. 54–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2200/oj

    11.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 292/54


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2200

    tat-8 ta’ Novembru 2022

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar proposti għal modifiki għar-Regolamenti Nru 0, 13, 24, 34, 43, 48, 67, 83, 90, 118, 125, 127, 129, 149, 151, 158, 159, 161, 162 u 163 tan-NU, dwar proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-Utenti Vulnerabbli tat-Triq fil-Prossimità tal-Parti ta’ Quddiem u tal-Ġenb tal-Vettura, dwar proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-viżjoni diretta tagħhom, u dwar proposta għal emenda għall-M.R.1

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) għal dak li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim għal dak li jikkonċerna l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (ir-“regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    (4)

    Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE (NUKEE WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki għar-regolamenti tan-NU, regolamenti tekniċi globali tan-NU (GTRs tan-NU) u għar-riżoluzzjonijiet tan-NU, u proposti għal regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 tan-NUKEE jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU.

    (5)

    In-NUKEE WP.29, matul il-188 sessjoni tal-Forum Dinji li ser isir mill-14 sas-16 ta’ Novembru 2022, jista’ jadotta: proposti għal modifiki tar-Regolamenti Nru 0, 13, 24, 34, 43, 48, 67, 83, 90, 118, 125, 127, 129, 149, 151, 158, 159, 161, 162 u 163 tan-NU; proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-utenti vulnerabbli tat-triq li jkunu fil-prossimità tal-parti ta’ quddiem u tal-ġenb tal-vettura; proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-viżjoni diretta tagħhom; u proposta għal emenda għar-riżoluzzjoni reċiproka Nru 1 tan-NU.

    (6)

    Ir-regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mar-riżoluzzjoni tan-NU, ser jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fin-NUKEE WP.29 dwar l-adozzjoni ta’ dawk il-proposti.

    (7)

    Hemm bżonn li r-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew għal karatteristiċi koperti mir-Regolamenti Nru 0, 13, 24, 34, 43, 48, 67, 83, 90, 118, 125, 127, 129, 149, 151, 158, 159, 161, 162, 163 u r-riżoluzzjoni reċiproka Nru 1 tan-NU jiġu emendati jew supplimentati biex jiġu riflessi l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi.

    (8)

    Sabiex jiġi rifless il-progress tekniku, tittejjeb is-sikurezza tal-vetturi u titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-utenti tat-triq, hemm bżonn li jiġu adottati regolament ġdid tan-NU dwar l-utenti vulnerabbli tat-triq li jkunu fil-prossimità tal-parti ta’ quddiem u tal-ġenb tal-vettura u regolament ġdid tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-viżjoni diretta tagħhom,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-188 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE li ser issir bejn l-14 u s-16 ta’ Novembru 2022 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Z. STANJURA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).


    ANNESS

    Regolament Nru

    Titolu tal-punt fl-aġenda

    Referenza tad-dokument (1)

    0

    Proposta għas-Serje 05 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 0 (Approvazzjoni tat-Tip Internazzjonali ta’ Vettura Sħiħa)

    (ECE/TRANS/WP.29/1166, il-paragrafu 107, abbażi tad-WP.29-187-20)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/111

    13

    Proposta għas-Suppliment 20 tas-serje 11 ta’ emendi għar-Regolament Nru 13 tan-NU (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/13, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/11, kif emendat permezz ta’ GRVA-13-22/Rev.1)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/137

    13

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 12 ta’ emendi għar-Regolament Nru 13 tan-NU (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/13, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/11, kif emendat permezz ta’ GRVA-13-22/Rev.1)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/138

    24

    Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 24 tan-NU (Inkwinanti viżibbli, kejl tal-potenza tal-magni C.I (Duħħan tad-diżil))(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/86/Rev.1, il-paragrafu 41, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/22, kif emendat waqt is-sessjoni bl-Anness VII)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/133/Rev.1

    34

    Proposta għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 34 tan-NU (Il-Prevenzjoni tar-riskju tan-nirien) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/19/Rev.1 kif emendat permezz tal-paragrafu 33 tar-rapport)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/116

    34

    Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 34 tan-NU (Il-Prevenzjoni tar-riskju tan-nirien) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 32, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/19 mhux emendat)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/117

    43

    Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 43 tan-NU (Ħġieġ tas-sikurezza) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 12, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/3 u ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/4, mhux emendat)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/118

    48

    Proposta għas-Suppliment 17 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (L-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/86, il-paragrafu 18, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/5, kif emendat permezz ta’ GRE-86-05-Rev.2)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/112

    48

    Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (L-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/86, il-paragrafu 18, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/5 kif emendat permezz ta’ GRE-86-05-Rev.2)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/113

    48

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (L-installazzjoni ta’ apparat tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/86, il-paragrafu 18, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/5, kif emendat permezz ta’ GRE-86-05-Rev.2)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/114

    67

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 67 tan-NU (Il-vetturi LPG) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/11, mhux emendat)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/119

    67

    Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 67 tan-NU (Il-vetturi LPG) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/11 mhux emendat)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/120

    83

    Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (L-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/86/Rev.1, il-paragrafu 21, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/10 u ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/13 u GRPE-86-12 kif emendat bl-Anness IV)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/134

    83

    Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (L-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/86/Rev.1, il-paragrafu 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/10 u ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/13, GRPE86-12 u GRPE-86-24-Rev.1 kif emendat bl-Anness V)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/135

    83

    Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (L-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/86/Rev.1, il-paragrafu 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/10 u ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/13, GRPE86-12 u GRPE-86-24-Rev.1 kif emendat bl-Anness VI)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/136

    90

    Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 90 tan-NU (sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet)

    (abbażi ta’ GRVA-14-17)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/148

    118

    Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 118 tan-NU (Il-mod kif jinħarqu ċerti materjali) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 8, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/2, mhux emendat)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/121

    125

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 125 tan-NU (Il-Kamp ta’ viżjoni ta’ quddiem tas-sewwieqa) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 49, abbażi ta’ GRSG-123-05)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/122

    127

    Proposta għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 127 tan-NU (Is-sikurezza għall-persuni bil-mixi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/4 kif emendat permezz tal-Anness II tar-rapport)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/129

    127

    Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 127 tan-NU (Is-sikurezza għall-persuni bil-mixi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 21, abbażi ta’ GRSP-71-04 kif riprodott fl-Anness II tar-rapport)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/130

    129

    Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Is-sistemi tat-Trażżin għat-Tfal) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/7, kif emendat permezz tal-Anness III tar-rapport, ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/8 u ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/9, it-tnejn mhux emendati)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/128

    129

    Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Is-sistemi tat-Trażżin għat-Tfal) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/5, mhux emendat)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/131

    129

    Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Is-sistemi tat-Trażżin għat-Tfal) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/6 mhux emendat)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/132

    149

    Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 00 ta’ emendi għar-Regolament Nru 149 tan-NU (L-apparati għat-tidwil tat-triq) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/86, il-paragrafu 12, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/8)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/115

    151

    Proposta għas-Suppliment 4 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 151 tan-NU (Is-sistemi ta’ Informazzjoni dwar Punti Moħbija)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 18, abbażi ta’ GRSG-2022-9, kif emendat bl-Anness III tar-rapport)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/147

    158

    Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 158 tan-NU (Il-moviment tar-rivers) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/10, kif emendat bl-Anness IV tar-rapport)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/123/Rev 1

    159

    Proposta għall-parti I tas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 159 tan-NU (Is-sistema ta’ informazzjoni waqt it-tluq tal-vettura) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 23, abbażi ta’ GRSG-123-11-Rev.1, kif riprodott fl-Anness V tar-rapport)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/124

    159

    Proposta għall-parti II tas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 159 tan-NU (Is-sistema ta’ informazzjoni waqt it-tluq tal-vettura) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 23, abbażi ta’ GRSG-123-32, kif riprodott fl-Anness V tar-rapport)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/125

    161

    Proposta għas-Suppliment 3 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 161 tan-NU (L-apparati kontra l-Użu mhux Awtorizzat)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 43, abbażi ta’ GRSG-2022-14, kif emendat bil-paragrafu 43)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/146

    162

    Proposta għas-Suppliment 4 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 162 tan-NU (L-immobilizzaturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 46, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/15, mhux emendat)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/126/Rev 1

    163

    Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 163 tan-NU (Is-sistemi ta’ Allarm tal-Vetturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 48, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/16, mhux emendat)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/127

    Regolament ġdid

    Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Utenti Vulnerabbli tat-Triq li jkunu fil-Prossimità tal-parti ta’ Quddiem u tal-Ġenb tal-Vettura (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/6 kif emendat permezz tal-Anness VI tar-rapport)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/139

    Regolament ġdid

    Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Approvazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur fir-Rigward tal-Viżjoni Diretta tagħhom (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 28, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/7 kif emendat permezz tal-Anness VII tar-rapport u ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/30)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/140/Rev 1


    Mixxellanji

    Titolu tal-punt fl-aġenda

    Referenza tad-dokument

    Riżoluzzjoni Reċiproka

    Proposta għall-Emenda 3, l-Addendum 1 tar-Riżoluzzjoni Reċiproka għar-Regolament Nru 1 (M.R.1) (/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/10 mhux emendat)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/141

    Regolamenti tekniċi li għandhom jiġu elenkati fil-Kompendju ta’ Kandidati għall-GTRs tan-NU

    Numru tal-Elenkar 11: United States of America Environmental Protection Agency and the Department of Transportation Programmes for Light-duty Vehicle Greenhouse Gas Emission Standards and Corporate Average Fuel Economy Standards (Il-Programmi għall-Istandards tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra għal Vetturi ħfief u l-Istandards Medji u Korporattivi għall-Ekonomija fil-Fjuwil tal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent u tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti tal-Amerika)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/142

    Regolamenti tekniċi li għandhom jiġu elenkati fil-Kompendju ta’ Kandidati għall-GTRs tan-NU

    Numru tal-Elenkar 12: United States of America Environmental Protection Agency and National Highway Traffic Safety Administration, Department of Transportation Programmes for Greenhouse Gas Emissions Standards and Fuel Efficiency Standards for Medium and Heavy-Duty Engines and Vehicles (Il-Programmi għall-Istandards tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra u l-Istandards għall-Effiċjenza fil-Fjuwil għal Magni u Vetturi Medji u Tqal tal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent, tal-Amministrazzjoni għas-Sikurezza tat-Traffiku fit-Toroq Pubbliċi u tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti tal-Amerika)

    ECE/TRANS/WP.29/2022/143

    Regolamenti tekniċi li għandhom jiġu elenkati fil-Kompendju ta’ Kandidati għall-GTRs tan-NU

    Numru tal-Elenkar 13: United States of America Environmental Protection Agency and National Highway Traffic Safety Administration, Department of Transportation, Program for Revisions and Additions to the Motor Vehicle Fuel Economy Label: (Il-Programm għar-Reviżjonijiet u ż-Żidiet għat-Tikketta tal-Ekonomija tal-Fjuwil ta’ Vetturi bil-Mutur tal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent, tal-Amministrazzjoni għas-Sikurezza tat-Traffiku fit-Toroq Pubbliċi u tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti tal-Amerika:) Tikketti tal-Ekonomija tal-Fjuwil u tal-Ambjent ġodda għal Vetturi ta’ Ġenerazzjoni Ġdida

    ECE/TRANS/WP.29/2022/144


    (1)  Id-dokumenti kollha msemmijin fit-tabella jinsabu fuq: (WP.29) Il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti (il-188 sessjoni) | NUKEE.


    Top