Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D1642

    Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-Kumitat Konġunt EU-CTC stabbilit mill-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tal-25 ta’ Awissu 2022 fir-rigward ta’ stedina lill-Ukrajna biex taderixxi ma’ dik il-Konvenzjoni [2022/1642]

    PUB/2022/1101

    ĠU L 247, 23.9.2022, p. 75–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1642/oj

    23.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 247/75


    DEĊIŻJONI Nru 2/2022 tal-Kumitat Konġunt EU-CTC stabbilit mill-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu

    tal-25 ta’ Awissu 2022

    fir-rigward ta’ stedina lill-Ukrajna biex taderixxi ma’ dik il-Konvenzjoni [2022/1642]

    IL-KUMITAT KONĠUNT EU-CTC,

    Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(e) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Ukrajna esprimiet ix-xewqa tagħha li taderixxi mal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (“il-Konvenzjoni”)

    (2)

    Il-moviment tal-oġġetti mal-Ukrajna jkun iffaċilitat permezz ta’ proċedura komuni ta’ tranżitu għall-oġġetti ttrasportati bejn l-Ukrajna u l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Maċedonja ta’ Fuq, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, it-Turkija, u r-Renju Unit.

    (3)

    Bil-ħsieb li tinkiseb tali faċilitazzjoni, jixraq li l-Ukrajna tiġi mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Ukrajna għandha tiġi mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni f’konformità mal-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2022.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2022.

    Għall-Kumitat Konġunt EU-CTC

    Il-President

    Matthias PETSCHKE


    (1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.


    Top