Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1371

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1371 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/5552

    ĠU L 206, 8.8.2022, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1371/oj

    8.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 206/15


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1371

    tal-5 ta’ Awwissu 2022

    li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (2) fihom żball fl-Artikolu 38(6) li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni jew tal-kliem li jista’ jwassal għal interpretazzjoni ħażina, fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien indikat u għal dak li jirreferi għalih.

    (2)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħrajn mhumiex affettwati.

    (3)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma konformi mal-opinjoni mogħtija mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima fid-9 ta’ Frar 2022,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).


    Top