EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1018

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1018 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

ST/9356/2022/INIT

ĠU L 170, 28.6.2022, p. 76–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1018/oj

28.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/76


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1018

tas-27 ta’ Ġunju 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1), li kompliet l-EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2013.

(2)

Fid-29 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/902 (2) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendietha mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Fl-4 ta’ Marzu 2021, fil-kuntest tar-Reviżjoni Strateġika tal-EUPOL COPPS, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li l-Missjoni jenħtieġ li tiġi estiża għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar, sat-30 ta’ Ġunju 2023.

(4)

Fl-1 ta’ Ġunju 2021, il-KPS innota wkoll li, b’kont meħud tal-informazzjoni pprovduta minn Iżrael u l-Awtorità Palestinjana, jenħtieġ li, f’dan l-istadju, l-EUPOL COPPS tiġi estiża b’sena, sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(5)

Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1066 (3) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendietha mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(6)

Abbażi ta’ informazzjoni addizzjonali pprovduta minn Iżrael u mill-Awtorità Palestinjana, jenħtieġ li l-EUPOL COPPS issa tiġi estiża bit-tieni sena, sat-30 ta’ Ġunju 2023, kif maqbul fil-kuntest tar-Reviżjoni Strateġika tagħha.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/354/PESK tiġi emendata skont dan.

(8)

L-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12(1), jinżdied is-subparagrafu li ġej:

“3L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma’ EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 għandu jkun EUR 11 660 000.";

(2)

fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2023.",

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PANNIER-RUNACHER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).

(2)  ĠU L 207, 30.6.2020, p. 30.

(3)  ĠU L 229, 29.6.2021, p. 13.


Top