Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0097

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/97 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà

    C/2021/413

    ĠU L 31, 29.1.2021, p. 208–213 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/97/oj

    29.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/208


    IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/97

    tat-28 ta’ Jannar 2021

    li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1)(h) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) toħroġ speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni (“CS”) u taġġornahom regolarment sabiex tiżgura li s-CS jibqgħu adattati għall-iskop tagħhom. Madankollu, inġenju tal-ajru li d-disinn tiegħu jkun diġà ġie ċċertifikat mhuwiex meħtieġ jikkonforma mal-verżjoni aġġornata tas-CS meta jiġi prodott jew waqt li jkun fis-servizz. Għalhekk, sabiex jiġu appoġġati l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-titjib fis-sikurezza, jenħtieġ li tiġi introdotta l-konformità ta’ inġenji tal-ajru bħal dawn mar-rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà li ma kinux inklużi fis-CS inizjali fiż-żmien taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 (2) jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà bħal dawn.

    (2)

    Fil-punt 26.60 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/133 (3) introduċa rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għall-kundizzjonijiet dinamiċi tas-sits tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-passiġġieri ta’ ajruplani kbar li jkunu għadhom kemm ġew prodotti abbażi ta’ disinn li diġà ġie ċċertifikat mill-Aġenzija. L-ajruplani kbar li għalihom iċ-ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà jkun inħareġ għall-ewwel darba fit-18 ta’ Frar 2021 jew wara, iridu jikkonformaw mal-punt 26.60. Minħabba dewmien fil-produzzjoni tal-ajruplani kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19, xi ajruplani, li kien ippjanat li jinħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà qabel it-18 ta’ Frar 2021, se jinħarġilhom dak iċ-ċertifikat wara dik id-data. Għalhekk, sabiex jiġi evitat li jiġi impost piż addizzjonali fuq l-industrija minħabba l-ħtieġa li s-sits f’dawk l-ajruplani jiġu riklassifikati għall-kundizzjonijiet dinamiċi, l-ajruplani li l-produzzjoni tagħhom iddewmet minħabba l-pandemija tal-COVID-19 jenħtieġ li jiġu eżentati mill-konformità mal-punt 26.60.

    (3)

    Għal din ir-raġuni, id-data tal-ħruġ tal-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt 26.60 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640, li bħalissa hija stabbilita għat-18 ta’ Frar 2021, jenħtieġ li tiġi allinjata mad-data tal-applikazzjoni tal-lista tal-mudelli tal-ajruplani li mhumiex soġġetti għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640 stabbilita fl-Appendiċi I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159 (4), jiġifieri s-26 ta’ Frar 2021. Meta wieħed iqis li d-differenza fil-ħin hija minima, ma se jkun hemm l-ebda impatt sinifikanti fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2015/640 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1159 introduċa rekwiżiti ġodda dwar l-inġenji tal-ajru li qed jiqdiemu. B’mod partikolari, il-punt 26.334 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640 jimplika li d-detenturi kollha ta’ ċertifikat tat-tip supplementari maħruġ qabel l-1 ta’ Settembru 2003 se jkollhom jiżviluppaw id-data tat-tolleranza għad-danni kemm jekk din id-data tkun tassew meħtieġa mill-operaturi kif ukoll jekk le. Sabiex jiġi żgurat piż proporzjonat fuq l-industrija, dejjem kien maħsub li din id-data jenħtieġ li tiġi żviluppata biss jekk tkun meħtieġa mill-operaturi u fuq talba tagħhom biss. Ir-Regolament (UE) 2015/640 għalhekk jenħtieġ li jiġi kkoreġut skont dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jirreferu għall-emendi introdotti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1159 li japplikaw mis-26 ta’ Frar 2021. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ konsistenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun applikabbli mis-26 ta’ Frar ukoll.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640 huwa kkoreġut skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mis-26 ta’ Frar 2021, ħlief il-punt (1) tal-Anness I, li għandu japplika mis-16 ta’ Frar 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/133 tat-28 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà (ĠU L 25, 29.1.2019, p. 14).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159 tal-5 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1321/2014 u (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà (ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14).


    ANNESS I

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    il-punt 26.60 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    26.60   L-inżul ta’ emerġenza — kundizzjonijiet dinamiċi

    L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru tal-passiġġieri, bit-tip ċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, u li għalihom inħareġ iċ-ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba fis-26 ta’ Frar 2021 jew wara, għandhom juru għal kull tip ta’ disinn ta’ sit approvat għall-okkupanza waqt it-taxiing, it-tlugħ jew l-inżul li l-okkupant huwa protett meta jkun espost għal tagħbijiet li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet ta’ nżul. Dan il-wiri għandu jsir permezz ta’ wieħed minn dawn il-mezzi li ġejjin:

    (a)

    testijiet dinamiċi li tlestew b’suċċess;

    (b)

    analiżi razzjonali li tipprovdi sikurezza ekwivalenti, ibbażata fuq testijiet dinamiċi ta’ tip ta’ disinn simili ta’ sits.

    L-obbligu stabbilit fl-ewwel paragrafu ma għandux japplika għas-sits li ġejjin:

    (a)

    sits tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-ajruplan,

    (b)

    sits f’ajruplani ta’ okkupanza limitata involuti biss f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru on-demand u mhux skedati;

    (c)

    sits f’mudell ta’ ajruplan elenkat fit-Tabella A.1 tal-Appendiċi 1 u li jkollu numru tas-serje tal-manifattur elenkat f’dik it-Tabella. ”;

    (2)

    L-Appendiċi 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Appendiċi 1

    Lista ta’ mudelli ta’ ajruplani li mhumiex soġġetti għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-26)

    Tabella A.1

    Detentur tat-TC

    Tip

    Mudelli

    Numru tas-serje tal-manifattur

    Dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-26) li ma japplikawx

    The Boeing Company

    707

    Kollha

     

    26.301 sa 26.334

    The Boeing Company

    720

    Kollha

     

    26.301 sa 26.334

    The Boeing Company

    DC-10

    DC-10-10

    DC-10-30

    DC-10-30F

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    The Boeing Company

    DC-8

    Kollha

     

    26.301 sa 26.334

    The Boeing Company

    DC-9

    DC-9-11, DC-9-12, DC-9-13, DC-9-14,DC-9-15, DC-9-15F, DC-9-21, DC-9-31,DC-9-32, DC-9-32 (VC-9C), DC-9-32F,DC-9-32F (C-9 A, C-9B), DC-9-33F, DC-9-34, DC-9-34F, DC-9-41, DC-9-51

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    The Boeing Company

    MD-90

    MD-90-30

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    FOKKER SERVICES B.V.

    F27

    Mark 100, 200, 300, 400, 500, 600, 700

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    FOKKER SERVICES B.V.

    F28

    Mark 1000, 1000C, 2000, 3000, 3000C, 3000R, 3000RC, 4000

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    GULFSTREAM AEROSPACE CORP.

    G-159

    G-159 (Gulfstream I)

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    GULFSTREAM AEROSPACE CORP.

    G-II_III_IV_V

    G-1159 A (GIII)

    G-1159B (GIIB)

    G-1159 (GII)

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    KELOWNA FLIGHTCRAFT LTD.

    CONVAIR 340/440

    440

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    LEARJET INC.

    Learjet 24/25/31/36/35/55/60

    24,24 A,24B,24B-A,24D, 24D-A,24F,24F-A,25,25B,25C,25D,25F

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    LOCKHEED MARTIN CORPORATION

    1329

    Kollha

     

    26.301 sa 26.334

    LOCKHEED MARTIN CORPORATION

    188

    Kollha

     

    26.301 sa 26.334

    LOCKHEED MARTIN CORPORATION

    382

    382, 382B, 382E, 382F, 382G

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    LOCKHEED MARTIN CORPORATION

    L-1011

    Kollha

     

    26.301 sa 26.334

    PT. DIRGANTARA INDONESIA

    CN-235

    Kollha

     

    26.301 sa 26.334

    SABRELINER CORPORATION

    NA-265

    NA-265-65

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    VIKING AIR LIMITED

    SD3

    SD3-30

    Sherpa

    SD3 Sherpa

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    VIKING AIR LIMITED

    DHC-7

    Kollha

     

    26.301 sa 26.334

    VIKING AIR LIMITED

    CL-215

    CL-215-6B11

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    TUPOLEV PUBLIC STOCK COMPANY

    TU-204

    204-120CE

    Kollha

    26.301 sa 26.334

    AIRBUS

    A320 series

    A320-251N, A320-271N

    10033, 10242, 10281 u 10360

    26.60

    AIRBUS

    A321 series

    A321-271NX, A321-251NX

    10071, 10257, 10371 u 10391

    26.60

    AIRBUS

    A330 series

    A330-243, A330-941

    1844, 1861, 1956, 1978, 1982, 1984, 1987, 1989, 1998, 2007, 2008, 2011 u 2012

    26.60

    ATR-GIE Avions de Transport Régional

    ATR 72 series

    ATR72-212 A

    1565,1598, 1620, 1629, 1632, 1637, 1640, 1642,1649,1657, 1660, 1661

    26.60

    The Boeing Company

    737 series

    737-8 u 737-9

    43299, 43304, 43305, 43310, 43321, 43322, 43332, 43334, 43344, 43348, 43391, 43579, 43797, 43798 43799, 43917, 43918, 43919, 43921, 43925, 43927, 43928, 43957, 43973, 43974, 43975, 43976, 44867, 44868, 44873, 60009, 60010, 60040, 60042, 60056, 60057, 60058, 60059, 60060, 60061, 60063, 60064, 60065, 60066, 60068, 60194, 60195, 60389, 60434, 60444, 60455, 61857, 61859, 61862, 61864, 62451, 62452, 62453, 62454, 62533, 63358, 63359, 63360, 64610, 64611, 64612, 62613, 64614, 65899, 66147, 66148, 66150

    26.60


    ANNESS II

    Fil-punt 26.334 tal-Anness I, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(a)

    Fuq talba ta’ operatur li huwa meħtieġ jikkonforma mal-punt 26.370(a)(ii), detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla li nħarġet qabel l-1 ta’ Settembru 2003 għandu:

    (i)

    għall-bidliet u t-tiswijiet ippubblikati identifikati skont il-paragrafu (a)(i) tal-punt 26.332 u l-paragrafu (a)(iii) tal-punt 26.332, iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni;

    (ii)

    jistabbilixxi u jiddokumenta l-ispezzjoni tat-tolleranza għad-danni assoċjata, sakemm ma tkunx diġà saret.

    (b)

    Id-detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla għandu jippreżenta d-data tat-tolleranza għad-danni li tirriżulta mill-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu (a)(i) lill-Aġenzija:

    (i)

    fi żmien 24 xahar mill-wasla ta’ talba, għal talbiet li jaslu qabel is-26 ta’ Frar 2023, għall-approvazzjoni; jew

    (ii)

    qabel is-26 ta’ Frar 2025 jew fi żmien 12-il xahar mill-wasla ta’ talba, skont liema jseħħ l-aħħar, għal talbiet li jaslu fis-26 ta’ Frar 2023 jew wara, għall-approvazzjoni.”


    Top