This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020BP1924
Resolution (EU) 2020/1924 of the European Parliament of 14 May 2020 with observations forming an integral part of the decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the Agency for the Cooperation of Energy Regulators (now European Union Agency for the Cooperation of Energy Regulators) for the financial year 2018
Riżoluzzjoni (UE) 2020/1924 tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2018
Riżoluzzjoni (UE) 2020/1924 tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2018
ĠU L 417, 11.12.2020, p. 267–268
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 417/267 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2020/1924 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-14 ta’ Mejju 2020
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2018
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0052/2020), |
A. |
billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa (1) tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien EUR 13 562 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 2,18 % meta mqabbel mal-2017; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni (2); |
B. |
billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet bażi huma legali u regolari, |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. |
Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,26 %, li tfisser li l-Aġenzija għaddiet il-mira ppjanata tagħha b’żieda ta’ 0,54 % meta mqabbla mal-2017; jinnota b’apprezzament li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet 79,73 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 3,92 % meta mqabbla mal-2017; |
Prestazzjoni
2. |
Jinnota li l-Aġenzija għadha tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari biex tagħmel stima tal-impatt tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida, u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; |
3. |
Jinnota li l-Aġenzija rnexxielha timplimenta r-Regolament (UE) Nru 1227/2011 (3) u takkumpanja u timmonitorja l-bidla fl-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk li diġà ġew adottati għall-elettriku u l-gass; |
4. |
Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija esternalizzat is-servizzi ta’ kontabilità lill-Kummissjoni u tikkondividi r-riżorsi ma’ Aġenziji oħra fl-oqsma tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-baġit u l-finanzi, l-akkwist u l-ġestjoni tal-faċilitajiet; iqis din l-inizjattiva bħala eżempju li għandu jiġi segwit għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tesplora modi kif ir-riżorsi jistgħu jiġu kondiviżi fuq kompiti li jikkoinċidu fost aġenziji oħra tal-Unjoni b’attivitajiet simili; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Aġenzija biex b’mod attiv tipprova tikseb aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni usa’ mal-aġenziji kollha tal-Unjoni; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha; |
Politika dwar il-persunal
6. |
Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2018, 95,52 % tat-tabella tal-persunal kienet kompluta, u li kienu nħatru 64 aġent temporanju mit-total ta’ 67 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 68 post awtorizzat fl-2017); jinnota, li barra minn hekk, fl-2018 kien hemm 22 aġent kuntrattwali u erba’ esperti nazzjonali sekondati qed jaħdmu għall-Aġenzija; |
7. |
Jinnota t-tħassib tal-Aġenzija dwar ir-riżorsi addizzjonali inadegwati previsti għall-implimentazzjoni tal-pakkett "Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha", f’termini tal-għadd ta’ persunal, il-mument opportun u l-gradi u li l-allokazzjoni tal-persunal tinkludi sehem sproporzjonalment kbir ta’ pożizzjonijiet ta’ aġenti kuntrattwali (14) meta mqabbel mal-għadd ta’ aġenti temporanji (4 biss), minkejja l-kumplessità tal-kompiti l-ġodda assenjati lill-Aġenzija; jinnota li, skont l-Aġenzija, hija mhix ser tkun tista’, f’sitwazzjoni bħal din, tissodisfa kif suppost il-mandat estiż tagħha mingħajr l-assenjazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali; |
8. |
Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-persunal tal-maniġment superjuri u medju tal-Aġenzija (ħamest irġiel u mara waħda); iqajjem tħassib dwar l-iżbilanċ ġeografiku; jitlob lill-Aġenzija tieħu miżuri sabiex tiżgura bilanċ aħjar ġeografiku u bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri u medju tagħha; |
9. |
Jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fuq il-bord tal-maniġment tal-Aġenzija, bi 12 minn 17-il membru li huma tal-istess sess; |
10. |
Jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar iċ-ċifri totali tal-każijiet ta’ fastidju u tirrapporta lura dwar ir-riżultati ta’ każijiet ta’ fastidju magħluqa; |
Akkwist
11. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2018 l-Aġenzija kienet introduċiet is-sottomissjoni elettronika, iżda kienet għadha ma introduċietx l-għodod tal-akkwist elettroniku jew tal-fatturazzjoni elettronika żviluppati mill-Kummissjoni biex tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni ma’ partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jistieden lill-Aġenzija tintroduċi l-għodod kollha meħtieġa biex jiġu ġestiti l-proċeduri ta’ akkwist, u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar f’dak il-qasam; |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza
12. |
Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti dwar u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-protezzjoni tal-informaturi; |
13. |
Jinnota l-passi l-oħra li ttieħdu biex tittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija billi jiġu rrappurtati l-laqgħat li l-persunal tal-Aġenzija jkollu mal-partijiet ikkonċernati esterni, pereżempju l-laqgħa tad-direttur mal-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom, u d-disponibbiltà tagħhom fuq is-sit web tal-Aġenzija minn Jannar 2018; |
Kontrolli interni
14. |
Jinnota li f’Diċembru 2018, l-Aġenzija adottat qafas ta’ kontroll intern tagħha stess; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards ta’ kontrolli interni; |
15. |
Jinnota li fl-2016, is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq valutazzjoni tar-riskju sħiħa, inkluż fir-rigward tal-IT, li rriżultat fi pjan ta’ awditjar strateġiku ġdid għall-Aġenzija għall-perjodu 2017-2019 u fformula s-suġġetti tal-awditjar għall-perjodu ta’ ppjanar li jmiss; jinnota li fl-2018, l-IAS wettaq awditu dwar is-sigurtà tal-IT fl-Aġenzija fil-qasam tas-sigurtà tal-informazzjoni fid-dominju "REMIT" u li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni, skedat għall-implimentazzjoni fl-2019, biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-awditjar finali; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar żviluppi f’dak ir-rigward; |
Kummenti oħra
16. |
Jilqa’ l-fatt li fl-2018, l-Aġenzija wettqet analiżi formali tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni dwar l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tagħha; |
17. |
Jistieden lill-Aġenzija taqsam ir-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku ġenerali, u biex tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja; |
18. |
Jirreferi, rigward kummenti oħra ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 167.
(2) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 168.
(3) Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0121.