This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020BP1869
Resolution (EU) 2020/1869 of the European Parliament of 14 May 2020 with observations forming an integral part of the decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the European GNSS Agency for the financial year 2018
Riżoluzzjoni (UE) 2020/1869 tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018
Riżoluzzjoni (UE) 2020/1869 tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018
ĠU L 417, 11.12.2020, p. 93–95
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 417/93 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2020/1869 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-14 ta’ Mejju 2020
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2020), |
A. |
billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien ta' EUR 32 230 582, li jirrappreżenta żieda ta' 13,22 % meta mqabbel mal-2017; billi ż-żieda kienet relatata mat-titoli 2 u 3; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni (2); |
B. |
billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), tistqarr li kellha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2017; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,72 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,48 % meta mqabbla mal-2017; |
2. |
Jinnota li, minbarra l-baġit ewlieni tagħha, l-Aġenzija fl-2018 kompliet tiġġestixxi ammont kbir ta' baġit delegat għas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), il-Ftehim ta' Delega Galileo, il-Ftehim ta' Delega għal Servizz Pubbliku Regolat u l-ftehim ta' delega ta' Orizzont 2020; jinnota li fl-2018 ġie impenjat total ta' EUR 1 173 219 279 ta' baġit delegat, u li saru pagamenti għall-ammont ta' EUR 796 500 300,84; |
Kanċellazzjoni tar-riporti
3. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li l-kanċellazzjoni tar-riporti mill-2017 għall-2018 tirrappreżenta 3,25 % tal-ammont totali riportat wara tnaqqis ta' 2,05 % meta mqabbel mal-2017; |
Prestazzjoni
4. |
Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni biex tkejjel il-valur miżjud li jirriżulta mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; |
5. |
Jinnota li l-programmi Galileo u EGNOS tal-Aġenzija issa huma kompletament fil-fażi operattiva tagħhom u li, b'mod speċifiku fir-rigward ta' Galileo, minbarra l-varar b'suċċess tal-aħħar erba' satelliti qabel il-lott 3 fl-2018, l-Aġenzija kkompletat l-attivitajiet ta' għoti ta' kuntratti; |
6. |
Jilqa' l-fatt li mill-2015, l-Aġenzija esternalizzat is-servizzi ta' kontabbiltà tagħha lill-Kummissjoni u li tikkondividi l-forniment tas-servizzi relatati mal-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju u l-kapaċità ta' awditjar intern ma' Aġenziji oħra; |
7. |
Jinnota li, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet tas-sena l-oħra mill-awtorità ta' kwittanza, l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programmi Galileo u EGNOS u tal-prestazzjoni tal-Aġenzija tlestiet mill-Kummissjoni u ġiet ippreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill f'Ottubru 2017; |
8. |
Iħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha; |
Politika dwar il-persunal
9. |
Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, 90,63 % tat-tabella tal-persunal kienet kompluta, u li kienu nħatru 116-il aġent temporanju mit-total ta' 128 awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 116-il post awtorizzati fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, fl-2018 ħadmu għall-Aġenzija 51 aġent kuntrattwali u 3 esperti nazzjonali sekondati; jinnota li 10 postijiet addizzjonali ġew allokati lill-Aġenzija għat-tabella tal-persunal tagħha tal-2018 minbarra 2 postijiet diġà previsti; |
10. |
Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri għall-2018 fost il-maniġers superjuri (10 irġiel u 2 nisa) u fil-bord amministrattiv (44 raġel u 7 nisa); |
11. |
Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija adottat is-suġġeriment tal-Qorti u fl-aħħar ippubblikat l-avviżi ta' postijiet battala fis-sit web tal- EPSO sabiex tiżdied il-pubbliċità; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li biħsiebha tippubblika l-avviżi kollha ta' postijiet battala fuq il-portal interaġenziji, meqjus bħala ekwivalenti għall-EPSO mill-perspettiva tal-Aġenziji, u li, barra minn hekk, l-Aġenzija tippubblika l-avviżi tagħha ta' postijiet battala f’pubblikazzjonijiet speċifiċi tas-settur tal-ispazju; |
Akkwist
12. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fil-15 ta' Diċembru 2016, l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas dwar l-isfruttar tas-sistema satellitari Galileo matul il-perjodu mill-2017 sal-2027, li jammonta għal EUR 1 500 000 000; jinnota, barra minn hekk, li l-kuntratt ingħata wara li saret proċedura ta' akkwist pubbliku; jirrimarka li wieħed mill-offerenti involuti beda proċedimenti legali biex jikkontesta l-eżitu tal-proċedura; jinnota li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) se tiddeċiedi dwar il-legalità u r-regolarità tal-proċedura ta' akkwist għall-kuntratt qafas u għall-kuntratti speċifiċi relatati u l-pagamenti futuri kollha; jirrimarka li l-proċedura bil-miktub ingħalqet fl-ewwel trimestru tal-2019, li s-seduta ta' smigħ orali kienet mistennija ssir matul it-tieni jew it-tielet trimestru tal-2019, u li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet mistennija tingħata fl-aħħar trimestru tal-2019, iżda li, fit-3 ta' Diċembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja waqqfet il-proċedimenti (Kawża T-99/17) (3); jinnota, mill-analiżi legali tal-Aġenzija dwar il-konsegwenzi ta' annullament potenzjali tad-deċiżjoni tal-għoti, li l-Aġenzija x'aktarx ma tkunx meħtieġa tittermina l-kuntratt iżda minflok tkun meħtieġa tkopri l-ispejjeż legali tar-rikorrent ta' madwar EUR 300 000 kif ukoll id-danni possibbli, li huma msemmija fil-kontijiet annwali tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-iżviluppi f'dan ir-rigward; |
13. |
Jinnota li, wara valutazzjoni interna, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mal-użu tal-proċeduri tal-akkwist elettroniku, ġie konkluż li l-modulu ta' sottomissjoni elettronika fl-istadju kurrenti tal-iżvilupp ma indirizzax il-ħtiġijiet kumplessi ta' akkwist tal-Aġenzija, u li għalissa ġie deċiż li l-offerti ma jsirux elettronikament; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward; |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza
14. |
Jinnota li persuna li qabel kienet uffiċjal ta' livell għoli tokkupa rwol konsultattiv fl-ambitu tal-Inizjattiva għall-anzjani attiva, mingħajr emolumenti finanzjarji; |
15. |
Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mad-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-pubblikazzjoni tas-CVs tal-amministrazzjoni għolja tal-Aġenzija, li għall-President u l-Viċi President tal-bord amministrattiv tal-Aġenzija d-dikjarazzjonijiet ta' interess biss jiġu ppubblikati fis-sit web tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija biħsiebha tipproċedi bil-pubblikazzjoni fis-sit web tagħha tas-CVs tal-membri tal-bord amministrattiv wara l-kunsiderazzjoni dovuta tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali; |
16. |
Jiddispjaċih li s-CVs tal-membri tal-bord amministrattiv għadhom ma ġewx ippubblikati fis-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijet meħuda f'dan ir-rigward; |
17. |
Jinnota li l-Aġenzija, f'Ġunju 2018, adottat politika interna dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; |
18. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar "it-Tmexxija tal-IT fil-GSA" u li l-Aġenzija fasslet pjan ta' azzjoni biex tindirizza xi oqsma potenzjali għal titjib; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward; |
Kummenti oħra
19. |
Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mal-impenn tal-Aġenzija li timminimizza kwalunkwe impatt negattiv mid-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, li l-Aġenzija bagħtet ittri lill-kuntratturi u l-benefiċjarji kollha tal-kuntratti u l-għotjiet affettwati, li tirrikjedi miżuri ta' mitigazzjoni li għandhom jiġu implimentati sa tmiem Ottubru 2019, speċjalment biex jiġi żgurat li l-kuntratturi u s-sottokuntratturi prinċipali ma jkunux entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit u li s-sit ta' riżerva taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo jkun ġie rilokat mir-Renju Unit lejn Spanja; jitlob li l-Aġenzija żżomm l-awtorità ta' kwittanza informata dwar l-eżitu ta' dawk il-miżuri; |
20. |
Jitlob li l-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja; |
21. |
Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 116, 28.3.2018, p. 21.
(2) ĠU C 116, 28.3.2018, p. 22.
(3) ECLI:UE:C:2019:847.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0121.