Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1590

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1590 tad-19 ta’ Awwissu 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-massa tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2016, fl-2017 u fl-2018 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/5606

    ĠU L 360, 30.10.2020, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/1590/oj

    30.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 360/8


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1590

    tad-19 ta’ Awwissu 2020

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-massa tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2016, fl-2017 u fl-2018

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-massa medja tal-flotta tal-UE f’kundizzjoni ta’ sewqan użata għall-fini tal-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 għal kull manifattur ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda, jiġifieri l-valur M0, għandha tiġi aġġustata b’mod regolari biex tqis il-bidliet fil-massa medja tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni.

    (2)

    Abbażi tad-data mogħtija fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/143 (2), (UE) 2019/582 (3) u (UE) 2020/1035 (4), il-massa medja f’kundizzjoni ta’ sewqan ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda fis-snin kalendarji 2016, 2017 u 2018, ponderata skont l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda f’kull waħda minn dawk is-snin, kienet ta’ 1 825,23 kg. Il-valur M0 għas-snin kalendarji 2021, 2022 u 2023, imsemmi fil-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 għandu għalhekk jirrifletti dik il-massa.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fil-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 l-entrata M0 tinbidel b’dan li ġej:

    “M0 hija 1 766,4 fl-2020, 1 825,23 għas-snin 2021, 2022 u 2023, u għall-2024 il-valur adottat skont il-punt (b) tal-Artikolu 14(1)”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/143 tad-19 ta’ Jannar 2018 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżjorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 u l-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2016 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 25, 30.1.2018, p. 49).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/582 tat-3 ta’ April 2019 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2017 u għall-konsorzju Volkswagen inkluż il-membri tiegħu għas-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 11.4.2019, p. 47).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1035 tat-3 ta’ Ġunju 2020 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżjorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2018 skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 227, 16.7.2020, p. 37).


    Top