This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2035R(03)
Corrigendum to Commission Delegated Regulation (EU) 2019/2035 of 28 June 2019 supplementing Regulation (EU) 2016/429 of the European Parliament and of the Council as regards rules for establishments keeping terrestrial animals and hatcheries, and the traceability of certain kept terrestrial animals and hatching eggs (Official Journal of the European Union L 314 of 5 December 2019)
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 314 tal-5 ta’ Diċembru 2019)
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 314 tal-5 ta’ Diċembru 2019)
C/2020/3735
ĠU L 191, 16.6.2020, p. 3–4
(BG, ES, CS, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 191, 16.6.2020, p. 3–3
(HR, LT)
ĠU L 191, 16.6.2020, p. 3–8
(DA)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2035/corrigendum/2020-06-16/oj
16.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/3 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis
( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 314 tal-5 ta’ Diċembru 2019 )
1. |
F’paġna 116, fl-ewwel sentenza tal-premessa 4: |
minflok:
“Filwaqt li jenħtieġ li r-regoli supplimentari stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu applikati għall-annimali terrestri miżmuma kollha, hemm ċerti popolazzjonijiet ta’ żwiemel miżmuma f’kundizzjonijiet fis-selvaġġ jew parzjalment fis-selvaġġ f’żoni definiti fl-Unjoni li ma jiddependux kompletament fuq il-kontroll tal-bniedem għas-sopravivenza u r-riproduzzjoni, u għalhekk ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu applikati għalkollox għal dawk l-annimali.”
aqra:
“Filwaqt li jenħtieġ li r-regoli supplimentari stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu applikati għall-annimali terrestri miżmuma kollha, hemm ċerti popolazzjonijiet ta’ żwiemel miżmuma f’kundizzjonijiet parzjalment fis-selvaġġ f’żoni definiti fl-Unjoni li ma jiddependux kompletament fuq il-kontroll tal-bniedem għas-sopravivenza u r-riproduzzjoni, u għalhekk ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu applikati għalkollox għal dawk l-annimali.”.
2. |
F’paġna 125, fil-punt (37) tal-Artikolu 2: |
minflok:
“(37) |
‘qatgħa’ tfisser it-tjur u l-għasafar miżmuma kollha tal-istess status ta’ saħħa li jinżammu fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; it-tjur miżmuma f’bini jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-arja.” |
aqra:
“(37) |
‘qatgħa’ tfisser it-tjur u l-għasafar miżmuma kollha tal-istess status ta’ saħħa li jinżammu fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; it-tjur miżmuma f’bini, dan jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-arja.”. |
3. |
F’paġna 129, fil-punt (a) tal-Artikolu 15: |
minflok:
“(a) |
jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu l-ispezzjonijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment jew f’laboratorju;” |
aqra:
“(a) |
jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu l-eżaminazzjonijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment jew f’laboratorju;”. |
4. |
F’paġna 130, fil-punt (a) tal-Artikolu 17: |
minflok:
“(a) |
jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu l-ispezzjonijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment jew f’laboratorju;” |
aqra:
“(a) |
jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu l-eżaminazzjonijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment jew f’laboratorju;”. |
5. |
F’paġna 146, fil-frażi introduttorja tal-Artikolu 61(1): |
minflok:
“1. |
B’deroga mill-Artikolu 58(2)(a), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ metodu ta’ identifikazzjoni ssimplifikat għall-annimali ekwini li jkunu maħsuba biex jintbagħtu lejn il-biċċerija li għalih ma nħareġ l-ebda dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja skont l-Artikolu 67(1), dment li:” |
aqra:
“1. |
B’deroga mill-Artikolu 58(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ metodu ta’ identifikazzjoni ssimplifikat għall-annimali ekwini li jkunu maħsuba biex jintbagħtu lejn il-biċċerija li għalih ma nħareġ l-ebda dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja skont il-punt (a) tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, dment li:”. |
6. |
F’paġna 146, fl-Artikolu 61(2): |
minflok:
“2. |
B’deroga mill-Artikolu 58(2)(a), l-awtorità kompetenti għandha, fuq talba mill-operatur tal-annimal ekwin, toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni temporanju għall-perjodu ta’ żmien meta d-dokument tal-identifikazzjoni maħruġ skont l-Artikolu 67(1) jkun ċedut lil dik l-awtorità kompetenti sabiex taġġorna d-dettalji tal-identifikazzjoni f’dak id-dokument.” |
aqra:
“2. |
B’deroga mill-Artikolu 58(1)(b), l-awtorità kompetenti għandha, fuq talba mill-operatur tal-annimal ekwin, toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni temporanju għall-perjodu ta’ żmien meta d-dokument tal-identifikazzjoni maħruġ skont l-Artikolu 110(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew l-Artikolu 67 jew l-Artikolu 68 ta’ dan ir-Regolament ikun ċedut lil dik l-awtorità kompetenti sabiex taġġorna d-dettalji tal-identifikazzjoni f’dak id-dokument.”. |