This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0895
Council Decision (EU) 2019/895 of 22 May 2019 on the position to be taken on behalf of the European Union in the ACP-EU Council of Ministers as regards the delegation of powers to the ACP-EU Committee of Ambassadors on the decision to adopt transitional measures pursuant to Article 95(4) of the ACP-EU Partnership Agreement
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/895 tat-22 ta' Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fir-rigward tad-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/895 tat-22 ta' Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fir-rigward tad-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE
ST/9446/2019/INIT
ĠU L 142, 29.5.2019, p. 67–68
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/895
tat-22 ta' Mejju 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fir-rigward tad-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn banda waħda u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”), ġie ffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000. Il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2003 u għandu jiġi applikat sad-29 ta' Frar 2020. |
(2) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, in-negozjati lejn Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ġdid tnedew f'Settembru 2018. Huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali f'każ li l-Ftehim il-ġdid ma jkunx lest biex jiġi applikat sad-data tal-iskadenza tal-qafas ġuridiku attwali. |
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri jadotta kwalunkwe miżura tranżizzjonali li tista' tkun meħtieġa sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid. |
(4) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jista' jadotta deċiżjoni biex jiddelega setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, inkluża s-setgħa li tiġi adottata deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali. |
(5) |
Il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandu jkollu l-laqgħa ordinarja tiegħu fit-23 u fl-24 ta' Mejju 2019 fi Brussell. Il-miżuri tranżizzjonali ma ġewx miftiehma u għalhekk ma jistgħux jiġu adottati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fil-laqgħa ordinarja tiegħu. Peress li mhumiex previsti aktar laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE qabel ma jiskadi l-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjoni dwar il-miżuri tranżizzjonali tittieħed fil-waqt, huwa meħtieġ li d-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE tiġi ddelegata lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE. |
(6) |
Matul l-44 sessjoni tiegħu, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandu jadotta deċiżjoni li tiddelega s-setgħat biex jiġu adottati miżuri tranżizzjonali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (“l-att previst”). |
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, billi l-att previst huwa vinkolanti fuq l-Unjoni. |
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni li tapprova l-att previst fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jenħtieġ li tiġi stabbilita f'din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fl-44 sessjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandha tkun li tapprova d-delega ta' setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, f'konformità mal-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, dwar id-deċiżjoni li tiġi adottata, skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, kwalunkwe miżura tranżizzjonali li tista' tkun meħtieġa sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
C.B. MATEI