Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1589

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1589 tal-15 ta' Ottubru 2018 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ST/12570/2018/INIT

    ĠU L 264, 23.10.2018, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1589/oj

    23.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 264/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1589

    tal-15 ta' Ottubru 2018

    li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Filwaqt li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Estonjan,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fl-4 ta' Settembru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1510 (4), is-Sur Mart VÕRKLAEV ġie sostitwit mis-Sur Juri GOTMANS bħala membru supplenti.

    (2)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Georg LINKOV, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (3)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sur Juri GOTMANS (Mayor of Haanja Municipality) ġie propost,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huma b'dan maħtura membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

    is-Sur Priit VÄRK, Mayor of Paide,

    is-Sur Juri GOTMANS, Member of Võru Town Council (bidla fil-mandat).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ottubru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. KÖSTINGER


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1510 tal-4 ta' Settembru 2015 li taħtar membru Estonjan u membru supplenti Estonjan fil-Kumitat tar-Reġjuni. (ĠU L 236, 10.9.2015, p. 8)


    Top