This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2423
Council Decision (EU) 2017/2423 of 11 December 2017 on the position to be adopted, on behalf of the European Union, within the EU-Turkey Association Council as regards the amendment of Protocol 2 to Decision No 1/98 of the EC-Turkey Association Council on the trade regime for agricultural products
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2423 tal-11 ta' Diċembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2423 tal-11 ta' Diċembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli
ĠU L 343, 22.12.2017, p. 67–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2423
tal-11 ta' Diċembru 2017
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (1) (“il-Ftehim”) għandu l-għan li jippromwovi t-tisħiħ kontinwu u ekwilibrat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn l-Unjoni u t-Turkija, u jistabbilixxi Kunsill ta' Assoċjazzjoni biex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-iżvilupp b'mod progressiv tal-Assoċjazzjoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċazzjoni KE-Turkija (2) tistabbilixxi s-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli. Il-Protokoll 2 ta' dik id-Deċiżjoni jinkludi dettalji dwar is-sistema preferenzjali applikabbli għall-importazzjoni lejn it-Turkija ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Unjoni, inkluża sistema preferenzjali għall-importazzjoni ta' laħam iffriżat tal-bovini. |
(3) |
L-Unjoni u t-Turkija wettqu konsultazzjonijiet u qablu li jemendaw is-sistema preferenzjali applikabbli għall-importazzjoni lejn it-Turkija ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Unjoni, u li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-kwoti tariffarji eżistenti stabbiliti fl-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 għal-laħam frisk u mkessaħ tal-bovini. |
(4) |
Skont l-Artikolu 35 tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim (3), il-kamp ta' applikazzjoni tat-trattament preferenzjali li l-Unjoni u t-Turkija jagħtu lil xulxin b'mod reċiproku jista' jiġi emendat b'Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. |
(5) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija għandha għaldaqstant tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
S. KIISLER
(1) Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat f'Ankara fit-12 ta' Settembru 1963 (ĠU 217, 29.12.1964, p. 3687).
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli (98/223/KE) (ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1).
(3) Il-Protokoll Addizzjonali ffirmat fit-23 ta' Novembru 1970, anness mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (ĠU L 293, 29.12.1972, p. 3).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI TURKIJA
ta' …
li temenda l-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-TURKIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (1),
Wara li kkunsidra l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,
Billi,
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija (3) tistabbilixxi s-sistema preferenzjali applikabbli għall-kummerċ fi prodotti agrikoli bejn l-Unjoni u t-Turkija. Il-Protokoll 2 ta' dik id-Deċiżjoni jinkludi dettalji dwar is-sistema preferenzjali applikabbli għall-importazzjoni lejn it-Turkija ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Unjoni, inkluża sistema preferenzjali għall-importazzjoni ta' laħam iffriżat tal-bovini. |
(2) |
L-Unjoni u t-Turkija wettqu konsultazzjonijiet u qablu li jemendaw is-sistema preferenzjali applikabbli għall-importazzjoni lejn it-Turkija ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Unjoni, u li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-kwoti tariffarji eżistenti, stabbiliti fl-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98, għal-laħam frisk u mkessaħ tal-bovini. |
(3) |
Għalhekk, il-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija għandu jiġi emendat skont dan, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija
Il-President
(1) ĠU UE 217, 29.12.1964, p. 3687.
(2) ĠU UE L 293, 29.12.1972, p. 3.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli (98/223/KE) (ĠU UE L 86, 20.3.1998, p. 1).
ANNESS
L-entrati għall-kodiċi NM 0202 20 fl-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 jinbidlu b'dan li ġej:
“Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Tnaqqis tad-dazju MFN (%) |
Kwota tariffarja (piż nett f'tunnellati) |
0201 20 0202 20 |
Qatgħat oħra ta' laħam tal-bovini, bl-għadma, friski jew imkessħa, jew iffriżati |
Tnaqqis ta' 50 % b'dazju massimu ta' 30 % |
5 000 |
0201 20 0202 20 |
Qatgħat oħra ta' laħam tal-bovini, bl-għadma, friski jew imkessħa, jew iffriżati |
Tnaqqis ta' 30 % b'dazju massimu ta' 43 % |
14 100 ”. |