This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2417
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/2417 of 17 November 2017 supplementing Regulation (EU) No 600/2014 of the European Parliament and of the Council on markets in financial instruments with regard to regulatory technical standards on the trading obligation for certain derivatives (Text with EEA relevance. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2417 tas-17 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji u dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2417 tas-17 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji u dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7684
ĠU L 343, 22.12.2017, p. 48–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/05/2022
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/48 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2417
tas-17 ta' Novembru 2017
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji u dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jipprovdi għal obbligu ta' negozjar f'suq regolat, f'faċilità multilaterali tan-negozjar, f'faċilità organizzata tan-negozjar jew f'ċentru tan-negozjar ekwivalenti ta' pajjiż terz għal ċerti klassijiet ta' derivattivi, jew subsett relevanti tagħhom, li ġew iddikjarati soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Dak l-obbligu tan-negozjar jeħtieġ li japplika biss għal derivattivi li huma suffiċjentement likwidi u disponibbli għan-negozjar tal-inqas f'ċentru tan-negozjar wieħed. |
(2) |
Għal derivattivi tar-rati tal-imgħax soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, il-likwidità hija kkonċentrata f'kuntratti tad-derivattivi li għandhom l-aktar karatteristiċi standardizzati. Dawk il-karatteristiċi jenħtieġ għalhekk li jiġu kkonsidrati meta jiġu stabbiliti klassijiet ta' derivattivii soġġetti għall-obbligu tan-negozjar. |
(3) |
Bl-istess mod, il-likwidità f'derivattivi tar-rati tal-imgħax soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar hija kkonċentrata f'kuntratti tad-derivattivi li għandhom ċerti maturitajiet referenzjarji. Għalhekk huwa xieraq li jiġi limitat l-obbligu ta' negozjar għad-derivattivi ma' dawk il-maturitajiet referenzjarji. Sabiex issir distinzjoni bejn kuntratti tad-derivattivi li jibdew immedjatament wara l-eżekuzzjoni tan-negozju minn kuntratti tad-derivattivi li jibdew f'data stabbilita minn qabel fil-futur, il-maturità ta' kuntratt jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi tad-data effettiva li fiha jidħlu fis-seħħ l-obbligi skont il-kuntratt. Madankollu, sabiex jittieħed kont adegwat tax-xejra tal-likwidità tad-derivattivi u sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tal-obbligu tan-negozjar, huwa importanti li ma jintużawx maturitajiet referenzjarji bħala limiti stretti iżda pjuttost bħala punti ta' referenza għal intervalli mmirati. |
(4) |
Għal derivattivi tal-kreditu, għal dak li għandu x'jaqsam maż-żewġ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, il-likwidità hija kkonċentrata fis-serje on-the-run attwali u l-aħħar serje off-the-run. Għalhekk huwa xieraq li tiġi limitata l-applikazzjoni tal-obbligu ta' negozjar għad-derivattivi li jappartjenu għal dawk is-serje biss. |
(5) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 (3) (derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC) u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 (4) (derivattivi ta' kreditu OTC) jidentifikaw erba' kategoriji ta' kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu tal-ikklerjar. Sabiex takkomoda l-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull kategorija ta' kontroparti, f'dawk ir-Regolamenti Delegati ġiet stipulata wkoll applikazzjoni gradwali ta' dak l-obbligu tal-ikklerjar. Minħabba r-rabta bejn l-obbligu tal-ikklerjar u l-obbligu ta' negozjar, l-obbligu tan-negozjar għal kull kategorija ta' kontroparti jenħtieġ li jidħol fis-seħħ biss ladarba l-obbligu tal-ikklerjar għal dik il-kategorija jkun diġà daħal fis-seħħ. |
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
(7) |
Dan ir-Regolament huwa adottat fuq il-bażi tal-fatti, u b'mod partikolari l-likwidità prevalenti, fil-mument tal-adozzjoni tiegħu u se jiġu rieżaminat u emendat kif xieraq skont l-iżviluppi tas-suq. |
(8) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(9) |
Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, dan ir-Regolament jentieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti u japplika minn dik l-istess data bħad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Derivattivi soġġetti għall-obbligu ta' negozjar
Id-derivattivi mniżżla fl-Anness għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
Derivattiva msemmija fit-Tabella 1, it-Tabella 2 u t-Tabella 3 tal-Anness għandha tiġi meqjusa li jkollha maturità ta' 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12, 15, 20 jew 30 sena meta l-perjodu ta' żmien bejn id-data li fiha l-obbligi taħt dak il-kuntratt jidħlu fis-seħħ u d-data tat-terminazzjoni tal-imsemmi kuntratt ikun ugwali għal wieħed minn dawk il-perjodi, biż-żieda jew bit-tnaqqis ta' ħamest ijiem.
Artikolu 2
Id-dati li minnhom jibda l-obbligu tan-negozjar
L-obbligu ta' negozjar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu, għal kull kategorija ta' kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 u l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592, jidħol fis-seħħ fl-aħħar waħda mid-dati li ġejjin:
(a) |
it-3 ta' Jannar 2018; |
(b) |
id-data msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/2205 jew l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592 għal dik il-kategorija ta' kontropartijiet. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS
Derivattivi soġġetti għall-obbligu ta' negozjar
Tabella 1
Swaps tar-rati tal-imgħax fixed-to-float denominati f'EUR
Swaps tar-rati tal-imgħax tal-munita unika fixed-to-float — f'EUR EURIBOR 3 u 6M |
||
Il-munita tas-saldu |
EUR |
EUR |
It-tip tal-bidu tan-negozjar |
Spot (T+2) |
Spot (T+2) |
Opzjonalità |
Le |
Le |
Il-perjodu ta' maturità |
2,3,4,5,6,7,8,9,10,12,15,20,30S |
2,3,4,5,6,7,10,15,20,30S |
Tip Nozzjonali |
Kostanti Nozzjonali |
Kostanti Nozzjonali |
Il-komponent fiss |
||
Frekwenza tal-pagament |
Annwali jew semi-annwali |
Annwali jew semi-annwali |
Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem |
30/360 jew Propja/360 |
30/360 jew Propja/360 |
Il-komponent varjabbli |
||
Indiċi ta' referenza |
EURIBOR 6M |
EURIBOR 3M |
Frekwenza ta' bidu mill-ġdid |
Kull sitt xhur jew kull tliet xhur |
Kull tliet xhur |
Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem |
Propja/360 |
Propja/360 |
Tabella 2
Swaps tar-rati tal-imgħax fixed-to float denominati f'USD
Swaps tar-rati tal-imgħax tal-munita unika fixed-to-float — f'USD LIBOR 3M |
||
Il-munita tas-saldu |
USD |
USD |
It-tip tal-bidu tan-negozjar |
Spot (T+2) |
IMM (iż-żewġ dati tal-IMM li jmiss) |
Opzjonalità |
Le |
Le |
Il-perjodu ta' maturità |
2,3,4,5, 6,7,10,12,15,20,30S |
2,3,4,5,6,7,10,12,15,20,30S |
Tip Nozzjonali |
Kostanti Nozzjonali |
Kostanti Nozzjonali |
Il-komponent fiss |
||
Frekwenza tal-pagament |
Annwali jew semi-annwali |
Annwali jew semi-annwali |
Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem |
30/360 jew Propja/360 |
30/360 jew Propja/360 |
Il-komponent varjabbli |
||
Indiċi ta' referenza |
USD LIBOR 3M |
USD LIBOR 3M |
Frekwenza ta' bidu mill-ġdid |
Kull tliet xhur |
Kull tliet xhur |
Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem |
Propja/360 |
Propja/360 |
Swaps tar-rati tal-imgħax tal-munita unika fixed-to-float — f'USD LIBOR 6M |
||
Il-munita tas-saldu |
USD |
USD |
It-tip tal-bidu tan-negozjar |
Spot (T+2) |
IMM (iż-żewġ dati tal-IMM li jmiss) |
Opzjonalità |
Le |
Le |
Il-perjodu ta' maturità |
2,3,4,5, 6,7,10,12,15,20,30S |
2,3,4,5,6,7,10,12,15,20,30S |
Tip Nozzjonali |
Kostanti Nozzjonali |
Kostanti Nozzjonali |
Il-komponent fiss |
||
Frekwenza tal-pagament |
Annwali jew semi-annwali |
Annwali jew semi-annwali |
Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem |
30/360 jew Propja/360 |
30/360 jew Propja/360 |
Il-komponent varjabbli |
||
Indiċi ta' referenza |
USD LIBOR 6M |
USD LIBOR 6M |
Frekwenza ta' bidu mill-ġdid |
Annwali jew semi-annwali |
Annwali jew semi-annwali |
Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem |
Propja/360 |
Propja/360 |
Tabella 3
Swaps tar-rati tal-imgħax fixed-to float denominati f'GBP
Swaps tar-rati tal-imgħax tal-munita unika fixed-to-float — BP LIBOR 3 u 6M |
||
Il-munita tas-saldu |
GBP |
GBP |
It-tip tal-bidu tan-negozjar |
Spot (T+0) |
Spot (T+0) |
Opzjonalità |
Le |
Le |
Il-perjodu ta' maturità |
2,3,4,5,6,7,10,15,20,30S |
2,3,4,5,6,7,10,15,20,30S |
Tip Nozzjonali |
Kostanti Nozzjonali |
Kostanti Nozzjonali |
Il-komponent fiss |
||
Frekwenza tal-pagament |
Annwali jew semi-annwali |
Annwali jew semi-annwali |
Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem |
Propja/365F |
Propja/365F |
Il-komponent varjabbli |
||
Indiċi ta' referenza |
GBP LIBOR 6M |
GBP LIBOR 3M |
Frekwenza ta' bidu mill-ġdid |
Kull sitt xhur jew kull tliet xhur |
Kull tliet xhur |
Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem |
Propja/365F |
Propja/365F |
Tabella 4
Indiċi tas-CDS
Tip |
Tip sekondarju |
Żona ġeografika |
Indiċi ta' referenza |
Munita tas-Saldu |
Serje |
Il-perjodu ta' maturità |
Indiċi tas-CDS |
Indiċi mhux segmentat |
Ewropa |
iTraxx Europe Main |
EUR |
serje on-the-run l-ewwel serje off-the-run |
5s |
Indiċi tas-CDS |
Indiċi mhux segmentat |
Ewropa |
iTraxx Europe Crossover |
EUR |
serje on-the-run l-ewwel serje off-the-run |
5s |