This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2414
Council Decision (EU) 2017/2414 of 25 September 2017 on the conclusion, on behalf of the Union, of the Framework Agreement on Partnership and Cooperation between the European Union and its Member States, of the one part, and the Republic of the Philippines, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2414 tal-25 ta' Settembru 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2414 tal-25 ta' Settembru 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra
ĠU L 343, 22.12.2017, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2414
tal-25 ta' Settembru 2017
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/272/UE (2), il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-11 ta' Lulju 2012, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
(2) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini min-naħa l-oħra, huwa b'hekk approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà għandu jippresjedi l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 48 tal-Ftehim.
L-Unjoni jew, kif jista' jkun il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika provdutafl-Artikolu 57(1) tal-Ftehim (3).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) Kunsens tat-8 ta' Ġunju 2016 (għadu mhuwiex ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/272/UE tal-14 ta' Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (ĠU L 134, 24.5.2012, p. 3).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.