Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0659R(01)

    Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/659 tas-6 ta' April 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/141 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan (ĠU L 94, 7.4.2017)

    C/2017/7654

    ĠU L 304, 21.11.2017, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/659/corrigendum/2017-11-21/oj

    21.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 304/69


    Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/659 tas-6 ta' April 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/141 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 94 tas-7 ta' April 2017 )

    F'paġna 9, fl-Artikolu 1, it-test li jissostitwixxi l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141,

    minflok:

    “1.   Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi u ta'pajpijiet, iwweldjati tarf ma' tarf, ta' gradi ta' azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondu għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħra, bl-ikbar dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm u ħxuna tal-ħitan ta' 16-il mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-finitura tal-wiċċ ta' mhux anqas minn 0,8 mikrometru, bit-truf mhux forma ta' flanġijiet, lesti jew le, li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan. Il-prodott jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10 u ex 7307 23 90 (Kodiċijiet Taric 7307231015, 7307231025, 7307239015, 7307239025).”,

    aqra:

    “1.   Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi u ta' pajpijiet, iwweldjati tarf ma' tarf, ta' gradi ta' azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondu għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħra, bl-ikbar dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm u ħxuna tal-ħitan ta' 16-il mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-wiċċ tan-naħa ta' ġewwa ta' mhux anqas minn 0,8 mikrometru, bit-truf mhux forma ta' flanġijiet, lesti jew le, li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan. Il-prodott jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10 u ex 7307 23 90 (Kodiċijiet Taric 7307231015, 7307231025, 7307239015, 7307239025).”.


    Top