Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2161

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2161 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

    ĠU L 304, 21.11.2017, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2161/oj

    21.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 304/48


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2161

    tal-20 ta' Novembru 2017

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine).

    (2)

    Fit-3 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2249 (2), li testendi l-mandat sat-30 ta' Novembru 2017 u biex l-EUAM Ukraine tingħata ammont ta' referenza finanzjarja sat-30 ta' Novembru 2016.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/712 (3) adattat l-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sat-30 ta' Novembru 2016, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2083 (4) pprevediet ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-30 ta' Novembru 2017.

    (4)

    Jenħtieġ li wara r-Reviżjoni Strateġika tal-2017, l-EUAM Ukraine tiġi estiża sal-31 ta' Mejju 2019.

    (5)

    Jenħtieġ li jiġi previst ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Mejju 2019.

    (6)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/486/PESK tiġi emendata skont dan.

    (7)

    L-EUAM Ukraine ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine sat-30 ta' Novembru 2014 għandu jkun ta' EUR 2 680 000.

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2015 għandu jkun ta' EUR 13 100 000.

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 670 000.

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-30 ta' Novembru 2017 għandu jkun ta' EUR 20 800 000.

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Mejju 2019 għandu jkun ta' EUR 31 956 069,20.

    L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.

    (2)

    fl-Artikolu 19, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Għandha tapplika sal-31 ta' Mejju 2019.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta' Diċembru 2017.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. REPS


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat- 22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 tat-3 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 38).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/712 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 125, 13.5.2016, p. 11).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2083 tat-28 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 55).


    Top