Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2160

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2160 tal-20 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward ta' ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/7598

    ĠU L 304, 21.11.2017, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1770

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2160/oj

    21.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 304/47


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2160

    tal-20 ta' Novembru 2017

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward ta' ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta' interoperabilità) (1), u partikolarment l-Artikolu 3(5) tiegħu;

    Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

    Billi:

    (1)

    Il-Punt 3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 (2) jirreferi għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Proċeduri tal-ICAO għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM, id-Dok. 4444), u b'mod aktar speċifiku għall-15-il edizzjoni tal-2007 li tinkorpora l-Emenda 6. Fl-10 ta' Novembru 2016, l-ICAO emendat id-Dokument 4444, biex jinkorpora l-Emenda Nru 7 A.

    (2)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-referenzi fir-Regolament (UE) Nru 1079/2012 għad-Dokument 4444 jiġu aġġornati sabiex iqisu dawk l-emendi, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom u jiżguraw il-konsistenza mal-qafas regolatorju internazzjonali tal-ICAO.

    (3)

    Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “3.

    It-Taqsima 12.3.1.5 ‘8.33 kHz channel spacing’ tad-Dokument 4444 tal-PANS-ATM tal-ICAO (is-16-il Edizzjoni — 2016, li tinkorpora l-Emenda Nru 7 A).”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14).


    Top