This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1133
Council Regulation (EU) 2017/1133 of 20 June 2017 amending Regulation (EU) No 1388/2013 opening and providing for the management of autonomous tariff quotas of the Union for certain agricultural and industrial products
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1133 tal-20 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1133 tal-20 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
ĠU L 164, 27.6.2017, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2283
27.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1133
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Biex ikun żgurat il-forniment suffiċjenti u bla waqfien ta' ċerti prodotti li ma jiġux immanifatturati biżżejjed fl-Unjoni u biex jiġi evitat kull tfixkil fis-suq ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (1). Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b'rati ta' dazju mnaqqsa jew ta' dazju żero. Minħabba dawk ir-raġunijiet, hemm bżonn li b'effett mill-1 ta' Lulju 2017 jinfetħu kwoti tariffarji b'rati ta' dazju żero għal volum xieraq fir-rigward ta' seba' prodotti ġodda. |
(2) |
Fil-każ ta' ħames prodotti addizzjonali, il-volumi tal-kwoti tariffarji jenħtieġ li jiżdiedu billi din iż-żieda hija fl-interess tal-operaturi ekonomiċi u tal-Unjoni. |
(3) |
Barra minn hekk, għal prodott wieħed, iż-żieda fil-volum tal-kwota tariffarja jenħtieġ li tapplika biss għat-tieni nofs tas-sena 2017, filwaqt li l-kwota tariffarja eżistenti għal dak il-prodott tingħata d-data tat-tmiem tal-31 ta' Diċembru 2017. |
(4) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Peress li l-bidliet li jirrigwardaw il-kwoti tariffarji għall-prodotti kkonċernati previsti f'dan ir-Regolament iridu japplikaw mill-1 ta' Lulju 2017, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2828, 09.2842, 09.2844, 09.2846, 09.2848, 09.2850, 09.2868 u 09.2870 stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet tan- NM indikati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013; |
(2) |
ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tas-serje 09.2629, 09.2658, 09.2668, 09.2669, 09.2687 u 09.2860 huma sostitwiti bir-ringieli stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
H. DALLI
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).
ANNESS I
Nru tal-Ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perijodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Il-kwota tad-dazji (%) |
||||||||||
“09.2828 |
2712 20 90 |
|
Xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż |
1.7-31.12 |
60 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||
09.2842 |
2932 12 00 |
|
2-Furaldeide (furfuraldeide) |
1.7-31.12 |
5 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||
09.2844 |
ex 3824 99 92 |
71 |
Taħlitiet li fihom f'piż:
|
1.7-31.12 |
3 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||
09.2846 |
ex 3907 40 00 |
25 |
Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew bċejjeċ żgħar, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2) |
1.7-31.12 |
800 tunnellata |
0 % |
||||||||||
09.2848 |
ex 5505 10 10 |
10 |
Fdal ta' fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal “garnetted”) ta' najlon jew ta' poliammidi oħra (PA6 u PA66) |
1.7-31.12 |
5 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||
09.2870 |
ex 7019 40 00 |
60 |
Drapp tal-fibra tal-ħġieġ E:
li jintuża fil-manifatturar tal-pjastri, r-rollijiet u l-laminati prepreg biex jiġu prodotti ċ-ċirkwiti stampati li jintużaw fl-industrija tal-vetturi bil-mutur (2) |
1.7-31.12 |
3 000 km |
0 % |
||||||||||
ex 7019 52 00 |
20 |
|||||||||||||||
09.2850 |
ex 8414 90 00 |
70 |
Rota tal-kompressur ta' liga tal-aluminju:
għall-użu fil-manifattura ta' magni bil-kombustjoni (2) |
1.7-31.12 |
2 950 000 biċċa |
0 % |
||||||||||
09.2868 |
ex 8714 10 90 |
60 |
Pistuni għal sistemi ta' sospensjoni, b'dijametru ta' mhux aktar minn 55 mm, tal-azzar sinterizzat |
1.7-31.12 |
1 000 000 biċċa |
0 %” |
ANNESS II
Nru tal-Ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perijodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Il-kwota tad-dazji (%) |
“09.2860 |
ex 2933 69 80 |
30 |
1,3,5-Tris[3-(dimethylamino)propyl]hexahydro-1,3,5-triazine (CAS RN 15875-13-5) |
1.1-31.12 |
600 tunnellata |
0 % |
09.2658 |
ex 2933 99 80 |
73 |
5-(Acetoacetylamino)benzimidazolone (CAS RN 26576-46-5) |
1.1-31.12 |
400 tunnellata |
0 % |
09.2687 |
ex 3907 40 00 |
25 |
Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew bċejjeċ żgħar, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2) |
1.1-31.12.2017 |
400 tunnellata |
0 % |
09.2629 |
ex 8302 49 00 |
91 |
Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (2) |
1.1-31.12 |
1 500 000 biċċa |
0 % |
09.2668 |
ex 8714 91 10 |
21 |
Qafas ta' biċikletta, mibni mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħ, mogħti l-verniċ u/jew illostrat, biex jintuża għall-manifattura tar-roti (2) |
1.1-31.12 |
350 000 biċċa |
0 % |
ex 8714 91 10 |
31 |
|||||
09.2669 |
ex 8714 91 30 |
21 |
Furketta ta' quddiem ta' biċikletta, magħmula mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħa, mogħtija l-verniċ u/jew illostrata, għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti (2) |
1.1-31.12 |
270 000 biċċa |
0 %” |
ex 8714 91 30 |
31 |