This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017L1011
Commission Delegated Directive (EU) 2017/1011 of 15 March 2017 amending, for the purposes of adapting to technical progress, Annex III to Directive 2011/65/EU of the European Parliament and of the Council as regards an exemption for lead in white glasses used for optical applications (Text with EEA relevance. )
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1011 tal-15 ta' Marzu 2017 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1011 tal-15 ta' Marzu 2017 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/1527
ĠU L 153, 16.6.2017, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/25 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1011
tal-15 ta' Marzu 2017
li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
(2) |
Il-ħġieġ b'bażi ta' ċomb jintuża peress li għandu kombinazzjonijiet uniċi ta' proprjetajiet u karatteristiċi, bħall-prestazzjoni tat-trażmissjoni tad-dawl, id-dispersjoni ottika, il-konduttività termali, il-birefrazzjoni u oħrajn. |
(3) |
Il-ħġieġ ottiku mingħajr ċomb ta' disinni alternattivi jeżisti fil-forma ta' ħġieġ mingħajr ċomb, lentijiet tal-plastik u tagħmir b'disinn alternattiv. Madankollu, dawk l-alternattivi ma jistgħux jipprevedu bosta karatteristiċi u l-kombinazzjonijiet tagħhom meta mqabbel mal-ħġieġ b'bażi ta' ċomb. |
(4) |
F'każijiet fejn is-sejba ta' sostituti kienet relattivament sempliċi, dan diġà seħħ u qed jintużaw is-sostituti. L-alternattivi għall-applikazzjonijiet li fadal għadhom mhumiex disponibbli. Għalhekk is-sostituzzjoni għall-medda sħiħa tal-applikazzjonijiet mhijiex possibbli b'mod ġenerali. Iċ-ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi jenħtieġ għalhekk li jiġi eżentat sal-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u għall-kategorija 10. Minħabba ċ-ċikli ta' innovazzjoni ta' dawn it-tipi ta' applikazzjonijiet ottiċi, id-durata ta' din l-eżenzjoni mhux mistennija jkollha impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. |
(5) |
Id-Direttiva 2011/65/UE jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-6 ta' Lulju 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Lulju 2018.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
ANNESS
Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 13(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“13(a) |
Iċ-ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi |
Tapplika għall-kategoriji kollha; tiskadi:
|