Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0153

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/153 tas-27 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

    ĠU L 23, 28.1.2017, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/153/oj

    28.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 23/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/153

    tas-27 ta' Jannar 2017

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

    (2)

    Il-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK japplikaw sal-31 ta' Jannar 2017. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta' Jannar 2018. Barra minn hekk jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni identifikattiva rigward żewġ persuni fuq il-lista.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2018. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

    (2)

    L-Anness huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. SCICLUNA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta' Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).


    ANNESS

    L-entrati għall-persuni li ġejjin li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    “27.

    Sirine (Cyrine) Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

    Tuneżina, twieldet f'Le Bardo, fil-21 ta' Awwissu 1971, bint Naïma EL KEFI, miżżewġa lil Mohamed Marwan MABROUK, detentur tal-NIC Nru 05409131.

    Detentriċi ta' Passaport Tuneżin Nru x599070 maħruġ f'Novembru 2016 u li jiskadi fil-21.11.2021.

    Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f'misapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil persuna terza u jikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' kariga pubblika bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

    28.

    Mohamed Marwan Ben Ali Ben Mohamed MABROUK

    Tuneżin, twieled f'Tuneż fil-11 ta' Marzu 1972, iben Jaouida El BEJI, miżżewweġ lil Sirine BEN ALI, CEO, jirresjedi fi 8 rue du Commandant Béjaoui — Carthage — Tuneż, detentur tal-NIC Nru 04766495. Detentur ta' Passaport Franċiż Nru 11CK51319 li jiskadi fl-1.8.2021.

    Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f'misapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil persuna terza u jikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' kariga pubblika bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.”


    Top