This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2242
Commission Implementing Decision (EU) 2016/2242 of 9 December 2016 providing for the temporary marketing of seed of Hordeum vulgare L. variety Scrabble, not satisfying the requirements of Council Directive 66/402/EEC (notified under document C(2016) 8106) (Text with EEA relevance )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2242 tad-9 ta' Diċembru 2016 li tistipula l-kummerċjalizzazzjoni temporanja ta' żerriegħa tal-varjetà ta' Hordeum vulgare L. Scrabble, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (notifikata bid-dokument C(2016) 8106) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2242 tad-9 ta' Diċembru 2016 li tistipula l-kummerċjalizzazzjoni temporanja ta' żerriegħa tal-varjetà ta' Hordeum vulgare L. Scrabble, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (notifikata bid-dokument C(2016) 8106) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
C/2016/8106
ĠU L 337, 13.12.2016, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 337/22 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2242
tad-9 ta' Diċembru 2016
li tistipula l-kummerċjalizzazzjoni temporanja ta' żerriegħa tal-varjetà ta' Hordeum vulgare L. Scrabble, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE
(notifikata bid-dokument C(2016) 8106)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fi Spanja l-kwantità ta' żerriegħa ċċertifikata disponibbli tat-tieni ġenerazzjoni ta' Hordeum vulgare L. li tissodisfa l-kundizzjoni tal-punt 1(A) tal-Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE fir-rigward tal-purità minima taż-żerriegħa hija insuffiċjenti minħabba l-problemi li seħħew matul il-proċess tal-produzzjoni tas-sena li għaddiet u għalhekk mhijiex xierqa biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' dak l-Istat Membru. |
(2) |
Id-domanda għal din iż-żerriegħa ma tistax tiġi sodisfatta miż-żerriegħa minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi, li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-Direttiva 66/402/KEE. |
(3) |
Konsegwentement, Spanja għandha tiġi awtorizzata li tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' dik il-varjetà soġġetta għal ħtiġijiet inqas stretti. |
(4) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri l-oħra li jinsabu f'pożizzjoni li jipprovdu lil Spanja b'żerriegħa ta' dik il-varjetà, irrispettivament minn jekk iż-żerriegħa tkunx inħasdet fi Stat Membru jew f'pajjiż terz kopert mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE (2), għandhom ikunu awtorizzati biex jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta' din iż-żerriegħa biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u jiġi evitat it-tfixkil tiegħu. |
(5) |
Peress li din id-Deċiżjoni tintroduċi deroga mill-istandards tar-regoli tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi llimitata l-kwantità ta' żerriegħa li tikkonforma ma' rekwiżiti inqas stretti għall-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' Spanja. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont totali ta' żerriegħa awtorizzat li jiġi introdott fis-suq skont din id-Deċiżjoni ma jaqbiżx il-kwantità massima koperta minn din id-Deċiżjoni, huwa xieraq li Spanja topera bħala koordinatur peress li ppreżentat it-talba rispettiva għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-iktar li hija mħassba dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' dik il-varjetà. |
(6) |
Peress li l-istipular tad-deroga mill-istandards tar-regoli tal-Unjoni, il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa li tikkonforma ma' rekwiżiti inqas stretti tenħtieġ li tkun temporanja sal-31 ta' Diċembru 2018, minħabba li dan iż-żmien huwa meħtieġ biex jippermetti l-produzzjoni ta' dik iż-żerriegħa u evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-varjetà konċernata. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni taż-żerriegħa ta' Hordeum vulgare L. (xgħir) tal-kategorija “żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni” li tagħmel parti mill-varjetà Scrabble, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tal-purità tal-varjetà stabbiliti fil-punt 1(A) tal-Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE għandha tiġi awtorizzata għal kwantità li ma taqbiżx is-6 000 tunnellata u għal perjodu li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018, sakemm il-purità minima ma tkunx taħt is-97 %.
Artikolu 2
Kull fornitur taż-żerriegħa li jixtieq jintroduċi fis-suq iż-żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1 għandu japplika għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru li huwa stabbilit fih. L-applikazzjoni għandha tispeċifika l-kwantità ta' żerriegħa li l-fornitur ikun jixtieq jintroduċi fis-suq.
L-Istat Membru konċernat għandu jawtoriżża lill-fornitur biex iqiegħed dik iż-żerriegħa fis-suq, sakemm:
(a) |
ma jkunx hemm biżżejjed evidenza biex ikun hemm dubju dwar jekk fornitur huwiex kapaċi jintroduċi fis-suq l-ammont ta' żerriegħa li jkun applika għall-awtorizzazzjoni tagħha; jew |
(b) |
l-għoti tal-awtorizzazzjoni ma twassalx biex tinqabeż il-kwantità massima ta' żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1. |
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin amministrattivament fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Spanja għandha taġixxi bħala l-Istat Membru koordinatur sabiex tiżgura li l-kwantità totali ta' żerriegħa awtorizzata għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni mill-Istati Membri skont din id-Deċiżjoni, ma taqbiżx il-kwantità massima ta' żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1.
Kull Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skont l-Artikolu 2 għandu javża minnufih lill-Istat Membru koordinatur bl-ammont kopert mill-applikazzjoni. L-Istat Membru koordinatur għandu jgħarraf minnufih lil dak l-Istat Membru dwar jekk l-awtorizzazzjoni tistax twassal biex tinqabeż il-kwantità massima.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-kwantitajiet li tkun ingħatatilhom l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10).