This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1926
Commission Implementing Decision (EU) 2016/1926 of 3 November 2016 on the approval of the battery-charging photovoltaic roof as an innovative technology for reducing CO2 emissions from passenger cars pursuant to Regulation (EC) No 443/2009 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1926 tat-3 ta' Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1926 tat-3 ta' Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
C/2016/6917
ĠU L 297, 4.11.2016, p. 18–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020D1806
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/18 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1926
tat-3 ta' Novembru 2016
dwar l-approvazzjoni tas-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-applikazzjoni mressqa mill-fornitur a2solar Advanced and Automotive Solar Systems GmbH (“l-applikant”) fl-4 ta' Frar 2016 għall-approvazzjoni tas-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija bħala ekoinnovazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (3). |
(2) |
L-informazzjoni li nbagħtet fl-applikazzjoni turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati. Bħala riżultat, is-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija propost mill-applikant għandu jiġi approvat bħala teknoloġija innovattiva. |
(3) |
Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/806/UE (4) u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/279 (5), il-Kummissjoni approvat żewġ applikazzjonijiet fir-rigward ta' soqfa fotovoltajċi għall-iċċarġjar tal-batterija. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni ta' dawk l-applikazzjonijiet u mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni attwali, intwera b'mod sodisfaċenti u konklużiv li saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u jipprovdi tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 ta' mill-inqas 1 g ta' CO2 meta mqabbel ma' vettura tax-xenarju bażi. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-kapaċità ta' din it-teknoloġija innovattiva li tnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2 tiġi rikonoxxuta u kkonfermata b'mod ġenerali, b'konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u li tiġi pprovduta metodoloġija ġenerika tal-ittestjar għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2. |
(4) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li l-manifatturi jingħataw il-possibbiltà li jiċċertifikaw l-iffrankar ta' CO2 minn soqfa fotovoltajċi għall-iċċarġjar tal-batteriji li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li jkunu biss soqfa fotovoltajċi li huma konformi ma' dawk il-kundizzjonijiet li jiġu proposti għaċ-ċertifikazzjoni, il-manifattur għandu jipprovdi rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti u ċertifikat li jikkonferma l-konformità tal-komponent mal-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
(5) |
Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tqis li s-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar għandha tiġi miċħuda. |
(6) |
Huwa xieraq li l-metodoloġija tal-ittestjar tiġi approvata biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn soqfa fotovoltajċi għall-iċċarġjar tal-batteriji. |
(7) |
Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tas-CO2 minn saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija, jeħtieġ li tiġi ddefinita l-vettura tax-xenarju bażi li magħha għandha titqabbel l-effiċjenza tal-vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva kif previst fl-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-vettura tax-xenarju bażi għandha tkun varjant li fl-aspetti kollha hija l-istess bħall-vettura ekoinnovattiva, bl-eċċezzjoni tas-saqaf fotovoltajku u, fejn applikabbli, mingħajr batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni tal-enerġija tax-xemx f'elettriku u l-ħażna tiegħu. |
(8) |
F'konformità mal-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, għandu jintwera li s-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija huwa intrinsiku għat-tħaddim b'mod effiċjenti tal-vettura. Dan ifisser li l-enerġija ġġenerata mis-saqaf fotovoltajku m'għandhiex, pereżempju, tintuża biss għal tagħmir maħsub biex itejjeb il-kumdità fil-vettura. |
(9) |
Sabiex jiġi ffaċilitat użu usa' ta' soqfa fotovoltajċi għall-iċċarġjar tal-batterija f'vetturi ġodda, manifattur għandu jkollu wkoll il-possibbiltà li japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn diversi soqfa fotovoltajċi għall-iċċarġjar tal-batterija permezz ta' applikazzjoni waħda għal ċertifikazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li fejn tintuża din il-possibbiltà jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva biss l-użu ta' dawk is-sistemi ta' soqfa fotovoltajċi li joffru l-ogħla effiċjenza. |
(10) |
Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni
Is-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija kif deskritt minn a2solar Advanced and Automotive Solar Systems GmbH fl-applikazzjoni huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
Artikolu 2
Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
1. Il-manifattur jista' japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn sistema ta' saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija maħsuba għall-użu f'vetturi M1 konvenzjonali b'magna bil-kombustjoni, li tinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
(a) |
saqaf fotovoltajku; |
(b) |
tagħmir meħtieġ għall-konverżjoni tal-enerġija tax-xemx f'elettriku u għall-ħżin tagħha; |
(c) |
kapaċità ta' ħżin iddedikata. |
2. Il-massa totali ta' dawn il-komponenti għandha tiġi verifikata u kkonfermata f'rapport minn korp indipendenti u ċertifikat.
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
1. It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu ta' sistemi ta' saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija msemmija fl-Artikolu 2(1) għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.
2. Meta manifattur jippreżenta applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn aktar minn sistema waħda ta' saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija fir-rigward ta' verżjoni waħda ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mis-soqfa li jkunu ġew ittestjati jrendi l-inqas iffrankar ta' CO2, u għandha tirreġistra l-aktar valur baxx fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip. Dak il-valur għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
Artikolu 4
Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni
Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 21 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.
(3) https://circabc.europa.eu/w/browse/f3927eae-29f8-4950-b3b3-d2e700598b52
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/806/UE tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 332, 19.11.2014, p. 34).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/279 tad-19 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Asola bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 26).
(6) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI DDETERMINAT L-IFFRANKAR TA' CO2 MINN SOQFA FOTOVOLTAJĊI GĦALL-IĊĊARĠJAR TAL-BATTERIJI
1. INTRODUZZJONI
Sabiex jiġi kkalkulat it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu ta' saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija f'vettura tat-tip M1, jeħtieġ li jiġu speċifikati dawn li ġejjin:
(1) |
il-kundizzjonijiet tal-ittestjar |
(2) |
it-tagħmir tat-testijiet; |
(3) |
id-determinazzjoni tal-output ta' potenza massima; |
(4) |
il-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2; |
(5) |
il-kalkolu tal-marġni statistika tal-iffrankar ta' CO2. |
2. SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET
Simboli bil-Latin
|
— |
Iffrankar ta' CO2 [g CO2/km] |
CO2 |
— |
Diossidu tal-karbonju |
CF |
— |
Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [gCO2/l] kif definit fit-Tabella 3 |
M |
— |
Il-kilometraġġ medju annwali [km/sena] kif definit fit-Tabella 4 |
|
— |
L-output medju mkejjel tal-potenza massima [W] tas-saqaf solari fotovoltajku |
n |
— |
L-għadd ta' kemm il-darba sar il-kejl tal-output tal-potenza massima tas-saqaf solari fotovoltajku, li huwa ta' mill-inqas 5 |
SCC |
— |
Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni solari [-] kif definit fit-Tabella 1 |
|
— |
Il-marġni statistiku tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km] |
SIR |
— |
Irradjazzjoni solari medja annwali Ewropea [W/m2], li hi ta' 120 W/m2 |
SIR_STC |
— |
Irradjazzjoni globali f'Kondizzjonijiet Standard tal-Ittestjar (STC) [W/m2], li hi ta' 1 000 W/m2 |
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output tal-potenza massima tas-saqaf solari fotovoltajku [W] |
UFIR |
— |
Il-fattur tal-użu (l-effett tad-dell), li hu ta' 0,51 |
VPe |
— |
Il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif definit fit-Tabella 2 |
|
— |
Is-sensittività tal-iffrankar ta' CO2 ikkalkulat b'rabta mal-output medju mkejjel tal-potenza massima tas-saqaf solari fotovoltajku |
Simboli Griegi
ΔCO2m |
— |
Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tas-CO2 minħabba massa żejda tas-sistema solari [g CO2/km] kif definit fit-Tabella 5 |
Δm |
— |
Massa żejda minħabba l-istallazzjoni tas-sistema solari [kg] |
ηA |
— |
L-effiċjenza tal-alternatur [%], li hi ta' 67 % |
ηSS |
— |
L-effiċjenza tas-sistema solari [%], li hi ta' 76 % |
Φ |
— |
L-inklinazzjoni fit-tul tal-pannell solari [°] |
Indikazzjonijiet taħt il-vers
L-indiċi (i) jirreferi għall-kejl tal-output tal-potenza massima tas-saqaf solari fotovoltajku
3. KEJL U DETERMINAZZJONI TAL-OUTPUT TAL-POTENZA MASSIMA
L-output medju tal-potenza massima tas-saqaf fotovoltajku għandu jiġi ddeterminat b'mod sperimentali għal kull varjant ta' vettura. L-istabbilizzazzjoni tat-tagħmir għall-ittestjar għandu jsir skont il-metodoloġija speċifikata fl-istandard internazzjonali IEC 61215-2:2016 (1). Il-kejl tal-output tal-potenza massima għandu jsir f'kondizzjonijiet ta' ttestjar standard kif definit fl-istandard internazzjonali IEC/TS 61836:2007 (2).
Għandu jintuża saqaf PV komplet żarmat. Il-punti tal-erba' kantunieri tal-panell għandhom imissu mal-pjan tal-kejl.
Il-kejl tal-output tal-potenza massima għandu jsir mill-inqas ħames darbiet u għandha tiġi kkalkulata l-medja aritmetika ().
4. IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA' CO2
L-iffrankar tas-CO2 tas-saqaf PV għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 1 (3).
Formula 1
Fejn:
|
: |
Iffrankar ta' CO2 [g CO2/km] |
||||||||||||||||
SIR |
: |
Irradjazzjoni solari medja annwali Ewropea [W/m2], li hi ta' 120 W/m2 |
||||||||||||||||
UFIR |
: |
Il-fattur tal-użu (l-effett tad-dell) [-], li hu ta' 0,51 |
||||||||||||||||
ηSS |
: |
L-effiċjenza tas-sistema fotovoltajka [%], li hi ta' 76 % |
||||||||||||||||
|
: |
L-output medju mkejjel tal-potenza massima [W] tas-saqaf fotovoltajku |
||||||||||||||||
SIR_STC |
: |
Irradjazzjoni globali f'Kondizzjonijiet Standard tal-Ittestjar (STC) [W/m2], li hi ta' 1 000 W/m2 |
||||||||||||||||
SCC |
: |
Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni solari [-] kif definit fit-Tabella 1. Il-kapaċità totali tal-ħżin disponibbli tas-sistema tal-batterija jew il-valur SCC għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur tal-vettura. Tabella 1 Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni solari
|
||||||||||||||||
VPe |
: |
Il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif definit fit-Tabella 2 Tabella 2 Il-konsum tal-potenza effettiva
|
||||||||||||||||
ηA |
: |
L-effiċjenza tal-alternatur [%], li hi ta' 67 %; |
||||||||||||||||
CF |
: |
Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [gCO2/l] kif definit fit-Tabella 3 Tabella 3 Il-fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil
|
||||||||||||||||
M |
: |
Il-kilometraġġ medju annwali [km/sena] kif definit fit-Tabella 4 Tabella 4 Il-kilometraġġ medju annwali għall-vetturi M1
|
||||||||||||||||
Φ |
: |
L-inklinazzjoni fit-tul tal-pannell solari [°]. Dan il-valur għandu jiġi pprovdut mill-manifattur tal-vettura |
||||||||||||||||
ΔCO2m |
: |
Koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda tas-saqaf solari u, fejn applikabbli, il-batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni ta' enerġija solari f'elettriku u l-ħażna tiegħu [g Co2/km] kif definit fit-Tabella 5. Tabella 5 Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda
|
Fit-Tabella 5, Δm hija l-massa żejda minħabba l-installazzjoni tas-sistema fotovoltajka, magħmula mis-saqaf fotovoltajku u, fejn applikabbli, mill-batterija addizzjonali u minn tagħmir ieħor meħtieġ b'mod speċifiku għall-konverżjoni tal-enerġija solari f'elettriku u l-ħażna tiegħu.
B'mod partikolari, Δm hija d-differenza pożittiva bejn il-massa tas-sistema fotovoltajka u l-massa ta' saqaf standard tal-azzar. Il-massa ta' saqaf standard tal-azzar titqies li hi ta' 12 kg. F'każ li l-piż tas-sistema solari jkun ta' inqas minn 12 kg, ma għandha ssir l-ebda korrezzjoni għall-bidla fil-massa.
5. IL-KALKOLU TAL-MARĠNI STATISTIKA
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output tal-enerġija massima għandha tiġi kkalkulata permezz tal-Formula 2.
Formula 2
Fejn:
|
: |
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output ta' potenza massima [W] |
|
: |
Il-valur tal-kejl tal-output ta' enerġija massima [W] |
|
: |
Il-medja aritmetika tal-output ta' potenza massima [W] |
n |
: |
L-għadd ta' kemm il-darba sar il-kejl tal-output tal-potenza massima, li huwa ta' mill-inqas 5 |
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output tal-potenza massima tas-saqaf fotovoltajku twassal għal marġni statistika fl-iffrankar tas-CO2 . Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 3.
Formula 3
6. SINIFIKAT STATISTIKU
Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra b'saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija għandu jintwera li l-limitu minimu ta' 1 gCO2/km ikun inqabeż b'mod statistikament sinifikanti, kif speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 725/2011. Bħala konsegwenza, għandha tintuża l-Formula 4.
Formula 4
Fejn:
MT |
: |
Il-limitu minimu [g CO2/km], li huwa ta' 1 g CO2/km |
|
: |
Il-marġni statistiku tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km] |
Meta l-iffrankar fl-emissjonijiet tas-CO2, bħala riżultat tal-kalkolu permezz tal-Formula 4, ikun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 725/2011, għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament.
(1) L-istandard tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC), IEC 61215-2:2016 għal “Moduli fotovoltajċi (PV) terrestri — kwalifikazzjoni tad-disinn u approvazzjoni tat-tip”
(2) L-istandard tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC), IEC 61836-2007 għal “Sistemi ta' enerġija solari fotovoltajċi — Termini, definizzjonijiet u simboli”
(3) Il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 https://circabc.europa.eu/sd/a/bbf05038-a907-4298-83ee-3d6cce3b4231/Technical%20Guidelines%20October%202015.pdf
(4) Il-kapaċità totali tal-ħżin tinkludi kapaċità ta' ħżin medja li tista' intuża tal-batterija tal-istartjar b'kapaċità ta' 10 Ah (12 V). Il-valuri kollha jirreferu għal radjazzjoni solari medja annwali ta' 120 W/m2, sehem ta' dell ta' 0,49 u medja ta' ħin ta' sewqan tal-vettura ta' siegħa kuljum għal qawwa elettrika meħtieġa ta' 750 W.