EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0203

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/203 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE (statistika dwar infiq għall-kura tas-saħħa)

ĠU L 39, 16.2.2016, p. 36–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/203/oj

16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/203

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE (statistika dwar infiq għall-kura tas-saħħa)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. L-informazzjoni dwar il-kura matul il-jum u l-iskemi ta' finanzjament tal-intrapriżi kif ukoll il-kura tal-pazjenti ta' barra u matul il-jum mhijiex disponibbli fil-Liechtenstein. Dan għalhekk għandu jkun eżentat milli jipprovdi din id-dejta.

(4)

L-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 6).


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2016

ta'…

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18z5 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 205/2014) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18z6.

32015 R 0359: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 6).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi dejta separata dwar il-kura kurattiva matul il-jum (HC.1.2.), il-kura riabilitattiva matul il-jum (HC.2.2) u l-kura tas-saħħa fit-tul matul il-jum (HC.3.2), li jiġu inklużi fid-dejta mogħtija dwar il-kura kurattiva tal-pazjenti ta' barra (HC.1.3), il-kura riabilitattiva tal-pazjenti ta' barra (HC.2.3) u l-kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti ta' barra (HC.3.3), rispettivament.

(b)

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi dejta dwar skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi (HF.2.3). Din l-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kull meta ċifri mogħtija mil-Liechtenstein juru li n-nefqa fuq skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi fil-Liechtenstein ma jibqgħux negliġibbli.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 2015/359 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

[…]

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

[…]


(1)  ĠU L 62, 6.3.2015, p. 6.

(*)  [L-ebda rekwiżit kostituzzjonali mhuwa indikat.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


Top