This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0933
Council Decision 2014/933/CFSP of 18 December 2014 amending Decision 2014/386/CFSP concerning restrictive measures in response to the illegal annexation of Crimea and Sevastopol
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/933/PESK tat- 18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/933/PESK tat- 18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
ĠU L 365, 19.12.2014, p. 152–155
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 365/152 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/933/PESK
tat-18 ta' Diċembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK. (1) |
(2) |
Fid-dawl tal-kontinwazzjoni tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, il-Kunsill jikkunsidra li għandhom jittieħdu miżuri li jirrestrinġu aktar l-investiment fil-Krimea u Sevastopol. |
(3) |
Il-projbizzjonijiet ta' investiment f'din id-Deċiżjoni u r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ ta' oġġetti u teknoloġija għall-użu f'ċerti setturi fil-Krimea jew f'Sevastopol għandhom japplikaw għal entitajiet li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju fil-Krimea jew f'Sevastopol, is-sussidjarji jew l-affiljati tagħhom taħt il-kontroll tagħhom fil-Krimea jew f'Sevastopol, kif ukoll fergħat u entitajiet oħra li joperaw fil-Krimea jew f'Sevastopol. |
(4) |
Barra minn hekk, il-kummerċ ta' oġġetti u teknoloġija għall-użu f'ċerti setturi fil-Krimea jew f'Sevastopol għandu jkun ristrett. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-post tal-użu ta' oġġetti u teknoloġija għandu jiġi determinat abbażi ta' valutazzjoni ta' elementi oġġettivi, inklużi, iżda mhux limitatament għalihom, id-destinazzjoni ta' konsenja, il-kodiċijiet postali ta' konsenja, kwalunkwe indikazzjoni dwar il-post tal-konsum u indikazzjoni dokumentata mill-importatur. Il-kunċett ta' post ta' użu għandu japplika għal oġġetti jew teknoloġija li jintużaw kontinwament fil-Krimea jew f'Sevastopol. |
(5) |
Għandhom jiġu pprojbiti servizzi fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet, tal-enerġija jew tal-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni fir-rigward ta' żejt, gass u riżorsi minerali, kif ukoll servizzi relatati ma' attivitajiet turistiċi fil-Krimea jew f'Sevastopol, anke fis-settur marittimu. |
(6) |
Il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet f'din id-Deċiżjoni ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-transitu fit-territorju tal-Krimea jew f'Sevastopol li jsir minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet tal-Unjoni. |
(7) |
Il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet f'din id-Deċiżjoni ma japplikawx għall-eżerċizzju ta' kummerċ leġittimu ma' entitajiet barra mill-Krimea jew f'Sevastopol li joperaw fil-Krimea jew f'Sevastopol fejn ma hemm l-ebda bażi raġonevoli biex jiġi determinat li l-oġġetti jew is-servizzi relatati jkunu għall-użu fil-Krimea jew f'Sevastopol jew fejn l-investimenti relatati ma jkunux destinati għal intrapriżi jew għal kwalunkwe impriża sussidjarja jew affiljata taħt il-kontroll tagħhom fil-Krimea jew f'Sevastopol. |
(8) |
Tinħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri. |
(9) |
Id-Deċiżjoni 2014/386/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikoli 4a sa 4e huma sostitwiti kif ġej: “Artikolu 4a 1. Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:
Il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet f'dan l-Artikolu ma japplikawx għall-eżerċizzju ta' kummerċ leġittimu ma' entitajiet barra mill-Krimea jew f'Sevastopol fejn l-investimenti relatati ma jkunux destinati għal entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol. 2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom:
3. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1. Artikolu 4b 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew l-użu ta' vapuri jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le:
fis-setturi li ġejjin:
2. L-għoti ta':
huwa pprojbit. 3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2, meta relatati mal-punt (b) tal-paragrafu 1, ma japplikawx fejn ma hemm l-ebda bażi raġonevoli biex jiġi determinat li l-oġġetti u t-teknoloġija jew is-servizzi taħt il-paragrafu 2, se jintużaw fil-Krimea jew f'Sevastopol. 4. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-21 ta' Marzu 2015 ta' kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014, jew kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. 5. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2. 6. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu. Artikolu 4c 1. Għandu jiġi pprojbit il-forniment ta' għajnuna teknika, jew servizzi ta' senserija, ta' kostruzzjoni jew ta' inġinerija li jkunu direttament relatati mal-infrastruttura fil-Krimea jew f'Sevastopol fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4b(1), indipendentement mill-oriġini tal-oġġetti u t-teknoloġija. 2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-21 ta' Marzu 2015, ta' kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014, jew kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. 3. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2. Artikolu 4d 1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni relattivament għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4b(1), fl-Artikolu 4b(2) u fl-Artikolu 4c(1) u relattivament għall-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fl-Artikolu 4b(1), sakemm ikunu:
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jagħtu, taħt tali termini u kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, awtorizzazzjoni għal transazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4a(1), sakemm it-transazzjoni tkun għall-finijiet ta' manutenzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza ta' infrastruttura eżistenti. 3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jagħtu awtorizzazzjoni relattivament għall-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fl-Artikolu 4b(1) u relattivament għall-attivitajiet msemmija fl-Artikolu 4b(2) u fl-Artikolu 4c, fejn il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti jew l-eżerċizzju ta' dawk l-attivitajiet ikunu meħtieġa għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li x'aktarx li jkollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem, inkluża s-sikurezza ta' infrastruttura eżistenti, jew l-ambjent. F'każijiet ta' emerġenza debitament ġustifikati, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tista' tipproċedi mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel sakemm l-esportatur jinnotifika lill-awtorità kompetenti fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li jkun sar il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, u jipprovdi dettalji dwar il-ġustifikazzjoni rilevanti għall-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan il-paragrafu u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Artikolu 4e 1. Għandha tiġi pprojbita l-provvista ta' servizzi direttament relatati ma' attivitajiet turistiċi fil-Krimea jew f'Sevastopol, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' vapuri jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri. 2. Għandu jkun ipprojbit għal kwalunkwe vapur li jipprovdi servizzi ta' kruċieri li jidħol jew jieqaf f'xi port li jinsab fil-Peniżola tal-Krimea. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-portijiet rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan il-paragrafu. 3. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 2 m'għandhiex tapplika meta vapur jidħol jew jieqaf f'wieħed mill-portijiet li jinsabu fil-Peniżola tal-Krimea għal raġunijiet ta' sikurezza marittima f'każijiet ta' emerġenza. L-awtorità kompetenti għandha tkun infurmata dwar id-dħul rilevanti jew waqfa fil-port fi żmien ħamest ijiem. 4. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-21 ta' Marzu 2015, ta' kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014 jew kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. 5. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.” |
(2) |
L-Artikoli 4f u 4 g huma mħassra. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70