This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014O0009
2014/304/EU: Guideline of the European Central Bank of 20 February 2014 on domestic asset and liability management operations by the national central banks (ECB/2014/9)
2014/304/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta' Frar 2014 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2014/9)
2014/304/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta' Frar 2014 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2014/9)
ĠU L 159, 28.5.2014, p. 56–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2019; Imħassar b' 32019O0007
28.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/56 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-20 ta' Frar 2014
dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali
(BĊE/2014/9)
(2014/304/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 12.1 u 14.3 tiegħu,
Billi:
(1) |
It-twettiq tal-politika monetarja unika jeħtieġ li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jispeċifika l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu segwiti mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita taghom hija l-euro (iktar 'il qudiem il-“BĊNi”) meta jwettqu operazzjonijiet domestiċi f'attiv u passiv uq l-inizjativa tagħhom stess; dawn l-operazzjonijiet m'għandhomx jinterferixxu mal-politika monetarja unika. |
(2) |
Ftehim ta' xiri mill-ġdid li l-BĊNi jagħmlu ma' banek ċentrali nazzjonali mhux tal-Eurosistema jista' jkollhom impatt fuq il-likwidità tal-euro u għalhekk fuq il-politika monetarja unika ladarba jiġu attivati. Għaldaqstant, biex tiġi ssalvagwardata aħjar l-integrità tal-politika monetarja unika, il-Kunsill Governattiv iddeċieda fit-22 ta' Ottubru 2009 li tkun meħtieġa l-approvazzjoni tiegħu minn qabel għal ċerti arranġamenti ta' likwidità li jagħmlu l-BĊNi mal-banek ċentrali nazzjonali mhux tal-Eurosistema. |
(3) |
Limitazzjonijiet fuq ir-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern miżmumin għand BĊNi bħala aġenti fiskali bis-saħħa tal-Artikolu 21.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) għandhom jiġu speċifikati biex jippreservaw l-integrità tal-politika monetarja unika, u sabiex jiġu pprovduti inċentivi għal depożiti tal-gvern biex jitpoġġew fis-suq, biex b'hekk tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-likwidità u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Barra minn dan, l-introduzzjoni ta' livell massimu fuq ir-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern ibbażat fuq rati tas-suq tal-flus tiffaċilita l-monitoraġġ tal-konformità tal-BĊNi mal-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju mwettaq mill-BĊE skont l-Artikolu 271(d) tat-Trattat. |
(4) |
Fid-dawl tan-natura eċċezzjonali u temporanja tad-depożiti ta' gvern relatati mal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali u programmi ta' appoġġ finanzjarju oħrajn paragunabbli, il-proċeduri applikabbli m'għandhomx jirrestrinġu l-kapaċità ta' gvern nazzjonali li jżomm depożiti mal-BĊN tiegħu, mhux l-inqas għaliex iż-żamma ta' depożiti bħal dawn tista' tkun parti mill-kundizzjonijiet tal-programm rilevanti. L-esklużjoni ta' dawn id-depożiti mill-ammont tal-livell minimu ma jinterferixxix mal-politika monetarja unika bl-istess mod bħaż-żamma ta' depożiti tal-gvern fi Stati Membri oħra li l-munita tagħhom hija l-euro, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tapplika għall-operazzjonijiet tal-BĊN kollha li jinvolvu ammonti ta' euro, inklużi operazzjonijiet imwettqa mill-BĊNi jew bħala prinċipal f'isimhom stess jew bħala aġent f'isem terzi jew kemm bħala prinċipal u bħala aġent fl-istess ħin. L-operazzjonijiet li ġejjin m'humiex suġġetti għal din il-Linja Gwida:
(a) |
faċilitajiet permanenti u operazzjonijiet eżegwiti mill-BĊNi fuq l-inizjattiva tal-BĊE, partikolarment, operazzjonijiet imwettqa mwettqaskont il-Linja Gwida BĊE/2011/14 (1); |
(b) |
tranżazzjonijiet f'metalli prezzjużi u operazzjonijiet ta' kambju barrani kontra l-euro, li huma koperti mil-Linja Gwida BĊE/2003/12 (2); |
(c) |
operazzjonijiet ta' BĊNi relatati mal-assistenza tal-likwidità ta' emerġenza. |
2. L-Artikoli 7 u 8 m'għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet li jagħmlu l-BĊNi:
(a) |
meta jaġixxu bħala aġenti fiskali bis-saħħa tal-Artikolu 21.2 tal-Istatut tas-SEBĊ; |
(b) |
għall-finijiet amministrattivi tagħhom jew tal-persunal tagħhom bis-saħħa tal-Artikolu 24 tal-Istatut tas-SEBĊ; |
(c) |
meta jiġġestixxu fond ta' pensjoni għall-persunal tagħhom; |
(d) |
meta joperaw skema ta' depożitu għall-persunal tagħhom jew klijenti oħrajn; |
(e) |
meta jkunu qed jittrasferixxu l-profitt tagħhom lill-gvern. |
Operazzjonijiet imwettqa mill-fond ta' pensjoni tal-persunal tal-BĊN li huwa ġestit minn istituzzjoni awtonoma, għandhom ikunu eżentati mill-Artikoli 6 u 9. Barra minn dan, ir-rekwiżiti ta' rappurtar ex post tal-Artikoli 6 u 9 m'għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet imwettqa mill-BĊNi għall-finijiet amministrattivi tagħhom jew tranżazzjonijiet ta' depożitu relatati mal-kontijiet kurrenti li persunal u klijienti oħra jżommu fil-BĊNi.
3. Ħlief għar-rekwiżiti ta' rappurtar ex post fl-Artikolu 6(1), din il-Linja Gwida m'għandhiex tapplika għal operazzjonijiet fil-qafas tas-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 iktar 'il fuq, l-Artikoli 5 u 11 għandhom japplikaw għad-depożiti tal-gvern iddenominati f'euro jew f'munita barranija.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' din il-Linja Gwida:
(a) |
“ftehim ta' xiri mill-ġdid” ifisser ftehim li bih BĊN u bank ċentrali nazzjonali mhux taż-żona tal-euro jiftiehmu li jidħlu fi tranżazzjoni jew tranżazzjonijiet speċifiċi ta' xiri mill-ġdid. Fi tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid, parti waħda tiftiehem li tixtri minn (jew tbiegħ lil) parti oħra titoli ddenominati f'euro bi ħlas ta' prezz miftiehem f'euro fid-data tan-negozju, bi ftehim simultanju biex tbiegħ lil (jew tixtri minn) parti oħra titoli ekwivalenti bi ħlas ta' prezz ieħor miftiehem fid-data tal-maturità; |
(b) |
“gvern” tfisser kull entità pubblika ta' Stat Membru jew kwalunkwe entità pubblika tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 123 tat-Trattat, kif interpretat fid-dawl tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 (3), ħlief għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jappartjenu lill-pubbliku li, fil-kuntest tal-provvista ta' riżervi minn BĊNi, jingħataw l-istess trattament mill-BĊNi u l-BĊE bħala istituzzjonijiet ta' kreditu privat; |
(c) |
“depożiti tal-gvern” tfisser depożiti ta' matul il-lejl jew ta' terminu fiss aċċettati mill-BĊNi minn kwalukwe gvern, inklużi depożiti miżmumin f'muniti barranin; |
(d) |
“rata tas-suq ta' matul il-lejl mhux iggarantita” tfisser: (a) fir-rigward ta' depożiti ta' matul il-lejl f'munita domestika, ir-rata medja tal-indiċi ta' matul il-lejl tal-euro (EONIA); (b) fir-rigward ta' depożiti ta' matul il-lejl f'munita barranija, rata paragunabbli; |
(e) |
“rata tas-suq iggarantita” tfisser: (a) fir-rigward ta' depożiti ta' terminu fiss munitaf'munita domestika, ir-rata tas-suq repo offruta (EUREPO) b'maturità paragunabbli jekk disponibbli; u (b) fir-rigward ta' depożiti b'terminu fiss f'munita barranija, rata paragunabbli; |
(f) |
“prodott domestiku gross” tfisser il-valur tal-produzzjoni totali ta' oġġetti u servizzi ta' ekonomija, wara li jitnaqqas il-konsum intermedju, flimkien ma' taxxi netti fuq prodotti u importazzjonijiet, f'perijodu speċifikat; |
(g) |
“rata ta' faċilità ta' depożitu” tfisser ir-rata ta' imgħax speċifikata minn qabel li tiġi applikata għall-kontropartijiet li jużaw il-faċilità ta' depożitu tal-Eurosistema biex isiru depożiti ta' matul il-lejl ma' BĊN. |
Artikolu 3
Kwistjonijiet organizzattivi
1. Il-BĊNi għandhom jagħmlu, u l-Bord Eżekuttiv għandu jimmonitorja, l-arranġamenti xierqa sabiex il-kontropartijiet ikunu jistgħu jiddistingwu bejn operazzjonijiet imwettqa minn BĊNi skont din il-Linja Gwida u operazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali mwettqa minn BĊNi skont l-istrumenti u l-proċeduri speċifikati fil-Linja Gwida BĊE/2011/14.
2. Il-BĊNi għandhom jagħmlu arranġamenti xierqa biex jiżguraw li informazzjoni kunfidenzjali dwar il-politika monetarja ma tintużax mill-BĊNi meta jwettqu operazzjonijiet koperti minn din il-Linja Ġwida
3. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-BĊE dwar l-arranġamenti stabbiliti skont il-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 4
Approvazzjoni minn qabel ta' ftehim ta' xiri mill-ġdid mal-banek ċentrali nazzjonali mhux tal-Eurosistema
1. Qabel ma l-BĊNi jidħlu fi ftehim ta' xiri mill-ġdid ma' banek ċentrali nazzjonali mhux tal-Eurosistema, għandhom jissottomettu dawn il-ftehim lill-BĊE għal approvazzjoni minn qabel mill-Kunsill Governattiv.
2. Il-BĊNi għandhom jissottomettu t-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni minn qabel tal-BĊE kemm jista' jkun qabel id-data prevista għall-konklużjoni ta' ftehim ta' xiri mill-ġdid. Kull talba għandu jkollha ta' mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-identitià tal-kontroparti fil-ftehim ta' xiri mill-ġdid; |
(b) |
l-iskop tal-ftehim ta' xiri mill-ġdid; |
(c) |
sa fejn ikunu diġà disponibbli, l-ammont u d-dati ta' tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid speċifiċi; l-ammont aggregat previst ta' dawn it-transazzjonijiet; |
(d) |
il-maturità tal-ftehim ta' xiri mill-ġdid u, sa fejn tkun diġà disponibbli, il-maturità tat-tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid speċifiċi li għandhom jiġu konklużi; |
(e) |
kull informazzjoni oħra kkunsidrata rilevanti mill-BĊN li jissottometti t-talba. |
3. Il-Kunsill Governattiv għandu jirrispondi kull talba kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn 40 jum tan-negozju wara li tiġi rċevuta t-talba.
4. Meta jirċievi talba għal approvazzjoni minn qabel, il-Kunsill Governattiv għandu jqis:
(a) |
l-għan primarju li tiġi żgurata l-integrità tal-politika monetarja; |
(b) |
il-preservazzjoni tal-effettività tal-ġestjoni tal-likwidità tal-euro mill-Eurosistema; |
(c) |
approċċ ikkoordinat għall-Eurosistema fir-rigward tat-twettiq ta' tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid mal-banek ċentrali nazzjonali mhux tal-Eurosistema; |
(d) |
li jkun hemm kundizzjonijiet ugwali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro |
5. Jekk il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li ftehim ta' xiri mill-ġdid ma jkunx konformi mal-għanijiet speċifikati fil-paragrafu 4, jista' jeħtieġ li l-ftehim ta' xiri mill-ġdid sottomess għall-approvazzjoni tiegħu:
(a) |
jiġi konkluż f'xi data iktar tard milli ppjanat oriġinarjament; jew |
(b) |
ikun suġġett għal emendi speċifiċi u sottomess mill-ġdid għall-approvazzjoni qabel ma jkun jista' jiġi konkluż mill-BĊN rilevanti. |
6. Il-Kunsill Governattiv għandu jipprova jakkomoda t-talbiet tal-BĊNi għall-approvazzjoni minn qabel wara li jqis l-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' nondiskriminazzjoni.
Artikolu 5
Limitazzjonijiet fuq remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern
1. Ir-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern għandha tkun suġġetta għal-livelli massimi li ġejjin:
(a) |
għal depożiti ta' matul il-lejl, ir-rata tas-suq ta' matul il-lejl mhux iggarantita; |
(b) |
għal depożiti b'terminu fiss, ir-rata tas-suq iggarantita jew, jekk mhijiex disponibbli, ir-rata tas-suq ta' matul il-lejl mhux iggarantita. |
2. Fi kwalunkwe jum tal-kalendarju, l-ammont totali ta' depożiti ta' matul il-lejl u b'terminu fiss tal-gvernijiet kollha ma' BĊN li jaqbeż l-ogħla minn dawn it-tnejn: (a) EUR 200 miljun; jew (b) 0,04 % tal-prodott domestiku gross tal-Istat Membru fejn il-BĊN ikun ddomiċiljat, għandu jkun remunerat b'rata ta' imgħax ta' żero fil-mija.
3. Id-depożiti tal-gvern relatati mal-Unjoni Ewropea/il-Fond Monetarju Internazzjonali u programmi ta' appoġġ finanzjarju paragunabbli oħrajn li jinżammu f'kontijiet mal-BĊNi għandhom ikunu suġġetti għall-paragrafu 1 imma m'għandhomx jgħoddu għall-ammont tal-livell minimu msemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 6
Rapportar
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw ex ante lill-BĊE l-effett tal-likwidità netta totali tal-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi fil-kuntest tal-qafas tal-ġestjoni tal-likwidità ġenerali tal-Eurosistema. BĊN għandu jinkludi t-trasferiment tal-profitt tiegħu lill-gvern fil-previżjoni tiegħu dwar il-fatturi awtonomi tal-likwidità tal-inqas darba fil-ġimgħa qabel ma jseħħ it-trasferiment. Barra minn hekk, BĊN għandu jiżgura permezz ta' miżuri xierqa li l-operazzjonijiet ta' investiment u skemi ta' depożitu ma jirriżultawx f'effetti ta' likwidità li ma jistgħux jitbassru b'mod preċiż.
2. Darba fix-xahar, il-BĊNi għandhom jirrapportaw ex post lill-BĊE, bl-użu tal-format ta' rappurtar ex post fl-Anness II ta' din il-Linja Gwida, id-dettalji tal-operazzjonijiet li wettqu matul ix-xahar ta' qabel. Fir-rigward ta' rapport ex post ta' kull xahar, għandu japplika livell minimu ġenerali ta' EUR 500 miljun għall-fatturat ta' kull xahar f'kull kategorija individwali elenkata fl-Anness II, bit-tranżazzjonijiet ikun jgħoddu għal-livell minimu kif ġej:
(a) |
is-somma grossa ta' xiri, bejgħ, u fidi għal kull waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:
|
(b) |
somma grossa ta' teħid u għoti ta' self ta' titoli mill-kategoriji li ġejjin:
|
(c) |
is-somma grossa ta' għoti ta' kreditu u teħid ta' depożiti għall-kreditu tal-kategorija u skemi ta' depożitu; |
(d) |
l-ammont ta' kull kategorija minn dawn:
|
Jekk is-somma gross tat-tranżazzjonijiet f'kategorija tiġi taħt il-livell minimu rispettiv, il-BĊNi għandhom iniżżlu żero fil-format tar-rappurtar bħal f'każijiet meta ma jkunux saru tranżazzjonijiet. Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jkomplu jirrappurtaw it-tranżazzjonijiet tagħhom kollha lill-BĊE anki jekk il-livell minimu għal kategorija waħda jew iżjed ma jintlaħaqx (rappurtar sħiħ).
Għal tranżazzjonijiet bl-euro mwettqa fil-qafas ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi, il-BĊNi għandhom jikkonformaw ukoll ma' kull rekwiżit ta' rappurtar ieħor.
3. Fil-każ li r-rekwiżiti ta' rappurtar jiżvelaw li l-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-attiv u tal-passiv ta' BĊN partikolari jikkontradixxu rekwiżiti tal-politika monetarja unika, il-BĊE jista' jagħti struzzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-komportament tal-ġestjoni tal-attiv u tal-passiv tal-BĊN inkwistjoni.
Artikolu 7
Limiti
1. Ma jistgħux jitwettqu operazzjonijiet 'il fuq mil-livell minimu fl-Anness I ta' din il-Linja Gwida mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-BĊE. Dan il-livell minimu japplika wkoll għal tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, mingħajr preġudizzju għall-proċedura ta' approvazzjoni minn qabel għal ftehim ta' xiri mill-ġdid fl-Artikolu 4.
2. Minbarra l-livell minimu għall-operazzjonijiet aggregati ta' kuljum fl-Anness I ta' din il-Linja Gwida, il-BĊE jista' jispeċifika u japplika limiti addizzjonali għax-xiri kumulattivi tal-BĊNi jew bejgħ ta' attiv u passiv matul kwalunkwe perijodu partikolari ta' żmien.
3. Il-Kunsill Governattiv jista' jibdel il-livell minimu fl-Anness I ta' din il-Linja Gwida fi kwalunkwe żmien.
Artikolu 8
Proċedura għat-talba u l-għoti ta' approvazzjoni minn qabel
1. Il-BĊNi għandhom jibagħtu t-talbiet tagħhom għal approvazzjoni kemm jista' jkun kmieni. Meta l-operazzjoni trid tiġi rregolata fl-istess jum jew fil-jum tax-xogħol ta' wara, il-BĊE għandu jirċievi dawn it-talbiet mhux iktar tard mid-9 a.m. (4) fid-data tan-negozju prevista. Għal operazzjonijiet oħrajn, il-BĊE għandu jirċievi t-talba korrispondenti mhux iktar tard mill-11 a.m. fid-data tan-negozju prevista.
2. It-talba tal-BĊN għandha ssir skont l-Anness III ta' din il-Linja Gwida. Meta tranżazzjoni, li għaliha tkun intalbet u ngħatat approvazzjoni minn qabel, ma ssirx skont l-approvazzjoni minn qabel, il-BĊNi għandhom jinnotifikaw lill-BĊE minnufih.
3. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, il-BĊNi li jwettqu operazzjonijiet ta' self ta' titoli kontra kollateral jistgħu, meta l-parteċipanti tas-suq ma jkunx jistgħu jipprovdu titoli speċifiċi, jibagħtu wkoll it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni minn qabel tard fl-istess jum tard wara nofsinhar.
4. Il-BĊE għandu jirrispondi talba tal-BĊN għal approvazzjoni minn qabel kemm jista' jkun malajr, u talba għal approvazzjoni minn qabel tard fl-istess jum minnufih. Għal operazzjonijiet li għandhom jiġu rregolati fl-istess data tan-negozju jew fil-jum tax-xogħol li jmiss, il-BĊE għandu jirrispondi sal-10.15 a.m fid-data tan-negozju prevista. Għal operazzjonijiet oħrajn, il-BĊE għandu jirrispondi sas-1 p.m. fid-data tan-negozju prevista. Jekk BĊN ma jirċevix risposta sa din l-iskadenza, wara li jivverifika li l-BĊE jkun irċieva t-talba tiegħu u ma ntbagħtet l-ebda risposta, mis-1.15 p.m. għandu jassumi li dik l-approvazzjoni ngħatat.
5. Il-BĊE għandu jikkunsidra t-talbiet kollha sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' politika monetarja unika tal-Eurosistema, wara li jitqiesu kemm l-effett fuq l-operazzjoni tal-BĊN individwali kif ukoll l-effett aggregat ta' dawn l-operazzjonijiet fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Mingħajr preġudizzju għal dan, il-BĊE għandu jipprova jakkomoda t-talbiet tal-BĊNi.
Artikolu 9
Monitoraġġ
1. Darba fis-sena il-Bord Eżekuttiv għandu jissottometti rapport lill-Kunsill Governattiv dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din il-Linja Gwida. Dan ir-rapport għandu jipprovdi informazzjoni dwar:
(a) |
l-applikazzjoni tal-proċedura ta' approvazzjoni minn qabel; |
(b) |
prattiki tal-ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi tal-BĊNi; |
(c) |
konformità ma' din il-Linja Gwida. |
2. Fil-każ a' dubju dwar il-konformità mal-Artikolu 5(1) sa (3), il-BĊE jista' jeħtieġ informazzjoni mingħand il-BĊNi.
Artikolu 10
Kunfidenzjalità
L-informazzjoni u dejta kollha skambjati fil-kuntest tal-proċeduri ta' hawn fuq, inkluż ir-rapport tal-monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 9 għandhom jiġu pproċessati b'mod kunfidenzjali.
Artikolu 11
Dispożizzjoni tranżitorja
Depożiti tal-gvern b'terminu fiss miżmumin mill-BĊNi għandhom ikunu suġġetti għall-Artikolu 5(1), imma għandhom jgħoddu biss għall-ammont tal-livell minimu msemmi fl-Artikolu 5(2) mill-1 ta' Diċembru 2015.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara li tiġi adottata.
2. Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida sal-1 ta' Diċembru 2014. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-21 ta' Frar 2013.
Artikolu 13
Indirizzati
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta' Frar 2014.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).
(2) Linja Gwida BĊE/2003/12 tat-23 ta' Ottubru 2003 dwar it-transazzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti bil-bilanċi operattivi tagħhom ta' munita barranija skont l-Artikolu 31.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3, p. 312).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta' Diċembru 1993 li jispeċifika definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 104 u 104b(1) tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 13, p. 27).
(4) Ir-referenzi kollha huma għal Ħin Ċentrali Ewropew, li jqis il-bidla għall-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali.
ANNESS I
LIVELLI MINIMI GĦALL-OPERAZZJONIJIET DOMESTIĊI FL-ATTIV U L-PASSIV TAL-BĊNI MWETTQA F'DATA WAĦDA
Livell minimu applikabbli
Seħħ tad-data ta' saldu
(operazzjonijiet netti aggregati) (1)
EUR 200 miljun;
(1) Impatt tal-likwidità netta tal-operazzjonijiet ippjanati għall-jum li għandu jiġi rregolat f'data waħda li tikkoinċidi mad-data tan-negozju jew tiġi warajha.
ANNESS II
RAPPORT EX POST TA' KULL XAHAR TA' OPERAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TA' ATTIV U PASSIV DOMESTIĊI
|
Kategorija ta' operazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
Operazzjonijiet ta' investiment |
Ġestjoni ta' fond ta' pensjoni; |
Attivitajiet ta' aġent |
|
Self ta' titoli |
Tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid; |
|
Skemi ta' kreditu u depożitu |
|
Obbligazzjonijiet lejn terzi |
Trasferiment u sussidji |
||||||||||||
Mod tal-ġestjoni tal-operazzjoni |
|
|
|
Numru ta' tranżazzjonijiet |
nnnnnn |
nnnnnn |
Numru ta' tranżazzjonijiet |
nnnnnn |
Tip ta' operazzjoni |
xxxxx |
xxxxx |
||||||||||||
Numru ta' tranżazzjonijiet |
nnnnnn |
nnnnnn |
nnnnnn |
Għoti ta' titoli b'self |
EUR (XX) mn |
EUR (XX) mn |
Għoti |
EUR (XX) mn |
Mod kif issir l-operazzjoni |
|
|
||||||||||||
Xiri |
EUR (XX) mn |
EUR (XX) mn |
EUR (XX) mn |
Teħid ta' titoli b'self |
EUR (XX) mn |
EUR (XX) mn |
Teħid ta' depożiti |
EUR (XX) mn |
Numru ta' tranżazzjonijiet |
nnnnnn |
nnnnnn |
||||||||||||
Bejgħ |
EUR (XX) mn |
EUR (XX) mn |
EUR (XX) mn |
|
|
|
|
|
Ammont |
EUR (XX) mn |
EUR (XX) mn |
||||||||||||
Fidi |
EUR (XX) mn |
EUR (XX) mn |
EUR (XX) mn |
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS III
FORMAT TAL-MESSAĠĠ GĦAL TALBIET GĦAL APPROVAZZJONI MINN QABEL TA' TRANŻAZZJONIJIET KBAR
Isem tal-varjabbli |
Deskrizzjoni tal-varjabbli |
Kodifikazzjoni |
Qasam obbligatorju |
||||
Kodiċi tal-ID |
Identifikatur uniku għal grupp ta' operazzjonijiet (jew tranżazzjonijiet ta' titoli jew tranżazzjonijiet oħrajn) li għandhom l-istess data ta' saldu u tan-negozju, li jikkonsiti minn enumerazzjoni sekwenzjali ppreċedut minn kodiċi tal-pajjiż ISO b'żewġ ċifri. |
ISnn |
Iġġenerat awtomatikament mill-applikazzjoni. |
||||
Data tan-negozju |
Data tan-negożju tal-grupp ippjanat ta' operazzjonijiet. |
ssss/xx/jj |
Iva |
||||
Data tas-saldu |
Data tas-saldu (jew data tal-bidu fil-każ ta' tranżazzjonijiet bil-quddiem) ta' grupp ippjanat ta' operazzjonijiet. |
ssss/xx/jj |
Iva |
||||
Xiri u self |
Jekk titoli/strumenti oħrajn inxtraw jew ingħataw kreditu jew self ta' titoli, l-ammont kumulattiv għandu jiġi kkwotat. |
EUR [SS] miljun |
Le (Jitħalla vojt jekk huma ppjanati biss tranżazzjonijiet ta' bejgħ.) |
||||
Bejgħ u teħid ta' depożiti |
Jekk inbiegħu titoli/strumenti oħrajn jew ittieħdu depożiti, l-ammont kumulattiv għandu jiġi kkwotat. |
EUR [XX] miljun |
Le (Jitħalla vojt jekk huma ppjanati biss tranżazzjonijiet ta' xiri.) |
||||
Impatt fuq it-tbassir tal-likwidità |
Indikazzjoni tal-impatt fuq tbassir ta' likwidità għad-data ta' saldu fil-każ ta' aċċettazzjoni tat-talba, dwar it-tbassir tal-likwidità ta' kuljum tal-aħħar mibgħut lill-BĊE fit-8 a.m. Fil-każ ta' rifjut, dan il-qasam jgħin lill-BĊE jidentifika l-impatt bil-maqlub fuq tbassir ta' likwidità. |
EUR [ZZ] miljun |
Iva (Jekk l-impatt totali fuq it-tbassir tal-likwidità ġie rrappurtat diġà lill-BĊE, għandu jiddaħħal żero f'din il-kaxxa.) |
||||
Tip ta' tranżazzjoni |
Indikazzjoni tat-tip ta' tranżazzjoni:
|
It-tip ta' tranżazzjoni tingħażel mill-kaxxa tal-lista li tipprovdi s-sistema. |
Iva (L-utent għandu jindika t-tip ta' tranżazzjoni.) |
||||
Kif huwa maħsub li ssir l-operazzjoni |
Deskrizzjoni ta' kif huwa maħsub li jsiru l-operazzjonijiet, b'referenza għal partita minn dawn li ġejjin:
|
Kif huwa maħsub li ssir l-operazzjoni tingħażel mill-kaxxa tal-lista li tipprovdi s-sistema. |
Le (L-utent huwa liberu li jindika kif huwa maħsub li ssir l-operazzjoni.) |
||||
Test ħieles |
Kull informazzjoni li tista' tgħin il-funzjoni tal-ġestjoni tal-likwidità tal-BĊE għall-aċċess tal-impatt tal-likwidità netta fil-kuntest tal-analiżi tal-perijodu rilevanti u t-tbassir tal-likwidità l-iktar riċenti. Pereżempju, jekk l-impatt fuq it-tbassir tal-likwidità ma jkunx permanenti, imma jkun ser jitreġġa' lura fil-futur prevedibbli, l-utent għandu jikkummenta fil-qasam tat-test ħieles fuq l-impatt tal-likwidità lil hinn mid-data tas-saldu. L-utent jista' jagħti wkoll iktar dettalji fuq kull operazzjoni individwali, bħat-tip, id-daqs u l-għan tagħha. |
Kwalunkwe kombinazzjoni ta' numri u ittri fis-sett ta' karattri predefiniti H1&H2 (1). |
Le |
(1) Is-simboli permessi fil-format ta' test ħieles huma speċifikati fit-Taqsima 1.1.4.7 tal-Anness 4 tad-dokument tad-Disinn tas-Sistema H1&H2 tat-22 ta' Awwissu 1997.