Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014A0130(01)

    Memorandum ta' Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 27, 30.1.2014, p. 2–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/memorandum_underst/2014/44/oj

    Related Council decision
    Related Council decision

    30.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 27/2


    MEMORANDUM TA' QBIL RIVEDUT

    mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea

    Artikolu I

    Ambitu u Għanijiet

    Permezz ta' dan il-Qbil, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea biħsiebhom jilħqu l-għanijiet li ġejjin:

    1.

    Li jipprovdu, fl-ewwel fażi (“Fażi 1”), temporanjament u parzjalment, għal:

    (a)

    espansjoni mill-UE ta’ aċċess għas-suq għal Ċanga ta’ Kwalità Għolja u

    (b)

    tnaqqis fil-livell ta’ dazji ogħla applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-UE awtorizzati mid-WTO fl-1999 (“id-dazji ogħla”)

    sabiex il-Partijiet jiksbu esperjenza f’kummerċ addizzjonali f’Ċanga ta’ Kwalità Għolja u jiffaċilitaw tranżizzjoni lejn kundizzjonijiet fit-tul;

    2.

    Li jipprovdu l-opportunità li jipproċedu għat-tieni fażi (“Fażi 2”), għal:

    (a)

    espansjoni ulterjuri mill-UE ta’ aċċess għas-suq għal Ċanga ta’ Kwalità Għolja u

    (b)

    tnaqqis għal żero ta' dazji ogħla

    sabiex il-Partijiet jiksbu esperjenza f’kummerċ addizzjonali f’Ċanga ta’ Kwalità Għolja u jiffaċilitaw tranżizzjoni lejn kundizzjonijiet fit-tul; kif ukoll

    3.

    Li jipprovdu għal aktar opportunità għad-dħul fit-tielet fażi (“Fażi 3”) fir-rigward tad-disputa tad-WTO bejn il-Partijiet, KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni).

    Artikolu II

    Obbligi Ċentrali

    1.   Fil-bidu tal-Fażi 1, l-UE se tistabbilixxi kwota tar-rata tariffarja awtonoma għal Ċanga ta’ Kwalità Għolja ta’ kwantità annwali ta’ 20 000 Tunnellata Metrika piż tal-prodott, u li għalihom ir-rata tariffarja fi ħdan il-kwota hija żero (0) fil-mija.

    2.   L-UE se tiftaħ kwota ta’ rata tariffarja awtonoma msemmija fil-paragrafu 1 sat-3 ta’ Awwissu 2009.

    3.   Fir-rigward tad-dazji ogħla, l-Istati Uniti mhux se żżid mal-ambitu tagħhom, u lanqas sejra tibdel l-oriġini ta’ prodotti suġġetti għal dazji ogħla jew iżżid il-livell ta’ dawn id-dazji kif kien fis-seħħ fit-23 ta’ Marzu 2009.

    4.   Kemm-il darba l-Istati Uniti u l-UE jidħlu fil-Fażi 2, kif deskritt fl-Artikolu I.2, u nnegozjat taħt l-Artikolu IV.2:

    (a)

    l-UE se żżid il-kwantità ta’ kwota ta’ rata tariffarja awtonoma msemmija fil-paragrafu 1 għal 45 000 tunnellati metriċi piż tal-prodott u

    (b)

    l-Istati Uniti se tissospendi kull dazji miżjudin imposti f’konnessjoni ma’ proċeduri għar-riżoluzzjoni tad-disputa tad-WTO fil-KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni).

    5.   Kemm-il darba l-Istati Uniti u l-UE jidħlu fil-Fażi 3, kif deskritt fl-Artikolu I.3, u nnegozjat taħt l-Artikolu IV.3:

    (c)

    l-UE se żżid il-kwantità ta’ kwota ta’ rata tariffarja awtonoma msemmija fil-paragrafu 1, għal-livell speċifikat fil-paragrafu 4(a) u

    (d)

    l-Istati Uniti se tissospendi kull dazji miżjudin imposti f’konnessjoni ma’ proċeduri għar-riżoluzzjoni tad-disputa tad-WTO fil-KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni).

    Artikolu III

    Ġestjoni tal-Kwota

    1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kwota tar-rata tariffarja msemmija fl-Artikolu II se tiġi amministrata mill-Kummissjoni fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

    2.   Il-Kummissjoni se timplimenta u tamministra kwota tar-rata tariffarja stipulata f’dan il-Qbil skont l-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, inklużi n-noti interpretattivi tiegħu. Il-Kummissjoni se tagħmel kull sforz biex tamministra l-kwota tar-rata tariffarja msemmija fl-Artikolu II b’mod li jippermetti lill-importaturi li jutilizzawha b’mod sħiħ.

    Artikolu IV

    Monitoraġġ u Konsultazzjonijiet

    1.   L-Istati Uniti u l-UE se:

    (a)

    jimmonitorjaw u jirrivedu t-tħaddim ta’ dan il-Qbil u,

    (b)

    fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, imexxu konsultazzjonijiet bilaterali addizzjonali rigward it-tħaddim ta’ dan il-Qbil, inklużi kwistjonijiet ta’ ġestjoni tal-kwota, sa mhux iktar tard minn tletin (30) jum mill-wasla tat-talba bil-miktub għal konsultazzjonijiet.

    2.   L-Istati Uniti u l-UE se jiltaqgħu, mhux aktar tard minn tmintax-il (18) xahar mid-data speċifikata fl-Artikolu II.2, sabiex jirrivedu t-tħaddim tal-Fażi 1 bl-għan li jidħlu fil-Fażi 2.

    3.   Kemm-il darba l-Istati Uniti u l-UE jidħlu fil-Fażi 2, l-Istati Uniti u l-UE se jiltaqgħu, mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mid-data li fiha l-UE timplimenta l-obbligu stabbilit fl-Artikolu II.4(a), sabiex jirrivedu t-tħaddim tal-Fażi 2 bil-għan li jidħlu fil-Fażi 3. Din ir-reviżjoni għandha b’mod partikolari tkopri, inter alia, il-kwistjonijiet li ġejjin:

    (a)

    it-tul tal-Fażi 3,

    (b)

    l-istatus u l-effetti tal-Qbil fir-rigward tal-Qbi; dwar Regoli u Proċeduri li Jirregolaw ir-Riżoluzzjoni ta’ Disputi (DSU),

    (c)

    il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità mat-termini tal-Qbil minn waħda mill-Partijiet, u

    (d)

    l-istatus u d-disposizzjoni ta’ kwalunkwe proċedura għar-riżoluzzjoni tad-disputa KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni).

    4.   Wara l-konklużjoni tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 3, jekk il-Partijiet jaqblu dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul fil-Fażi 3, il-Partijiet jistgħu, billi tiġi applikata l-proċedura stipulata fl-Artikolu V.5, jemendaw il-Qbil sabiex jirrifletti l-konklużjonijiet miftiehma ta’ dik ir-reviżjoni. Din l-emenda mhix se tibdel l-obbligi ewlenin kif imsemmijin fl-Artikolu II.5.

    5.   Bħala parti minn din ir-reviżjoni, il-Partijiet qablu li jimmodifikaw dan il-Qbil f' [data tal-iffirmar].

    Artikolu V

    Tul ta’ żmien, Irtirar u Emendar

    1.   Il-Fażi 1 se ddum tliet (3) snin mid-data speċifikata fl-Artikolu II.2.

    2.   Il-Fażi 2 se ddum tliet (3) snin mid-data li fiha l-Partijiet ikunu daħlu fil-Fażi 2.

    3.   Il-Fażi 3 għandha tibda fuq notifika lill-Korp tar-Riżoluzzjoni ta' Disputi tad-WTO f’dan is-sens.

    4.   L-Istati Uniti jew l-UE jistgħu jirtiraw minn dan il-Qbil billi javżaw bil-miktub lill-Parti l-oħra. F’każ li naħa miż-żewġ Partijiet tkun ipprovdiet tali avviż bil-miktub, dan il-Qbil għandu jiskadi sitt (6) xhur mid-data tal-wasla ta’ tali avviż. F’każ li ż-żewġ Partijiet ikunu pprovdew tali avviż bil-miktub, dan il-Qbil għandu jiskadi sitt (6) xhur mid-data l-iktar bikrija tal-wasla ta’ tali avviż. Matul dawn sitt (6) xhur, l-obbligi ewlenin, kif definiti fl-Artikolu II, applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-irtirar l-avviż, se jinżamm miż-żewġ Partijiet.

    5.   L-Istati Uniti u l-UE jistgħu jemendaw dan il-Qbil bi ftehim reċiproku bil-miktub.

    Artikolu VI

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan il-Qbil, “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tfisser:

    “Il-qatgħat taċ-ċanga li jinkisbu minn karkassi ta’ erieħ u għoġġiela b’età ta’ inqas minn 30 xahar li, tal-anqas matul l-aħħar 100 jum qabel il-qatla, ikunu ngħalfu b’dieta li tinkludi mhux inqas minn 62 fil-mija ta’ konċentrati u/jew koprodotti tal-għalf tal-qamħ, abbażi ta’ materja niexfa, li jilħqu jew jisbqu kontenut tal-enerġija metabolizzabbli ta’ ’l fuq minn 12.26 megajoules kull kilogramm ta’ materja niexfa. L-erieħ u l-għoġiela li jingħalfu d-dieta deskritta fil-punt 1 għandhom jingħalfu, bħala medja, mhux inqas minn 1.4 fil-mija ta' piż ħaj tal-ġisem kuljum abbażi ta’ materja niexfa.

    Il-karkassi li minnhom ġejjin il-qatgħat taċ-ċanga għandhom jiġu evalwati minn evalwatur impjegat mill-gvern nazzjonali, li jibbaża l-evalwazzjoni, u l-klassifikazzjoni tal-karkassi li tirriżulta minnha fuq metodu approvat mill-gvern nazzjonali. Il-metodu ta’ evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-gvern nazzjonali għandhom jevalwaw il-kwalità mistennija tal-karkassa bl-użu ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi rigward il-maturità tal-karkassa u rigward kemm il-qatgħat taċ-ċanga jkunu xierqa għall-palat. Tali metodu ta’ evalwazzjoni tal-karkassa għandu jinkludi, iżda ma għandux ikun limitat għal, evalwazzjoni tal-karatteristiċi ta’ maturità tal-lewn u tal-konsistenza tal-muskolu longissimus dorsi, tal-għadam u tal-qarquċa, kif ukoll evalwazzjoni ta’ kemm il-laħam mistenni li jkun xieraq għall-palat, b’kombinazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet definiti tax-xaħam ta’ bejn il-muskoli u tas-sodizza tal-muskolu longissimus dorsi.

    Il-qatgħat għandhom jiġu ttikkettati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    L-indikazzjoni ‘High Quality Beef’ tista’ tiżdied mal-informazzjoni fuq it-tikketta.

    Artikolu VII

    Riżerva ta’ Drittijiet

    1.   Ebda Parti ma għandha titlob l-istabbiliment ta’ panel taħt l-Artikolu 21.5 tad-DSU f’KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni) matul il-Fażi 2 jew il-Fażi 3 ta’ dan il-Qbil.

    2.   La dan il-Qbil u lanqas it-teħid ta' kwalunkwe passi mill-Partijiet maħsuba b’dan il-Qbil ma jippreġudikaw nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet rigward jekk ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tad-DSB f’KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni) ġewx implimentati.

    3.   Minbarra kif speċifikament imsemmi hawnhekk, dan il-Qbil huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Uniti u tal-UE taħt il-ftehimiet tad-WTO.

    Artikolu VIII

    Relazzjoni ma’ drittijiet tad-WTO

    1.   Il-Partijiet jipprevedu li l-Fażi 3 tkun tinvolvi t-terminazzjoni tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 22.7 tad-DSB, magħmula mid-DSB fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Lulju 1999, u li ma tittieħed l-ebda azzjoni oħra taħt id-DSU fir-rigward ta' DS26.

    2.   Dan il-Qbil u l-pass taħt id-DSU msemmi fil-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għal xi drittijiet ta’ xi Parti sabiex tibda disputa ġdida taħt id-DSU.

    Съставено в Женева на двадесет и първи октомври две хиляди и тринадесета година.

    Hecho en Ginebra, el veintiuno de octubre de dos mil trece.

    V Ženevě dne dvacátého prvního října dva tisíce třináct.

    Udfærdiget i Genève den enogtyvende oktober to tusind og tretten.

    Geschehen zu Genf am einundzwanzigsten Oktober zweitausenddreizehn.

    Kahe tuhande kolmeteistkümnenda aasta oktoobrikuu kahekümne esimesel päeval Genfis.

    Έγινε στη Γενεύη την εικοστή πρώτη Οκτωβρίου του έτους δύο χιλιάδες δεκατρία.

    Done at Geneva on the twenty-first day of October in the year two thousand and thirteen.

    Fait à Genève, le vingt- et-un octobre deux mille treize.

    Sastavljeno u Ženevi dana dvadeset prvog listopada godine dvije tisuće trinaeste.

    Fatto a Ginevra, addì ventuno ottobre duemilatredici.

    Ženēvā, divi tūkstoši trīspadsmitā gada divdesmit pirmajā oktobrī.

    Priimta du tūkstančiai tryliktų metų spalio dvidešimt pirmą dieną Ženevoje.

    Kelt Genfben, a kétezer-tizenharmadik év október havának huszonegyedik napján.

    Magħmul f'Ġinevra fil-wieħed u għoxrin jum ta' Ottubru fis-sena elfejn u tlettax.

    Gedaan te Genève, de eenentwintigste oktober tweeduizend dertien.

    Sporządzono w Genewie dnia dwudziestego pierwszego października roku dwa tysiące trzynastego.

    Feito em Genebra, em vinte e um de outubro de dois mil e treze.

    Întocmit la Geneva, la douăzeci și unu octombrie două mii treisprezece.

    V Ženeve dvadsiateho prvého októbra dvetisíctrinásť.

    V Ženevi, enaindvajsetega oktobra leta dva tisoč trinajst.

    Tehty Genevessä kahdentenakymmenentenäensimmäisenä päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattakolmetoista.

    Utfärdat i Genève den tjugoförsta oktober tjugohundratretton.

    За Европейския съюз

    Por la Unión Europea

    Za Evropskou unii

    For Den Europæiske Union

    Für die Europäische Union

    Euroopa Liidu nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

    For the European Union

    Pour l'Union européenne

    Za Europsku uniju

    Per l'Unione europea

    Eiropas Savienības vārdā –

    Europos Sąjungos vardu

    Az Európai Unió részéről

    Għall-Unjoni Ewropea

    Voor de Europese Unie

    W imieniu Unii Europejskiej

    Pela União Europeia

    Pentru Uniunea Europeană

    Za Európsku úniu

    Za Evropsko unijo

    Euroopan unionin puolesta

    För Europeiska unionen

    Image

    Image

    За Съединените американски щати

    Por los Estados Unidos de América

    Za Spojené státy americké

    For Amerikas Forenede Stater

    Für die Vereinigten Staaten von Amerika

    Ameerika Ühendriikide nimel

    Για τις Ηνωμένες Πολιτείες της Αμερικής

    For the United States of America

    Pour les États-Unis d’Amérique

    Za Sjedinjene Američke Države

    Per gli Stati Uniti d’America

    Amerikas Savienoto Valstu vārdā –

    Jungtinių Amerikos Valstijų vardu

    az Amerikai Egyesült Államok részéről

    Għall-Istati Uniti tal-Amerika

    Voor de Verenigde Staten van Amerika

    W imieniu Stanów Zjednoczonych Ameryki

    Pelos Estados Unidos da América

    Pentru Statele Unite Ale Americii

    Za Spojené štáty americké

    Za Združene države Amerike

    Amerikan yhdysvaltojen puolesta

    För Amerikas förenta stater

    Image



    Top