EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D1359

Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 343, 19.12.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/1359/oj

19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/1


DEĊIŻJONI Nru 1359/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2013

li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ma jispeċifikax kif għandhom jiġu ddistribwiti l-volumi tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li għandhom jiġu rkantati tul il-perjodu ta' negozjar.

(2)

Għall-finijiet taċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tas-suq, għandu jiġi ċċarat li, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq, il-Kummissjoni tista' f'ċirkostanzi eċċezzjonali tadatta l-iskeda tal-irkant skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(3)

Id-Direttiva 2003/87/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:

“Meta valutazzjoni tas-setturi industrijali individwali turi li ma jkunux mistennija impatti sinifikanti fuq setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx tal-karbonju, il-Kummissjoni tista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tadatta l-iskeda għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 13(1) li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 biex tiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq. Il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel aktar minn adattament wieħed bħal dan, għal għadd massimu ta' 900 miljun kwota.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU C 11, 15.01.2013, p. 87.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta'Diċembru 2013 [(għadha mhix ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2013.

(3)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.


Top