Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0746

    2013/746/UE: Deċizjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Diċembru 2013 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

    ĠU L 333, 12.12.2013, p. 77–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/746/oj

    12.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 333/77


    DEĊIZJONI TAL-KUNSILL

    tal-10 ta’ Diċembru 2013

    li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

    (2013/746/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tal-Anness III għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1),

    Billi:

    (1)

    L-ewwel u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jipprevedu li, sal-31 ta' Ottubru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni.

    (2)

    Dak il-persentaġġ jiġi kkalkolat konformement maċ-ċifri tal-popolazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness III mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta' Proċedura”).

    (3)

    L-Artikolu 2(2) tal-Anness III mar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b'effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill, konformement mad-data li jkunu disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, għandu jemenda ċ-ċifri stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dak l-Anness.

    (4)

    Għalhekk ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu emendati skont dan għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Ottubru 2014,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1 tal-Anness III mar-Regoli ta' Proċedura għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 1

    Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(5) tat-TUE u tal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, il-popolazzjoni totali ta' kull Stat Membru għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Ottubru 2014, għandha tkun kif ġej:

    Stat Membru

    Popolazzjoni

    (× 1 000 )

    Ġermanja

    80 523,7

    Franza

    65 633,2

    Renju Unit

    63 730,1

    Italja

    59 685,2

    Spanja

    46 704,3

    Polonja

    38 533,3

    Rumanija

    20 057,5

    Pajjiżi l-Baxxi

    16 779,6

    Belġju

    11 161,6

    Greċja

    11 062,5

    Repubblika Ċeka

    10 516,1

    Portugall

    10 487,3

    Ungerija

    9 908,8

    Svezja

    9 555,9

    Awstrija

    8 451,9

    Bulgarija

    7 284,6

    Danimarka

    5 602,6

    Finlandja

    5 426,7

    Slovakkja

    5 410,8

    Irlanda

    4 591,1

    Kroazja

    4 262,1

    Litwanja

    2 971,9

    Slovenja

    2 058,8

    Latvja

    2 023,8

    Estonja

    1 324,8

    Ċipru

    865,9

    Lussemburgu

    537,0

    Malta

    421,4

    Total

    505 572,5

    Livell minimu (62 %)

    313 455,0 ”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. ŠADŽIUS


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, tal-11.12.2009, p. 35).


    Top