This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0069
2013/69/EU: Council Decision of 28 January 2013 appointing a Czech alternate member of the Committee of the Regions
2013/69/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2013 li taħtar membru supplenti Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni
2013/69/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2013 li taħtar membru supplenti Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 32, 1.2.2013, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015
1.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Jannar 2013
li taħtar membru supplenti Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2013/69/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċek,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur David RATH, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
— |
Is-Sur Václav NOVOTNÝ, radní hl. města Prahy. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.