This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0072
Commission Implementing Regulation (EU) No 72/2013 of 25 January 2013 amending Regulations (EC) No 180/2008 and (EC) No 737/2008 as regards the period of designation of certain laboratories as EU reference laboratories Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2013 tal- 25 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 fir-rigward tal-perjodu tal-għażla ta’ ċerti laboratorji bħala laboratorji ta’ referenza tal-UE Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2013 tal- 25 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 fir-rigward tal-perjodu tal-għażla ta’ ċerti laboratorji bħala laboratorji ta’ referenza tal-UE Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 26, 26.1.2013, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 72/2013
tal-25 ta’ Jannar 2013
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 fir-rigward tal-perjodu tal-għażla ta’ ċerti laboratorji bħala laboratorji ta’ referenza tal-UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 19(d) tagħha,
Billi:
(1) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Kummissjoni nnominat l-ANSES bil-laboratorji tagħha għas-saħħa tal-annimali u għall-mard tal-ekwini, Franza, bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Lulju 2008 u jistabbilixxu l-funzjonijiet, il-ħidmiet u l-proċeduri tagħha rigward il-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-djanjosi ta’ mard tal-equidae li jittieħed fl-Istati Membri. |
(2) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Kummissjoni ħatret iċ-Ċentru għall-Ambjent, Sajd u Xjenza tal-Akwakultura (is-Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tal-krustaċji għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Lulju 2008. |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata kwalità għolja u uniformità ta’ riżultati analitiċi u djanjostiċi fl-Unjoni, huwa importanti li l-laboratorji ta’ referenza tal-UE magħżula għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u għall-mard tal-krustaċi jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom għal ħames snin oħra. |
(4) |
Il-perjodu li għalih dawk il-laboratorji ġew maħtura bħala laboratorji ta’ referenza tal-UE għandu għalhekk jiġi estiż. |
(5) |
Wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, il-laboratorji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 737/2008, dawk li qabel kienu msejħa bħala ‘laboratorji ta’ referenza tal-Komunità’ għandhom issa jiġu msejħa bħala ‘laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea (UE)’. |
(6) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 180/2008, id-data “it-30 ta’ Ġunju 2013” tinbidel għad-data “it-30 ta’ Ġunju 2018”.
Artikolu 2
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 737/2008 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘Artikolu 1
Iċ-Ċentru għall-Ambjent, Sajd u Xjenza tal-Akwakultura (is-Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit, hu hawnhekk maħtur bħala l-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-mard tal-krustaċi mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2018.’
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(2) ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.
(4) ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29.