This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0007
Commission Regulation (EU) No 7/2013 of 8 January 2013 amending Regulation (EU) No 748/2012 laying down Implementing Rules for the airworthiness and environmental certification of aircraft and related products, parts and appliances, as well as for the certification of design and production organisations Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013 tat- 8 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013 tat- 8 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 4, 9.1.2013, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
9.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/36 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 7/2013
tat-8 ta’ Jannar 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jeżiġi li l-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir għandhom ikunu konformi mal-ħtiġijiet tal-protezzjoni ambjentali tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn ‘il quddiem “il-Konvenzjoni ta’ Chicago”) kif applikabbli fl-20 ta’ Novembru 2008 għall-Volumi I u II, ħlief għall-Appendiċijiet tagħha. |
(2) |
Il-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-Annessi tagħha ġew emendati minn mindu ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2) għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Punt 21 A.4(a) tas-Subparti A tat-Taqsima A jinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
Il-Punt 21 A.130(b) tas-Subparti F tat-Taqsima A jinbidel b’dan li ġej:
|
(3) |
Il-Punt 21 A.165(c) tas-Subparti G tat-Taqsima A, il-punti 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO