Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 32012D0434

2012/434/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Lulju 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa relatati maż-żamma ta’ impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim attwali ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja

ĠU L 200, 27.7.2012, s. 1 – 1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Právny stav dokumentu Účinné

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/434/oj

Súvisiaca medzinárodná dohoda

27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Lulju 2012

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa relatati maż-żamma ta’ impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim attwali ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja

(2012/434/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 91 u 100(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/107/UE (1), il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa relatati maż-żamma ta’ impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim attwali ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u Russja (il-“Ftehim”), ġie ffirmat fis-16 ta' Diċembru 2011, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Ftehim għandu jkun approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa relatati maż-żamma ta’ impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim attwali ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jipproċedu, f’isem l-Unjoni Ewropea, biex jagħmlu n-notifika prevista fil-Ftehim sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)   ĠU L 57, 29.2.2012, p. 43.

(2)  Il-Ftehim ġie ippublikat fil-ĠU L 57, 29.2.2012, p. 44, flimkien mad-deċiżjoni tal-iffirmar.

(3)  Id-data ta’ dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Začiatok