EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0226

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 226/2012 tal- 15 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1730/2006 fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-użu tal-aċidu benżojku (detentur tal-awtorizzazzjoni Emerald Kalama Chemical BV) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 77, 16.3.2012, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/11/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R1550

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/226/oj

16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 226/2012

tal-15 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1730/2006 fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-użu tal-aċidu benżojku (detentur tal-awtorizzazzjoni Emerald Kalama Chemical BV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-preparazzjoni tal-aċidu benżojku, li tappartjeni għall-kategorija ta’ addittivi tal-“addittivi żootekniċi”, kienet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv tal-għalf għall-użu fil-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 (2) u għall-użu fil-ħnieżer għat-tismin bir-Regolament (KE) Nru 1138/2007 (3).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona li jibdel it-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf tal-ħnienes miftuma biex iħassar il-kondizzjoni li tirrigwarda l-inklużjoni ta’ dik il-preparazzjoni fl-għalf kompost permezz ta’ pretaħlita u jimmodifika l-kondizzjonijiet li jirrigwardaw l-għalf kumplimentari. L-applikazzjoni ntbagħtet flimkien mad-dejta ta' appoġġ rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(3)

L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha fis-6 ta’ Settembru 2011 (4) li ma hemmx raġuni għala għandha tibqa’ r-restrizzjoni tal-inklużjoni tal-preparazzjoni aċidu benżojku fl-għalf kompost permezz ta’ pretaħlitiet. Hija kkunsidrat ir-restrizzjonijiet dwar l-użu tal-addittiv fl-għalf kumplimentari stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1138/2007 bħala suffiċjenti u applikabbli għall-ħnienes miftuma.

(4)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kienu sodisfatti.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1730/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1730/2006 huwa mibdul bit-test tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 9.

(3)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 8.

(4)  EFSA Journal 2011; 9(9):2358.


ANNESS

“ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut niedi ta' 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tar-rendiment: żieda fil-piż jew proporzjon taż-żieda fl-għalf)

4d210

Emerald Kalama Chemical BV

Aċidu benżojku

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċidu Benzojku (≥99,9 %)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċidu benzikarboksiliku, aċidu fenilkarboksiliku, aċidu, C7H6O2

numru CAS 65-85-0

Livell massimu f':

 

Aċidu ftaliku: ≤ 100 mg/kg

 

Bifenil: ≤ 100 mg/kg

 

Metodu analitiku  (1)

Kwantifikazzjoni tal-aċidu benzojku fl-addittiv tal-għalf: titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju (European Pharmacopeia monograph 0066)

Kwantifikazzjoni tal-aċidu benzojku fil-pretaħlita u l-għalf: Kromatografija tal-likwidu tal-fażi maqluba bil-metodu tad-detezzjoni UV (RP-HPLC/UV) ibbażat fuq ISO9231:2008.

Ħnienes

(miftuma)

5 000

1.

It-taħlita ta’ sorsi differenti tal-aċidu benżojku ma għandhiex taqbeż il-livell massimu permess fl-għalf sħiħ ta’ 5 000  mg/kg għall-għalf sħiħ.

2.

Doża minima rakkomandata: 5 000  mg/kg tal-għalf komplet

3.

Għalf kumplimentari li fih aċidu benzojku ma jistax jiġi mitmugħ direttament lill-ħnienes miftuma, jekk ma jitħallatx sew ma’ materjali tal-għaf ieħor tar-razzjon ta’ kuljum.

4.

Għall-ħnienes li nfatmu sakemm jilħqu l-25 kg.

5.

Għal finijiet ta’ sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

14.12.2016


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta' hawn taħt tal-Laboratorju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx”.


Top