This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0194
Commission Implementing Regulation (EU) No 194/2012 of 8 March 2012 fixing the amount of private storage aid for certain fishery products in the 2012 fishing year
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 194/2012 tat- 8 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2012
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 194/2012 tat- 8 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2012
ĠU L 71, 9.3.2012, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012
|
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 194/2012
tat-8 ta’ Marzu 2012
li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata [ħżin privat] ta’ xi prodotti tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-għajnuna għall-ħżin privat ma għandhiex taqbeż is-somma tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji rreġistrati fl-Unjoni matul is-sena tas-sajd ta’ qabel is-sena inkwistjoni. |
|
(2) |
Sabiex ma jkunx inkuraġġut il-ħżin fit-tul, biex jitqassru ż-żminijiet tal-ħlas u jitnaqqas il-piż tal-kontrolli, l-għajnuna għall-ħżin privat għandha titħallas f’pagament wieħed. |
|
(3) |
Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2012, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sena tas-sajd 2012, l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament għandu jkun kif ġej:
|
— |
fl-ewwel xahar |
: |
EUR 219/tunnellata |
|
— |
fit-tieni xahar |
: |
EUR 0/tunnellata |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO